EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0761

Kawża C-761/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 – Päivi Leino-Sandberg vs Il-Parlament Ewropew (Appell – Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Artikolu 10 – Rifjut ta’ aċċess – Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tirrifjuta l-aċċess għal dokument – Żvelar tad-dokument annotat minn terz wara l-preżentata tar-rikors – Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali minħabba t-telf tal-interess ġuridiku – Żball ta’ liġi)

ĠU C 79, 8.3.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 – Päivi Leino-Sandberg vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-761/18 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 10 - Rifjut ta’ aċċess - Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tirrifjuta l-aċċess għal dokument - Żvelar tad-dokument annotat minn terz wara l-preżentata tar-rikors - Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali minħabba t-telf tal-interess ġuridiku - Żball ta’ liġi)

(2021/C 79/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Päivi Leino-Sandberg (rappreżentanti: O. W. Brouwer u B. A. Verheijen, advocaten, u S. Schubert, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos, I. Anagnostopoulou u L. Vétillard, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, sussegwentement minn C. Meyer-Seitz, H. Shev u H. Eklinder, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Settembru 2018, Leino-Sandberg vs Il-Parlament (T-421/17, mhux ippubblikat, EU:T:2018:628), huwa annullat.

2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


Top