EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0487

Kawża C-487/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl- 4 ta’ Novembru 2014 – SC Total Waste Recycling SRL vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

ĠU C 26, 26.1.2015, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Total Waste Recycling SRL vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-487/14)

(2015/C 026/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Total Waste Recycling SRL

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Domandi preliminari

1)

Il-vjeġġi ta’ skart li jitwettqu “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 (1), għandu jinftiehem fis-sens li huwa mezz ta’ trasport (bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru bil-baħar jew kanali interni) kif imsemmi fil-Anness IA jew IB tal-imsemmi regolament?

2)

Jekk isir bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, in-nuqqas ta’ notifika b’dan il-bdil lill-awtoritajiet kompetenti għandu l-konsegwenza li l-vjeġġ ta’ skart jista’ jiġi kkunsidrat li jkun sar “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament, u, għaldaqstant, bħala illeċitu?

3)

Ikun hemm bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, meta tgħabbija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika?

4)

Jekk jiġi kkunsidrat li jkun hemm vjeġġ illegali ta’ skart meta tgħabija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika, multa imposta għal din ir-raġuni, li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa li tiġi imposta fuq il-persuni li ma josservawx l-obbligu li jiksbu kunsens u li jinnotifikaw minn qabel, hija proporzjonata?


(1)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1).


Top