EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0168

Kawża C-168/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti — Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2019 — HB vs Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

ĠU C 206, 17.6.2019, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti — Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia (l-Italja) fil-25 ta’ Frar 2019 — HB vs Istituto Nazionale della Previdenza Sociale

(Kawża C-168/19)

(2019/C 206/24)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei Conti — Sezione giurisdizionale per la Regione Puglia.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HB.

Konvenut: Istituto Nazionale della Previdenza Sociale.

Domanda preliminari

L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprevedi fir-rigward ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor, li rċeviet kompletament id-dħul tagħha mill-ewwel Stat Membru iżda li ma hijiex ċittadina tat-tieni Stat, tassazzjoni tad-dħul mingħajr il-benefiċċji fiskali offruti minn dan tal-aħħar?


Top