EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0539

Kawża C-539/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis- 27 ta’ Novembru 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-539/14)

(2015/C 026/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García

Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), moqri flimkien mal-Artikoli 47, 34(3) u 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni proċedurali bħall-Artikolu 695(4) tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili Spanjola (Ley de Enjuiciamiento Civil) li, fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw rikors kontra d-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ beni ipotekati jew mogħtija b’rahan, tippermetti li jiġi ppreżentat appell biss mid-digriet li jiddeċiedi t-tmiem tal-proċedura, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola inġusta jew li tiġi miċħuda l-oppożizzjoni bbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola, li għandu bħala konsegwenza immedjata li l-bejjiegħ jew fornitur li jfittex l-infurzar ikollu iktar mezzi għal appell mill-konsumatur suġġett għall-infurzar?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 2, p. 288).

(2)  ĠU C 326, p. 391


Top