EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0288

Kawża C-288/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht des Saarlandes – il-Ġermanja) – QM vs Finanzamt Saarbrücken (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Artikolu 26(1) – Tranżazzjonijiet assimilati ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas – Artikolu 56(2) – Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni – Kiri ta’ mezzi ta’ trasport – Tqegħid ta’ vetturi għad-dispożizzjoni ta’ xi impjegati)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht des Saarlandes – il-Ġermanja) – QM vs Finanzamt Saarbrücken

(Kawża C-288/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Artikolu 26(1) - Tranżazzjonijiet assimilati ma’ provvista ta’ servizzi bi ħlas - Artikolu 56(2) - Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni - Kiri ta’ mezzi ta’ trasport - Tqegħid ta’ vetturi għad-dispożizzjoni ta’ xi impjegati)

(2021/C 79/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht des Saarlandes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QM

Konvenut: Finanzamt Saarbrücken

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni, minn persuna taxxabbli lill-impjegat tagħha, ta’ vettura li tifforma parti mill-assi tan-negozju, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jekk din it-tranżazzjoni ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2) japplika għal tali tranżazzjoni fil-każ ta’ provvista ta’ servizzi bi ħlas, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 2(1)(ċ), u fil-każ li dan l-impjegat għandu, b’mod permanenti, id-dritt li juża din il-vettura għal skopijiet privati bl-esklużjoni ta’ persuni oħra, b’korrispettiv ta’ kera u għal żmien miftiehem ta’ iktar minn tletin jum.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


Top