EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0189

Kawża C-189/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad (L-Olanda) fit- 8 ta' Mejju 2008 — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek N.V./S.A., illum PMF Productions

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/13


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad (L-Olanda) fit-8 ta' Mejju 2008 — Zuid-Chemie BV vs Philippo's Mineralenfabriek N.V./S.A., illum PMF Productions

(Kawża C-189/08)

(2008/C 183/25)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuid-Chemie BV.

Konvenuta: Philippo's Mineralenfabriek N.V./S.A.

Domandi preliminari

a)

Fil-każ ta' ħtija bħal dik li fuqu bbażat il-pretensjoni tagħha Zuid-Chemie, x'dannu għandu jiġi kkunsidrat bħala d-dannu inizjali li jirriżulta minn din il-ħtija: id-dannu li jseħħ minħabba l-kunsinna ta' prodotti difettużi jew id-dannu li jseħħ minħabba l-użu normali tal-prodott għall-finijiet li għalihom huwa intiż?

b)

Fit-tieni sitwazzjoni, allura l-post fejn dan id-dannu seħħ jista' jkun ikkunsidrat bħala l-“post fejn l-effett tal-ħsara [l-avveniment dannuż] jkun twettaq” skond l-Artikolu 5(3) tar-Regolament 44/2001 (1) biss jekk id-dannu jikkonsisti f'dannu fiżiku lill-persuni jew oġġetti jew dan huwa possibbli wkoll meta (f'dan l-istadju) ikun seħħ biss dannu finanzjarju?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1).


Top