EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0509

Kawża C-509/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco, Sala de lo Social (Spanja) fit- 13 ta’ Novembru 2014 – Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF) vs Luis Aira Pascual y otros

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco, Sala de lo Social (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2014 – Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF) vs Luis Aira Pascual y otros

(Kawża C-509/14)

(2015/C 026/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF)

Konvenuti: Luis Aira Pascual, Algeposa Terminales Ferroviarios S.L. u FOGASA.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva, jipprekludi li l-leġiżlazzjoni Spanjola intiża li timlementaha tiġi interpretata fis-sens li impriża tas-settur pubbliku, proprjetarja ta’ servizz inerenti għall-attività tagħha stess li jeħtieġ l-użu ta’ mezzi materjali essenzjali, hija eżentata milli tieħu l-persunal tal-imprenditur kontraenti li ngħata l-kuntratt għal dan is-servizz bil-kundizzjoni li juża l-mezzi materjali li huma proprjetà tagħha, meta hija tiddeċiedi li ma testendix il-kuntratt u li tipprovdi s-servizz hija direttament permezz tal-persunal tagħha u mingħajr ma tieħu l-persunal li l-kuntrattur kien jimpjega, b’tali mod li s-servizz ikompli jiġi pprovdut bl-istess mod, iżda minn ħaddiema oħra impjegati ma persuna li timpjega differenti?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5. Vol. 4, p. 98)


Top