EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0441

Kawża C-441/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi Baxxi) – TQ vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Regoli u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri mar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment – Artikolu 5(a), Artikolu 6(1) u (4), Artikolu 8(1) u Artikolu 10 – Deċiżjoni ta’ ritorn meħuda kontra minuri mhux akkumpanjat – L-aħjar interessi tat-tfal – Obbligu għall-Istat Membru kkonċernat li jiżgura ruħu, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn, li dan il-minuri jiġi fdat lil membru tal-familja tiegħu, lil tutur maħtur jew lil faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati fl-Istat ta’ ritorn – Distinzjoni unikament skont il-kriterju tal-età tal-minuri sabiex jingħata dritt ta’ residenza – Deċiżjoni ta’ ritorn mhux segwita minn miżuri ta’ tneħħija)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch – il-Pajjiżi Baxxi) – TQ vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-441/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Regoli u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri mar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 5(a), Artikolu 6(1) u (4), Artikolu 8(1) u Artikolu 10 - Deċiżjoni ta’ ritorn meħuda kontra minuri mhux akkumpanjat - L-aħjar interessi tat-tfal - Obbligu għall-Istat Membru kkonċernat li jiżgura ruħu, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn, li dan il-minuri jiġi fdat lil membru tal-familja tiegħu, lil tutur maħtur jew lil faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati fl-Istat ta’ ritorn - Distinzjoni unikament skont il-kriterju tal-età tal-minuri sabiex jingħata dritt ta’ residenza - Deċiżjoni ta’ ritorn mhux segwita minn miżuri ta’ tneħħija)

(2021/C 79/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats ’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TQ

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikolu 5(a) ta’ din id-direttiva u mal-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel ma tittieħed deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront ta’ minuri mhux akkumpanjat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq evalwazzjoni ġenerali u fil-fond tas-sitwazzjoni ta’ dan il-minuri, billi jieħu debitament inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tat-tfal. F’dan il-kuntest, dan l-Istat Membru għandu jiżgura ruħu li akkoljenza adegwata hija disponibbli għall-minuri mhux akkumpanjat inkwistjoni fl-Istat ta’ ritorn.

2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115, moqri flimkien mal-Artikolu 5(a) ta’ din id-direttiva u fid-dawl tal-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jagħmel distinzjoni bejn il-minuri mhux akkumpanjati unikament skont il-kriterju tal-età tagħhom sabiex jivverifika l-eżistenza ta’ akkoljenza adegwata fl-Istat ta’ ritorn.

3)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru, wara li jkun adotta deċiżjoni ta’ ritorn fir-rigward ta’ minuri mhux akkumpanjat u li jkun żgura ruħu, konformement mal-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva, li dan ser jiġi fdat lil membru tal-familja tiegħu, lil tutur maħtur jew lil faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati fl-Istat ta’ ritorn, jastjeni milli jipproċedi sussegwentement bit-tneħħija tiegħu sakemm jilħaq l-età ta’ 18-il sena.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019


Top