EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0226

Kawża C-226/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 89/391/KEE — Miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol — Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) — Traspożizzjoni mhux konformi)

ĠU C 183, 19.7.2008, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 183/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-226/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/391/KEE - Miżuri intiżi sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol - Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) - Traspożizzjoni mhux konformi)

(2008/C 183/02)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Rozet u I. Kaufmann-Bühler, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u C. Bergeot-Nunes, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu ma' l-Artikoli 2, 10(1) u 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi m'adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonjiet amministrattivi neċessarji kkollha sabiex tikkonforma ruħha ma' l-Artikoli 2, 10(1) kif ukoll 12(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta' Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 15.7.2006.


Top