EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0234

Kawża C-234/08: Rikors ippreżentat fit- 30 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/16


Rikors ippreżentat fit-30 ta' Mejju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-234/08)

(2008/C 183/32)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Støvlbæk, aġent)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/100/KE (1), ta' l-20 ta' Novembru 2006, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu ta' persuni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta' Jannar 2007.


(1)  ĠU L 363, p. 141.


Top