EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TB0293

Kawża T-293/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Novembru 2014 – Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE ( “Rikorsi għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru — Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-293/13) (1)

((“Rikorsi għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru - Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christos Theophilou (Nikosija, Ċipru); u Eleni Theophilou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assisti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tas-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u l-ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christos Theophilou u Eleni Theophilou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 3.08.2013.


Top