EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0654

Kawża C-654/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra VD

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Apelativen sad – Sofia (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Novembru 2020 – Proċeduri kriminali kontra VD

(Kawża C-654/20)

(2021/C 79/26)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Apelativen sad – Sofia

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

VD

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege jippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali li, għall-istess fatt, jiġifieri s-sewqan ta’ vettura bil-mutur fil-perijodu li matulu hija applikabbli miżura amministrattiva vinkolanti li tissospendi b’mod temporanju l-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur, tipprevedi fl-istess ħin responsabbiltà amministrattiva u kriminali, mingħajr ma hemm kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni oġġettiva bejn iż-żewġ tipi ta’ responsabbiltà?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, liema huma s-setgħat tal-qorti nazzjonali sabiex tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

3)

Piena li ċċaħħad il-libertà għal perijodu sa tliet snin u multa ta’ bejn 200 u 1 000 lev Bulgaru (BGN) hija proporzjonata fis-sens tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ reat li jikkonsisti fis-sewqan ta’ vettura bil-mutur fil-perijodu li matulu hija applikabbli miżura amministrattiva vinkolanti li tissospendi b’mod temporanju l-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura bil-mutur?


Top