EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0174

Kawża T-174/08: Rikors ippreżentat fil- 15 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/25


Rikors ippreżentat fil-15 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA

(Kawża T-174/08)

(2008/C 183/48)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Afonso, aġent)

Konvenuta: Cooperação e Desenvolvimento Regional, SA

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tagħti lura lill-Kummissjoni l-ammont prinċipali ta' EUR 63 349,27, inkrementata b'imgħax għal ħlas tardiv li jammonta għal EUR 28 940,70 li kellu jitħallas sal-5 ta' Mejju 2008;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' imgħaxijiet futuri mis-6 ta'Mejju 2008, li jammontaw għal EUR 10,91 kuljum sa meta d-dejn jitħallas kollu kemm hu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa bbażat fuq l-Artikolu 238 KE.

Fil-kuntest tal-proġett “European Network of Centres for the Advancement of Telematics in Urban and Rural Ares” (ENCA TA), il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, ikkonkludiet il-kuntratt Nru SU 1001 (SU) ENCATA ma' tnax-il kontraenti, li waħda minnhom hija l-konvenuta.

Skond dan il-kuntratt, il-Kummissjoni impenjat ruħha sabiex tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-grupp ta' kontraenti, fosthom il-konvenuta, għat-twettiq tal-proġett in kwistjoni.

Il-proġett kellu jkollu terminu ta' 18-il xahar.

Il-proġett beda jiġi eżegwit fl-1 ta' Jannar 1996.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha sabiex issostni sa 50 % tal-valur tal-proġett.

Fil-25 ta' Settembru 1997, il-partijiet ftehmu dwar l-ewwel reviżjoni tal-kuntratt.

It-terminu tal-proġett għadda minn 18 għal 36 xahar, b'bidu mill-1 ta' Jannar 1996.

Fid-29 ta' Ġunju 1998 il-partijiet ftehmu dwar it-tieni reviżjoni tal-kuntratt, fejn it-terminu tal-proġett tnaqqas minn 36 għal 30 xahar, fejn inżammet il-jum tal-bidu ta' l-1 ta' Jannar 1996.

L-ispejjeż finali tal-proġett approvati mill-Kummissjoni kienu inqas mill-ammonti li diġà kienu tħallsu minnha bħala finanzjament bil-quddiem fil-kuntest tal-kuntratt Nru SU 1001 (SU) ENCATA.

B'konsegwenza il-Kummissjoni talbet ir-restituzzjoni tas-somom żejda tal-finanzjament bil-quddiem li tħallsu.

L-ammont dovut mill-konvenuta jammonta għal EUR 63 349,27, flimkien ma' l-imgħax għal ħlas tardiv.

Matul is-snin, il-Kummissjoni kienet regolarment fakkret lill-konvenuta dwar id-dejn in kwistjoni, billi bagħtitilha numru ta' talbiet għall-ħlas. Il-konvenuta, min-naħa tagħha, irrikonoxxiet id-dejn għal diversi drabi u wriet l-intenzjoni tagħha li tipproċedi għall-ħlas in kwistjoni malajr kemm jista' jkun, iżda, sa llum, hija ma ħallset l-ebda somma lill-Kummissjoni relatata mad-dejn flimkien ma' l-imgħaxijiet għal ħlas tardiv relatati li jirriżultaw mill-finanzjament bil-quddiem eċċessiv li tħallas fil-kuntest tal-proġett ENCATA.


Top