EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008FN0049
Case F-49/08: Action brought on 19 May 2008 — Giannini v Commission
Kawża F-49/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Mejju 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni
Kawża F-49/08: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Mejju 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni
ĠU C 183, 19.7.2008, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 183/33 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Mejju 2008 — Giannini vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-49/08)
(2008/C 183/67)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Massimo Giannini (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L.Levi u C. Ronzi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni ta' tkeċċija tar-rikorrent u l-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tad-drittijiet pekunjarji kollha marbutin mal-kuntratt, kif ukoll l-annullament ta' numru ta' deċiżjonijiet li jiċħdulu l-benefiċċju ta' drittijiet pekunjarji. Min-naħa l-oħra, it-talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-tkeċċija tar-rikorrent ikkomunikata fl-10 ta' Lulju 2007; |
— |
safejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni ta' ċaħda ta' l-ilment, innotifikata fil-5 ta' Frar 2008; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-drittijiet pekunjarji kollha marbutin mal-kuntratt tar-rikorrent (b'mod partikolari, is-salarju bażiku, it-tnaqqis ta' l-allowances tal-qgħad imħallsa, l-allowances u l-ħlasijiet lura kkalkolati fuq terminu ta' tliet xhur ta' kuntratt, kif ukoll l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar mill-post ta' kollokament għall-post ta' oriġini) flimkien ma' l-interessi moratorji mill-mument li kull wieħed minn dawn id-drittijiet huwa dovut sal-mument fejn il-ħlas isir kollu kemm hu, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' ffinanzjar mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, inkrementat bi tliet punti; |
— |
f'kull każ, tannulla d-deċiżjonijiet tas-27 ta' Lulju 2007 u ta' l-20 ta' Settembru 2007 li tipproċedi għall-ġbir ta' EUR 5 218,22 fuq ir-remunerazzjoni tar-rikorrent ta' Awwissu 2007, li jikkorrispondi għal parti mill-ispejjeż ta' l-ivjaġġar mill-post ta' kollokament għall-post ta' oriġini tar-rikorrent u, għaldaqstant, il-ħlas lura ta' din is-somma ta' EUR 5 218,22 flimkien ma' l-interessi moratorji mill-15 ta' Awwissu 2007, sal-mument fejn il-ħlas isir kollu kemm hu, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' ffinanzjar mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, inkrementat bi tliet punti; |
— |
f'kull każ, tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta' Awwissu 2007 li tillimita l-allowances ta' installazzjoni għal terz ta' l-ammont miġbur f'Novembru 2006 u tipproċedi għall-irkupru taż-żewġ terzi l-oħra, jew EUR 4 278,50 fuq ir-remunerazzjoni ta' Frar 2006 u, għaldaqstant tordna l-ħlas lura ta' dan l-ammont ta' EUR 4 278,50 flimkien ma' l-interessi moratorji mill-15 ta' Frar 2008, sal-mument fejn il-ħlas isir kollu kemm hu, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' ffinanzjar mill-ġdid, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, inkrementat bi tliet punti; |
— |
talloka d-danni u l-interessi bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit, stmat provviżorjament għal EUR 200 000; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |