EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0138

Kawża C-138/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fis- 7 ta' April 2008 — Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fis-7 ta' April 2008 — Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH vs Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

(Kawża C-138/08)

(2008/C 183/16)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hochtief AG, Linde-Kca-Dresden GmbH

Konvenuta: Közbeszerzések Tanácsa Közbeszerzési Döntőbizottság

Parti intervenjenti: Budapest Főváros Önkormányzata

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2004/18/KE (1), li ssostitwixxa l-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE (2) li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], huwa applikabbli jekk proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku bdiet fi żmien meta, għalkemm id-Direttiva 2004/18/KE kienet diġà daħlet fis-seħħ, it-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tagħha ma kienx skada, b'mod li hija ma kinitx għadha ġiet integrata fid-dritt nazzjonali?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: fid-dawl tat-termini ta' l-Artikolu 44(3) tad-Direttiva 2004/18/KE, li skondhom “[f]i kull każ in-numru ta' kandidati mistiedna għandu jkun biżżejjed biex jiżgura kompetizzjoni ġenwina”, il-limitazzjoni tan-numru ta' kandidati xierqa għandha tinftiehem fis-sens li, fil-każ ta' proċedura nnegozjata bil-pubblikazzjoni ta' avviż ta' sejħa għal offerti, fit-tieni fażi ta' l-għoti ta' kuntratt, għandu imperattivament ikun hemm numru minimu (tlieta) ta' kandidati?

3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: il-kundizzjoni, prevista fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 93/37/KE tal-Kunsill li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet], li jkun hemm “numru biżżejjed ta' kandidati xierqa” għandha tinftiehem fis-sens li, fin-nuqqas ta' numru biżżejjed ta' kandidati sabiex jinlaħaq il-limitu minimu (tlieta), il-proċedura ma tistax titkompla permezz tas-sejħa għal offerti?

4)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għat-tielet domanda fin-negattiv: it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 93/37/KE, dispożizzjoni li tinsab fost ir-regoli relattivi għall-proċedura nnegozjata, li skondha “[f']kull każ, in-numru ta' kandidati mistiedna biex jagħmlu l-offerti għandu jkun suffiċjenti biex jassigura li jkun hemm kompetizzjoni ġenwina”, huwa applikabbli għall-proċedura nnegozjata li tinkludi żewġ fażijiet imsemmija fl-Artikolu 22(3)?


(1)  ĠU L 134, p. 114.

(2)  ĠU L 199, p. 54.


Top