EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0843

Kawża C-843/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Istituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) vs BT (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali – Direttiva 79/7/KEE – Artikolu 4(1) – Irtirar volontarju u antiċipat – Pensjoni tal-irtirar antiċipata – Eliġibbiltà – Ammont tal-pensjoni li għandu jitħallas li għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont minimu legali – Proporzjoni tal-ħaddiema ta’ kull sess eskluż mill-benefiċċju tal-irtirar antiċipat – Ġustifikazzjoni ta’ żvantaġġ partikolari eventwali għall-ħaddiema nisa – Għanijiet tal-politika soċjali tal-Istat Membru kkonċernat)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña – Spanja) – Istituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) vs BT

(Kawża C-843/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4(1) - Irtirar volontarju u antiċipat - Pensjoni tal-irtirar antiċipata - Eliġibbiltà - Ammont tal-pensjoni li għandu jitħallas li għandu jkun tal-inqas daqs l-ammont minimu legali - Proporzjoni tal-ħaddiema ta’ kull sess eskluż mill-benefiċċju tal-irtirar antiċipat - Ġustifikazzjoni ta’ żvantaġġ partikolari eventwali għall-ħaddiema nisa - Għanijiet tal-politika soċjali tal-Istat Membru kkonċernat)

(2021/C 79/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Istituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Konvenut: BT

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ ta’ rtirar volontarju u antiċipat ta’ ħaddiem affiljat mas-sistema ġenerali ta’ sigurtà soċjali, tissuġġetta d-dritt tiegħu għal pensjoni tal-irtirar antiċipata għall-kundizzjoni li l-ammont ta’ din tal-aħħar ikun tal-inqas ugwali għall-ammont minimu ta’ pensjoni li dan il-ħaddiem ikollu dritt għalih fl-età ta’ 65 sena, anki meta l-imsemmija leġiżlazzjoni tkun partikolarment tiżvantaġġa lill-ħaddiema nisa meta mqabbla mal-ħaddiema rġiel, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, madankollu sakemm din il-konsegwenza tkun iġġustifikata minn għanijiet leġittimi ta’ politika soċjali li jkunu ħielsa minn kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


Top