EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0435

Kawża C-435/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Halduskohus (l-Estonja) fit-18 ta’ Lulju 2017 – Argo Kalda Mardi talu vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

ĠU C 338, 9.10.2017, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Halduskohus (l-Estonja) fit-18 ta’ Lulju 2017 – Argo Kalda Mardi talu vs Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

(Kawża C-435/17)

(2017/C 338/09)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Halduskohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argo Kalda Mardi talu

Konvenut: Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)

Domandi preliminari

1)

Għandu jiġi kkunsidrat li huwa konformi mal-Artikolu 93(1), mal-Artikolu 94 u mal-istandards minimi tal-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li Stat Membru jimponi fuq applikant ta’ pagament uniku fis-superfiċji u ta’ pagament għall-prattiki agrikoli li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent l-obbligu li jżomm siti funebri immarkati bil-ġebel (kivikalmed), obbligu li l-ksur tiegħu jagħti lok għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ 3 % tal-għajnuna bħala sanzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 640/2014 (2)?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li, bis-saħħa tal-Artikolu 72(1)(a) tal-Artikolu 91(1) u (2), tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u bis-saħħa tal-Artikolu 4(1)(b), (c) u (e) tar-Regolament Nru 1307/2013 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-applikant ta’ pagament uniku fil-wiċċ u ta’ pagament għall-prattika agrikola li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent għandu josserva l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin fl-azjenda agrikola tiegħu kollha jew biss fuq is-superfiċj agrikolu li għalih tintalab għajnuna b’mod konkret, sabiex tiġi evitata applikazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva?


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU 2014, L 181, p. 48).

(3)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013, L 347, p. 608).


Top