EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0137

Kawża C-137/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fis- 7 ta' April 2008 — VB Pénzügyi Lízing Zrt. vs Ferenc Schneider

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fis-7 ta' April 2008 — VB Pénzügyi Lízing Zrt. vs Ferenc Schneider

(Kawża C-137/08)

(2008/C 183/15)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti II. és III. Kerületi Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VB Pénzügyi Lízing Zrt.

Konvenut: Ferenc Schneider.

Domandi preliminari

1)

Il-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi permezz tad-Direttiva 93/12/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (1) tirrikjedi li l-qrati nazzjonali jiddeċiedu ex officio, anki fin-nuqqas ta' talba għal dan il-għan — u irrispettivament mill-karattru kontenzjuż jew le tal-proċeduri — dwar il-karattru inġust ta' klawżola kuntrattwali invokata quddiemhom, fil-kuntest ta' l-istħarriġ ġudizzjarju tal-ġurisdizzjoni tagħhom?

2)

Fil-każ ta' risposta fl-affermativ għall-ewwel domanda, liema huma l-kriterji li l-qrati nazzjonali jistgħu jieħdu in kunsiderazzjoni fil-kuntest ta' dan l-istħarriġ ġudizzjarju, b'mod partikolari meta klawżola kuntrattwali ma tagħtix ġurisdizzjoni lit-tribunali fil-post fejn tinsab is-sede prinċipali tal-fornitur tas-servizz, iżda lil tribunali ta' post differenti, anke jekk dawn jinsabu qrib din is-sede prinċipali?

3)

L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika jeskludi l-possibbiltà lill-qrati nazzjonali li jinformaw lill-Ministeru tal-Ġustizzja ta' l-Istat Membru tagħhom li saret talba għal deċiżjoni preliminari fl-istess ħin li tkun saret dik it-talba?


(1)  ĠU 1993, L 95, p. 29.


Top