EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0736

Kawża T-736/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2020 – OP vs Il-Kummissjoni

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/31


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2020 – OP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-736/20)

(2021/C 79/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OP (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla i) id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-5 ta’ Frar 2020, li permezz tagħha r-rikorrent ma ġiex inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AST/147/19 u ii) id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-3 ta’ Settembru 2020, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-5 ta’ Frar 2020, sa fejn tinkludi motivazzjoni addizzjonali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrent għal dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, trasparenza, oġġettività u tal-Artikolu 1d(5) tar-Regolamenti tal-Persunal.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegata motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal.


Top