EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0287

Kawża C-287/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Fidelidade-Companhia de Seguros SA vs Caisse Suisse de Compensation, Fundo de Garantia Automóvel, Sandra Cristina Crystello Pinto Moreira Pereira, Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann, Catarina Ferreira Seemann, José Batista Pereira, Teresa Rosa Teixeira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza — Direttiva 72/166/KEE — Artikolu 3(1) — It-Tieni Direttiva 84/5/KEE — Artikolu 2(1) — Kuntratt tal-assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet foloz dwar il-proprjetà tal-vettura u l-identità tas-sewwieq abitwali tagħha — Il-persuna assigurata — Nuqqas ta’ interess ekonomiku għall-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt — Nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni — Effetti fil-konfront ta’ terzi li jkunu sfaw vittmi)

ĠU C 338, 9.10.2017, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – Fidelidade-Companhia de Seguros SA vs Caisse Suisse de Compensation, Fundo de Garantia Automóvel, Sandra Cristina Crystello Pinto Moreira Pereira, Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann, Catarina Ferreira Seemann, José Batista Pereira, Teresa Rosa Teixeira

(Kawża C-287/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza - Direttiva 72/166/KEE - Artikolu 3(1) - It-Tieni Direttiva 84/5/KEE - Artikolu 2(1) - Kuntratt tal-assigurazzjoni konkluż fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet foloz dwar il-proprjetà tal-vettura u l-identità tas-sewwieq abitwali tagħha - Il-persuna assigurata - Nuqqas ta’ interess ekonomiku għall-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt - Nullità assoluta tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni - Effetti fil-konfront ta’ terzi li jkunu sfaw vittmi))

(2017/C 338/02)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fidelidade-Companhia de Seguros SA

Konvenuti: Caisse Suisse de Compensation, Fundo de Garantia Automóvel, Sandra Cristina Crystello Pinto Moreira Pereira, Sandra Manuela Teixeira Gomes Seemann, Catarina Ferreira Seemann, José Batista Pereira, Teresa Rosa Teixeira

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tal-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’ April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha bħala effett li tkun infurzabbli għall-terzi li jkunu sfaw vittmi, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, in-nullità ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza li tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet foloz inizjali tal-persuna assigurata fir-rigward tal-identità tal-proprjetarju u tas-sewwieq abitwali tal-vettura kkonċernata, jew taċ-ċirkustanza li l-persuna li għaliha jew għan-nom tagħha dan il-kuntratt ta’ assigurazzjoni huwa konkluż ma kellhiex interess ekonomiku għall-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt.


(1)  ĠU C 326, 6.9.2016.


Top