EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0167

Kawża C-167/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fil- 21 ta' April 2008 — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik International, VO Sembodja BV u Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fil-21 ta' April 2008 — Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik International, VO Sembodja BV u Parc Healthcare International Limited vs Omnipol Ltd

(Kawża C-167/08)

(2008/C 183/22)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Draka NK Cables Ltd, AB Sandvik International, VO Sembodja BV u Parc Healthcare International Limited

Konvenuta: Omnipol Ltd

Domandi preliminari

Id-debitur li jressaq kawża f'isem u fl-interess tad-debitur tiegħu, għandu jiġi kkunsidrat bħala parti fis-sens ta' l-Artikolu 43(1) tar-Regolament dwar il-Konvenzjoni ta' Brussell (1), jiġifieri parti li tista' tressaq appell kontra deċiżjoni fuq talba għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, anki jekk ma jkunx intervjena formalment bħala parti fil-proċeduri li fihom kreditur ieħor ta' dan id-debitur talab għal din id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 2001, L 12, p. 1).


Top