EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CB0231

Kawżi magħquda C-231/07 u C-232/07: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tmien Awla) ta' l- 14 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Tiercé Ladbroke SA (C-231/07), Derby SA (C-232/07) vs L-Istat Belġjan (Regoli tal-Proċedura — L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 13B(d)(3) — Eżenzjonijiet — Kunċetti ta' 'depożiti ta' fondi' u ta' 'pagamenti' — Ċaħda ta' l-eżenzjoni)

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-tmien Awla) ta' l-14 ta' Mejju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour d'appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Tiercé Ladbroke SA (C-231/07), Derby SA (C-232/07) vs L-Istat Belġjan

(Kawżi magħquda C-231/07 u C-232/07) (1)

(Regoli tal-Proċedura - L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 104(3) - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 13B(d)(3) - Eżenzjonijiet - Kunċetti ta' 'depożiti ta' fondi' u ta' 'pagamenti' - Ċaħda ta' l-eżenzjoni)

(2008/C 183/11)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d'appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tiercé Ladbroke SA (C-231/07), Derby SA (C-232/07)

Konvenuta: L-Istat Belġjan

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d'appel de Bruxelles (il-Belġju) — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva 77/388/KE tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) — Eżenzjonijiet li jkopru t-tranżazzjonijiet, inkluż in-negozjar, li jirrigwardaw id-depożiti ta' fondi u l-pagamenti — Imħatri, lotteriji u logħob ieħor ta' l-azzard jew għall-flus — Servizzi ta' bejjiegħa tat-tabakk inkarigati bil-ġbir ta' l-imħatri, f'isem mandant, u bil-ħlas tal-flus mirbuħa lil min jagħmel l-imħatri — Possibbiltà li tingħata l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13B(d)(3)?

Dispożittiv

Il-kliem “tranżazzjonijiet, inkluż in-negozjar, li jirrigwardaw id-depożiti ta' fondi [u l-] pagamenti”, preżenti fl-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva 77/388/KE tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jinkludux il-provvista ta' servizzi pprovduti minn mandatarju, li jaġixxi f'isem mandant u jwettaq attività ta' ġbir ta' mħatri fuq it-tlielaq taż-żwiemel u fuq avvenimenti sportivi oħra, li jikkonsistu f'li l-mandatarju jaċċetta l-imħatri f'isem mandant, jirreġistra l-imħatri, jikkonferma lill-klijent, permezz ta' biljett, li l-imħatra ġiet konkluża, jiġbor il-flus, iħallas il-flus mirbuħa, jassumi biss ir-responsabbiltà, fir-rigward tal-mandant, għall-amministrazzjoni tal-flus miġbura kif ukoll għas-serq u/jew telf ta' flus u jirċievi remunerazzjoni taħt forma ta' kummissjoni min-naħa tal-mandant tiegħu bħala ħlas għal din l-attività.


(1)  ĠU C 170, 21.7.2007.


Top