EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0166

Kawża C-166/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Amtsgericht Büdingen (il-Ġermanja) fit- 18 ta' April 2008 — Proċeduri kriminali kontra Guido Weber

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/11


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Amtsgericht Büdingen (il-Ġermanja) fit-18 ta' April 2008 — Proċeduri kriminali kontra Guido Weber

(Kawża C-166/08)

(2008/C 183/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Büdingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatsanwaltschaft b.d. LG Gießen

Konvenut: Guido Weber

Domandi preliminari

Il-kunċett ta' “dawk li huma soġġetti għal spezzjoni” li jinsab fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/397/KEE (1) tal-Kunsill, ta' l-14 ta' Ġunju 1989, dwar il-kontroll uffiċjali ta' oġġetti ta' l-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirreferix biss għall-produttur, iżda wkoll għal kull persuna li tqiegħed fis-suq l-oġġett ta' l-ikel in kwistjoni, safejn din għandha tinżamm responsabbli mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni għall-istat ta' dan l-oġġett ta' l-ikel jew għall-ittikkettjar tiegħu fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi?


(1)  ĠU L 186, p. 23.


Top