EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0239

Kawża C-239/08: Rikors ippreżentat fit- 2 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/16


Rikors ippreżentat fit-2 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-239/08)

(2008/C 183/33)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Huvelin, aġent)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE, ta' l-20 ta' Novembru 2006, li adattat ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-persuni minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (1) u, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 2 ta' din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/100/KE skada fid-data ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-1 ta' Jannar 2007. Sad-data li fiha ġie ppreżentat ir-rikors, ebda miżura ta' traspożizzjoni neċessarja kienet għadha ma ġiet adottata jew kkomunikata lill-Kummissjoni mill-konvenut.


(1)  ĠU L 363, p. 141.


Top