EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0671
Case C-671/20: Request for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Warszawie (Poland) lodged on 9 December 2020 — Criminal proceedings against M.M.
Kawża C-671/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Diċembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra M. M.
Kawża C-671/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Diċembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra M. M.
ĠU C 79, 8.3.2021, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Diċembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra M. M.
(Kawża C-671/20)
(2021/C 79/27)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie
Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali
M. M.
Domandi preliminari
1) |
Id-dritt tal-Unjoni – b’mod speċifiku l-Artikolu 2 TUE flimkien mal-valur tal-istat tad-dritt espress fih, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE kif ukoll il-prinċipji ta’: supremazija, kooperazzjoni leali u ċertezza legali – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 41b(1) u (3) tal-ustawa z dnia 27 lipca 2001 r. – Prawo o ustroju sądów powszechnych (p.u.s.p.) [il-Liġi tas-27 ta’ Lulju 2001 – il-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji (p.u.s.p)], b’tali mod li president ta’ qorti jista’ – minn rajh u mingħajr kontroll ġudizzjarju – jiddeċiedi li jbiddel il-kompożizzjoni tal-qorti b’riżultat tal-għoti minn awtorità, bħall-Izba Dyscyplinarna [l-Awla Dixxiplinari, il-Polonja], ta’ awtorizzazzjoni għal prosekuzzjoni għal responsabbiltà kriminali ta’ mħallef li jagħmel parti mill-kompożizzjoni tal-qorti oriġinarjament maħtura (l-imħallef tal-qorti reġjonali I. T.), liema deċiżjoni tikkomporta s-sospensjoni mandatorja ta’ dan l-imħallef mill-funzjonijiet tiegħu, li tinkludi, b’mod partikolari, projbizzjoni ta’ tali mħallef milli jpoġġi fil-formazzjonijiet ġudikanti għal kawżi assenjati lilu, inklużi wkoll dawk il-kawżi assenjati lilu qabel l-għoti tal-imsemmija awtorizzazzjoni? |
2) |
Id-dritt tal-Unjoni – b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet iċċitati fl-ewwel domanda – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi:
|
3) |
Id-dritt tal-Unjoni – b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet iċċitati fl-ewwel domanda – għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-attribuzzjoni ta’ saħħa vinkolanti għall-awtorizzazzjoni, imsemmija fl-ewwel domanda, b’mod partikolari fir-rigward tas-sospensjoni ta’ mħallef mill-funzjonijiet tiegħu, fid-dawl tal-fatt li din tkun ingħatat minn organu, bħall-Izba Dyscyplinarna [l-Awla Dixxiplinari], bil-konsegwenza li:
|
4) |
Il-fatt li l-Izba Dyscyplinarna [l-Awla Dixxiplinari] u t-Trybunał Konstytucyjny [il-Qorti Kostituzzjonali] ma jiggarantixxux protezzjoni ġudizzjarja effettiva fid-dawl tan-nuqqas ta’ indipendenza u tal-ksur ikkonstatat tad-dispożizzjonijiet dwar il-ħatra tal-membri tagħhom huwa rilevanti għar-risposti għad-domandi magħmula iktar ’il fuq? |