EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0191

Kawża T-191/08: Rikors ippreżentat fit- 22 ta' Mejju 2008 — JOOP! vs L-UASI (rappreżentazzjoni ta' esklamazzjoni)

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/27


Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 — JOOP! vs L-UASI (rappreżentazzjoni ta' esklamazzjoni)

(Kawża T-191/08)

(2008/C 183/51)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg, W. Möllering, A. Löhde, H. Leo, A. Witte, T. Frank, A. Theil, H.-P. Rühland, B. Willers u T. Rein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern mogħtija fis-6 ta' Marzu 2008 fil-każ R 1822/2007-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta punt ta' esklamazzjoni, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5 332 176)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: rifjut ta' l-applikazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), inkwantu t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha karattru distintiv u m'għandhiex tinżamm għad-dispożizzjoni libera ta' kulħadd.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE), ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja.


Top