EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010DC0011
Report from the Commission to the Council and the European Parliament on sustainability requirements for the use of solid and gaseous biomass sources in electricity, heating and cooling SEC(2010) 65 final SEC(2010) 66 final
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ SEC(2010) 65 final SEC(2010) 66 final
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ SEC(2010) 65 final SEC(2010) 66 final
/* KUMM/2010/0011 finali */
Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ SEC(2010) 65 final SEC(2010) 66 final /* KUMM/2010/0011 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 25.2.2010 KUMM(2010)11 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ SEC(2010) 65 finalSEC(2010) 66 final RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użu ta’ sorsi ta’ bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ 1. Daħla Id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli[1] tinkludi skema ta’ sostenibbiltà għal (a) bijokarburanti għat-trasport, u (b) bijolikwidi li jintużaw f’setturi oħrajn (l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ). L-Artikolu 17(9) ta’ dik id-Direttiva jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tirrapporta sa Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għall-użi enerġetiċi tal-bijomassa minbarra bijolikwidi u bijokarburanti (jiġifieri, karburanti solidi u gassużi fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ). Dan ir-rapport huwa maħsub biex jissodisfa dak l-obbligu. Fl-UE, madwar 5% mill-konsum finali tal-enerġija ġej mill-bijoenerġija. It-tbassir li sar għall-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli[2] ta’ Jannar 2007 kien jissuġġerixxi li wieħed jista’ jistenna li l-użu tal-bijomassa jirdoppja, sabiex jikkontribwixxi madwar nofs l-isforz totali biex tintlaħaq il-mira għall-enerġija rinnovabbli ta’ 20% fl-2020. Il-produzzjoni u l-użu dejjem ikbar tal-bijomassa għal skopijiet enerġetiċi diġà jagħtu lok għal kummerċ internazzjonali, u dan is-suq mistenni jespandi fil-ġejjieni. Il-parti l-kbira taż-żieda fil-kummerċ mistennija tkun fil-forma ta’ gerbub (pellets), tip ta’ bijomassa solida, li ġeneralment tikkonsisti fl-ipproċessar ta’ residwi minn industriji bbażati fuq il-foresti[3]. Diversi pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-UE qed jipproduċu gerbub tal-injam speċifikament għas-suq Ewropew. L-Istati Membri li huma dipendenti fuq l-importazzjonijiet tal-bijomassa qed iduru dejjem iktar għal sorsi fi Stati Membri oħrajn jew barra mill-UE[4]. Għall-bijomassa prodotta fl-UE, il-qafas legali attwali (prinċipalment relatat mal-ġestjoni tal-agrikoltura u tal-foresti) jagħti ċerti assigurazzjonijiet għall-ġestjoni sostenibbili tal-foresti u tal-agrikoltura[5]. L-istess jista’ jingħad għal uħud mill-pajjiżi terzi – imma oħrajn ma għandhomx qafas ta’ din ix-xorta. Għal din ir-raġuni, intwera tħassib li espansjoni tal-kummerċ internazzjonali tal-bijomassa u żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi jistgħu jwasslu għal produzzjoni insostenibbli tal-bijomassa. Għaldaqstant, il-pajjiżi prinċipali li qed jimportaw il-bijomassa bdew jiżviluppaw rekwiżiti nazzjonali ta’ sostenibbiltà għall-bijoenerġija. Dan wassal għal skemi ta’ ċertifikazzjoni (volontarji u mandatarji) fis-setturi tal-agrikoltura, tal-foresterija u tal-enerġija li mhux bilfors huma komplementari jew kompatibbli[6]. Dan imbagħad wassal għal talbiet min-naħa tal-utilitajiet, tal-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-pajjiżi li jimportaw il-bijomassa għal skema komuni ta’ sostenibbiltà għall-bijomassa sabiex ikunu limitati l-barrieri transkonfinali fi ħdan l-UE meta jiġu stabbiliti proġetti bijoenerġetiċi. Fl-analiżi tagħha tar-rekwiżiti biex tkun estiża l-iskema ta’ sostenibbiltà tal-UE, il-Kummissjoni kkunsidrat tliet prinċipji li trid tissodisfa politika mifruxa mal-Ewropa kollha dwar is-sostenibbiltà tal-bijomassa: - effikaċja biex ikunu megħluba l-problemi ta’ użu sostennibbli tal-bijomassa, - effiċjenza fl-infiq biex jintlaħqu l-għanijiet, u - konsistenza mal-politiki eżistenti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rriflettiet ukoll dwar jekk f’dan l-istadju hemmx il-ħtieġa li jkunu proposti miżuri ta’ politika vinkolanti jew volontarji, u dan qed jiġi diskuss fil-qosor f’dan ir-rapport. It-Taqsima 2 tar-rapport se tkopri l-kwistjonijiet prinċipali tas-sostenibbiltà, u t-Taqsima 3 se tagħmel rakkomandazzjonijiet biex jittieħdu azzjonijiet. Il-valutazzjoni ta’ impatt li takkumpanja dan ir-rapport[7] tivvaluta l-kwistjonijiet kollha f’iktar dettall. 2. Il-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà għal bijomassa solida u gassuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ Din it-taqsima tevalwa l-kwistjonijiet prinċipali tas-sostenibbiltà li ġew identifikati matul il-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Lulju u Settembru 2008 u fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja dan ir-rapport. Madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu l-ħtieġa għal konsistenza mal-iskema ta’ sostenibbiltà li ġiet adottata għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Il-bijomassa solida u gassuża toriġina mill-uċuħ tar-raba’ u mir-residwi agrikoli (eż. il-qamħirrun, il-qamħ, it-tiben u d-demel tal-annimali), mill-foresterija (eż. iz-zkuk maqtugħin, il-biċċiet ta’ zkuk li jibqgħu mwaħħla mal-art wara li z-zokk jiġi maqtugħ, il-weraq u l-friegħi), mill-industriji tal-ipproċessar tal-injam (il-qoxra tas-siġra, il-qatgħat li jifdal, il-laqx tal-injam u s-serratura) u mill-iskart organiku (eż. l-iskart solidu muniċipali, l-injam irkuprat wara l-konsum (post consumer recovered wood), il-karburanti derivati miż-żibel u l-ħama tad-dranaġġ). Prattikament, il-bijomassa tista’ tkun kwalunkwe materjal organiku. Ħafna minn dawn il-materji primi jistgħu jintużaw ukoll għall-produzzjoni tal-bijokarburanti għat-trasport jew tal-bijolikwidi li jintużaw fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ. 2.1. Is-sostenibbiltà fil-produzzjoni (il-ġestjoni tal-art, il-kultivazzjoni u l-ħsad) Is-sostenibbiltà relatata mal-produzzjoni tal-bijomassa tikkonċerna, fost l-oħrajn, il-protezzjoni ta’ ekosistemi b’bijodiversità għolja u tal-ħażniet tal-karbonju, bħal dawk fil-foresti. Fl-Ewropa, il-produzzjoni agrikola sostenibbli hija rregolata permezz tar-rekwiżiti ambjentali ta’ konformità reċiproka fil-Polika Agrikola Komuni (PAK)[8]. Il-ġestjoni tal-foresti hija rregolata fil-livell nazzjonali, bi gwida politika permezz tal-Istrateġija tal-Foresterija tal-UE u proċessi internazzjonali, bħall-Konferenza Ministerjali għall-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa (MCPFE - Ministerial Conference for the Protection of Forests in Europe). Huwa diffiċli li wieħed jgħid eżattament kemm bijomassa primarja direttament mill-foresterija jew mill-agrikoltura tintuża għal skopijiet enerġetiċi. Skont l-istimi ta’ studju attwali mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE - United Nations Economic Commission for Europe)[9], madwar 24% tal-bijomassa mill-injam għall-enerġija ġejja mit-tneħħijiet diretti mill-foresti u mill-agrikoltura fl-Ewropa u sehem kbir mill-bijomassa ġej mir-residwi tal-uċuħ tar-raba’ agrikoli, mir-residwi tal-foresterija[10], mir-residwi tal-ipproċessar u mill-injam irkuprat[11]. B’differenza għal uħud mill-uċuħ tar-raba’ agrikoli, inklużi l-imsaġar ta’ newba qasira, l-iskart tal-bijomassa u r-residwi tal-ipproċessar ma jkunux prodotti speċfikament biex jintużaw fis-settur tal-enerġija, imma jkun r-riżultati ta’ attività ekonomika oħra li ssir xorta waħda[12]. L-istabbilimenti fejn jisserraw l-injam il-kbir (saw-mills) ibigħu s-serratura lill-manifatturi tal-gerbub tal-injam u d-demel jintuża biex ikun prodott il-bijogass permezz tad-diġestjoni anerobika. Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex l-użu tal-bijomassa għal skopijiet enerġetiċi rnexxielu jiżdied fl-UE, fl-istess ħin li l-foresti Ewropej qed iżidu l-erja tagħhom, il-ħażna ta’ siġar għat-tkabbir u l-volum ta’ siġar li għadhom weqfin (standing volume). Hemm ukoll tneħħijiet diretti ta’ residwi forestali u agrikoli għal skopijiet enerġetiċi, bħat-tneħħija ta’ biċċiet ta’ zkuk li jibqgħu mwaħħla mal-art wara li z-zokk jiġi maqtugħ, ta’ friegħi u ta’ weraq jew ta’ tiben. Iż-żieda fid-domanda għal residwi tal-foresterija jew tal-agrikoltura tista’ twassal għal tnaqqis fil-ħażna tal-karbonju fl-art li hemm fil-ħamrija, pereżempju, jekk jitħallew ftit wisq residwi fuq l-art. Hemm kwantitajiet kbar ta’ karbonju fil-materjal organiku tal-ħamrija, li jistgħu jiżdiedu jew jonqsu skont l-uċuħ tar-raba’ jew is-siġar imħawwla u skont ir-reġim ta’ ġestjoni, bħall-applikazzjoni tal-fertilizzanti. Fil-livell globali, id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni forestali jibqgħu għaddejjin, filwaqt li l-foresti Ewropej u tal-Amerika ta’ Fuq qed jiżdiedu. Fost il-kawżi fundamentali għad-deforestazzjoni u għad-degradazzjoni forestali hemm l-istrutturi dgħajfa ta’ governanza għall-konservazzjoni forestali u għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi forestali, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw[13]. Għadd kbir ta’ pajjiżi huma parti f'inizjattivi intergovernattivi sabiex ikunu stabbiliti kriterji u indikaturi ħalli tiġi mmonitorjata ġestjoni sostenibbli tal-foresti, imma dawn mhumiex għalkollox ibbażati fuq prinċipji u kriterji komuni u ma għandhomx mekkaniżmu biex tkun ivverifikata l-konformità mal-prinċipji miftiehma. Minflok, ġew stabbiliti skemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni sabiex tkun ivverifikata l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti[14]. Fid-dinja llum, 8% biss tal-foresti kollha huma ċċertifikati, meta pparagunati ma’ kważi 45% fl-UE[15]. Fl-UE, peress li l-parti l-kbira tal-bijomassa tiġi mir-residwi forestali Ewropej u mill-prodotti sekondarji ta’ industriji oħrajn (residwi tal-ipproċessar), u peress li l-istrutturi ta’ governanza għall-ġestjoni tal-foresti huma b’saħħithom, jiġi kkunsidrat li r-riskji kurrenti għas-sostenibbiltà huma żgħar. Madankollu, iż-żieda mistennija fid-domanda għal materja prima għall-bijomassa domestika u mhux tal-UE tiġġustifika ċertu viġilanza rigward sa liema punt u b’liema mod l-espansjoni mistennija se jkollha impatt fuq il-ħażniet tal-karbonju fil-foresti kif ukoll fl-artijiet u fil-ħamrija agrikoli. 2.2 Il-kontabbiltà fl-użu tal-art, fit-tibdil fl-użu tal-art u fil-foresterija Id-deforestazzjoni, id-degradazzjoni forestali u għadd ta’ prattiki oħrajn jistgħu jwasslu għal telf sinifikanti ta’ karbonju terrestri u/jew għal tibdiliet sinifikanti fil-produttività (eż. prattiki tal-ħsad li jirriżultaw fit-tneħħija eċċessiva ta’ weraq u materjal organiku ieħor li qed jitmermer mis-saff ta’ fuq nett tal-qiegħa tal-foresti jew ta’ biċċiet ta’ zkuk li jibqgħu mwaħħla mal-art wara li z-zokk jinqata' mill-foresti). L-emissjonijiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-foresterija (LULUCF - land use, land use change and forestry) jiġu rrappurtati mill-pajjiżi kollha tal-Anness 1 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC - United Nations Framework Convention on Climate Change), inklużi l-Istati Membri tal-UE, ir-Russja, il-Kanada, u l-Istati Uniti tal-Amerika, imma l-metodi ta’ kontabbiltà, kif jiġu applikati skont il-Protokoll ta’ Kjoto, jeħtieġ li jittejbu. Għadhom għaddejjin negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima sabiex ikunu deċiżi l-metodi ta’ kontabbiltà għal-LULUCF skont ftehim internazzjonali ġdid. Taħt l-UNFCCC, qed jiġi diskuss anki programm tan-Nazzjonijiet Uniti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni forestali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (REDD - deforestation and forest degradation in developing countries). L-emissjonijiet tal-LULUCF jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod permezz ta’ qafas ġenerali li jikkunsidra kemm it-tneħħijiet kif ukoll l-emissjonijiet tal-użi kollha tal-art (il-produzzjoni tal-ikel, tal-għalf u tal-fibri, eċċ.). Dan għandu jippremja ż-żidiet fil-ħażniet tal-karbonju, li huwa importanti biex matul iż-żmien ikunu żgurati biżżejjed riżorsi tal-bijomassa. Kontabbiltà globali xierqa tal-LULUCF tista’ tagħti kontribuzzjoni importanti fil-kuntest tal-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa. 2.3 Il-prestazzjoni tal-gassijiet serra tul ċiklu tal-ħajja (GHG) Il-benefiċċji ambjentali potenzjali, inkluż f’termini ta’ ffrankar ta’ GHG, li jistgħu jinkisbu mis-sostituzzjoni tal-karburanti fossili b’sorsi tal-bijomassa, huma waħda mill-forzi prinċipali li hemm wara l-promozzjoni tal-bijoenerġija. Il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA - Life Cycle Assessment) hija kkunsidrata bħala l-metodu adattat biex tkun evalwata l-prestazzjoni tal-GHG tal-bijoenerġija meta pparagunata ma’ dik tal-alternattivi fossili. Il-bilanċ tal-GHG tas-sistemi bijoenerġetiċi jvarja skont it-tip ta’ materja prima, it-tibdiliet fil-ħażniet tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art, trasport, ipproċessar tal-materji primi u t-teknoloġiji ta’ konverżjoni għall-produzzjoni tas-sħana jew tal-elettriku. M’hemmx metodoloġija unika tal-LCA. L-għażliet metodoloġiċi għal-LCA se jkollhom effett fuq il-kejl tal-prestazzjoni tal-GHG tal-bijoenerġija. Il-metodoloġija tal-LCA għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi stabbilita fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli kienet ibbażata fuq analiżi bir-reqqa u kienet approvata mil-leġiżlatur. Għal skopijiet ta’ konsistenza, jagħmel sens jekk tintuża l-istess metodoloġija għat-tipi kollha ta’ bijoenerġija. Il-metodu tal-LCA fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli jsegwi l-katina enerġetika mis-sors sal-enerġija finali, jiġifieri fil-każ tat-trasport sal-karburant finali. Fil-każ tal-bijomassa solida u gassuża li tintuża għall-elettriku, għat-tisħin u għat-tkessiħ, l-enerġija finali mhix il-karburant finali; hija l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ. Biex tkun ivvalutata l-prestazzjoni tal-GHG tal-bijomassa, il-metodoloġija tal-LCA għandha tkun estiża sabiex il-konverżjoni tal-karburant tal-bijomassa f’elettriku, f’tisħin jew fi tkessiħ tiġi inkluża fil-kalkoli tal-emissjonijiet tal-GHG. Barra minn hekk, il-metodoloġija għandu jkollha l-kapaċità li talloka l-frazzjonijiet rispettivi xierqa tal-emissjonijiet tal-GHG li jiġu mill-koġenerazzjoni tas-sħana u tal-elettriku, lill-ammont ta’ elettriku u ta’ sħana prodotti. L-emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja għall-bijomassa solida u gassuża li tintuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ imbagħad jistgħu jiġu pparagunati mal-elettriku, mat-tisħin u mat-tkessiħ fossili tal-UE.[16] Filwaqt li tikkunsidra dawn il-punti metodoloġiċi, il-Grafika 1 turi l-valuri tipiċi tal-prestazzjoni tal-gassijiet serra tal-bijoenerġija prodotta minn materji primi differenti tal-bijomassa solida. It-telf għall-konverżjoni tal-enerġija huma inklużi, fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet ta’ effiċjenza tal-konverżjoni elettrika ta’ 25% u ta’ effiċjenza tal-konverżjoni termali ta’ 85%. Grafika 1 – Il-prestazzjoni tipika tal-gassijiet serra tal-bijomassa solida[17] [pic] Sors: ĊKR 2009[18] Fejn jintużaw residwi forestali jew agrikoli, l-iffrankar tal-gassijiet serra tal-materji primi Ewropej huwa kbir, ġeneralment iktar minn 80% ta’ ffrankar meta pparagunat mal-alternattiva fossili. Ir-riskju li ma jintlaħaqx iffrankar kbir ta’ GHG b’hekk huwa iżgħar mir-riskji identifikati għall-bijokarburanti li jintużaw fit-trasport, għaliex il-passi tipiċi tal-ipproċessar (eż. it-tiswir f’gerbub) ġeneralment jikkonsmaw inqas enerġija mill-proċessi meħtieġa sabiex isiru l-bijokarburanti tat-trasport. Jista’ jkun hemm iktar emissjonijiet għall-uċuħ tar-raba’ agrikoli u sa ċertu punt għall-imsaġar ta’ newba qasira minħabba l-użu tal-fertilizzanti fl-agrikoltura, li normalment ma jintużawx fil-foresterija. Fejn jintużaw materji primi tropikali jew subtropikali, b’mod partikolari għal prodotti li jeħtieġu iktar input enerġetiku (bħal fil-każ tal-faħam tal-kannol), l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ikunu tipikament ikbar għaliex l-ipproċessar ta’ spiss isir billi jintuża input ta’ enerġija fossili u (sa grad inqas) minħabba l-emissjonijiet mit-trasport lejn l-UE. 2.4 L-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u ż-żieda fl-effiċjenza tal-produzzjoni tal-enerġija huma fost il-miri enerġetiċi prinċipali tal-Komunità. L-effiċjenzi tal-konverżjoni tal-enerġija tal-istufi u tal-bojlers tal-bijomassa fid-djar ivarjaw minn madwar 10% sa 95%. Il-koġenerazzjoni (li tipproduċi elettriku u sħana) u l-impjanti tat-tisħin distrettwali jistgħu jilħqu effiċjenza ta’ bejn 80% u 90%, filwaqt li l-enerġija fuq skala kbira u l-inċinerazzjoni tal-iskart bi rkupru tal-enerġija jilħqu effiċjenza ta’ bejn 10% u 35%. Għaldaqstant, hemm potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija permezz ta’ żieda fl-effiċjenza. Il-kunsiderazzjonijiet għall-kriterji tal-effiċjenza enerġetika għall-installazzjonijiet bijoenerġetiċi jridu jqisu l-firxa wiesgħa ta’ effiċjenzi tal-konverżjoni tal-enerġija li huma influwenzati b’mod sinifikanti mid-daqs, mill-materji primi, mit-teknoloġija u mill-użu finali. Għal materja prima fejn ikunu disponibbli proċessi ta’ konverżjoni differenti, huwa partikolarment importanti li jkunu inkoraġġuti l-iktar proċessi ta’ konverżjoni effiċjenti. Għall-bojlers fid-djar, bħalissa għaddej żvilupp fil-politika għal effiċjenza enerġetika komuni u għal standards ta’ prestazzjoni ambjentali (inklużi dawk relatati mal-kwalità tal-arja) skont id-Direttiva dwar l-ekodisinn għall-prodotti li jużaw l-enerġija[19]. Qed jiġu introdotti anki miżuri fid-Direttiva dwar it-tikkettar tal-enerġija[20], u fir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini[21]. Dawn l-istrumenti ta’ politika jkopru l-konverżjoni tal-enerġija (prinċipalment) tal-istufi u tal-bojlers fid-djar irrispettivament minn jekk humiex qed jużaw materji primi ta’ enerġija fossili jew ta’ enerġija rinnovabbli. Fil-prinċipju, approċċ komuni għal politika ta’ effiċjenza enerġetika kemm għall-karburanti fossili kif ukoll għal dawk tal-bijomassa jkun preferibbli, sabiex ikun evitat ir-riskju li terġa’ tibda tintuża l-enerġija fossili jekk l-istess standards ma japplikawx ukoll għall-applikazzjonijiet tal-karburanti fossili. Rekwiżiti minimi għall-effiċjenzi għall-installazzjonijiet bijoenerġetiċi biss jistgħu jwasslu biex jiġi diżinċentivat l-użu enerġetiku tal-flussi tal-iskart tal-bijomassa li ma għandhom l-ebda użu ieħor (eż. il-ħama tad-dranaġġ). 3. Rakkomandazzjonijiet għal azzjoni xierqa sabiex ikunu indirizzati l-kwistjonijiet tas-sostenibbiltà It-tħassib dwar is-sostenibbiltà li ġie identifikat fit-Taqsima 2 iqajjem dawn il-kwistjonijiet: (1) fuq liema livell għandha tittieħed l-azzjoni, u (2) x’għandu jkun il-kontenut ta’ din l-azzjoni? 3.1. Fuq liema livell għandha tittieħed l-azzjoni? Il-firxa wiesgħa ta’ materji primi tal-bijomassa tagħmiha diffiċli biex f’dan l-istadju tkun ippreżentata skema armonizzata. Il-materji primi differenti jippreżentaw sfidi differenti għall-produzzjoni sostenibbli, għall-prestazzjoni tal-gassijiet serra jew għall-konverżjoni effiċjenti tal-enerġija. Jiġi kkunsidrat ukoll li r-riskji għas-sostenibbiltà marbuta mal-produzzjoni domestika tal-bijomassa li toriġina mill-iskart u mir-residwi agrikoli u tal-foresterija, fejn ma jkun hemm l-ebda tibdil fl-użu tal-art, bħalissa huma żgħar. Għal dawn ir-raġunijiet, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni mhix qed tipproponi kriterji vinkolanti fil-livell tal-UE. Madankollu, biex ikun minimizzat ir-riskju li jiġu żviluppati kriterji varjati u possibbilment inkompatibbli fil-livell nazzjonali, li jwasslu għal gradi differenti ta’ mitigazzjoni, għal barrieri għall-kummerċ u għal taħniq tat-tkabbir tas-settur bijoenerġetiku (u l-impożizzjoni ta’ żieda fl-ispejjeż fuq l-Istati Membri biex jilħqu l-miri nazzjonali tagħhom), il-Kummissjoni f’dan ir-rapport qed tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-iżvilupp tal-iskemi ta’ sostenibbiltà tagħhom. 3.2 Il-kriterji ta’ sostenibbiltà rrakkomandati Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istati Membri li diġà għandhom, jew li ser jintroduċu, skemi ta’ sostenibbiltà nazzjonali għal bijomassa solida u gassuża li tintuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, jiżguraw irwieħhom li dawn, kważi f’kull aspett, ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli[22]. Dan għandu jiżgura iktar konsistenza u jevita diskriminazzjoni mhux iġġustifikata fl-użu tal-materji primi. Minħabba l-karatteristiċi tal-produzzjoni u tal-użu tal-bijomassa solida u gassuża li tintuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ, id-differenzi li ġejjin huma xierqa: 1. Skont l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, l-iskart u ċerti residwi għandhom ikunu meħtieġa biss li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 17(2), jiġifieri l-kriterji ta’ prestazzjoni tal-gassijiet serra. Huwa diffiċli li jiġu ffissati valuri awtomatiċi għall-gassijiet serra għall-firxa wiesgħa ta’ materji primi possibbli bħall-iskart, jew valuri awtomatiċi komuni sabiex tkun koperta firxa ta’ materji primi simili jew taħlita ta’ materji primi. Huwa wkoll diffiċli li tiġi ġġustifikata l-impożizzjoni ta’ obbligi u ta’ spejjeż addizzjonali biex tkun ipprovata l-konformità mal-kriterji ta’ prestazzjoni tal-gassijiet serra, għal setturi li normalment jilħqu livelli għoljin ta’ ffrankar ta’ gassijiet serra, bħal meta jintuża l-iskart. Huwa rrakkomandat li kriterju tal-prestazzjoni tal-gassijiet serra ma jiġix applikat għall-iskart, imma għall-prodotti fejn il-valuri awtomatiċi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għalihom ġew ikkalkolati kif inhu elenkat fl-Anness II. 2. Il-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandha tkun estiża kif ġie deskritt fit-Taqsima 2.2, li jirriżulta fir-regoli metodoloġiċi deskritti fl-Anness I. Fl-Anness II qed jiġu ppreżentati l-valuri awtomatiċi u tipiċi tal-prestazzjoni tal-gassijiet serra għall-karburanti tal-bijomassa solida u gassuża primarja kkalkolati permezz ta’ din il-metodoloġija. Il-metodoloġija rrakkomandata fl-Anness I teħtieġ li l-valur awtomatiku ikun diviż bil-valur tal-effiċjenza effettiva tal-konverżjoni tal-enerġija tal-installazzjoni tal-elettriku jew tat-tisħin/tkessiħ sabiex jinkiseb valur għall-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra. 3. Biex jingħata stimolu għal effiċjenza ikbar tal-konverżjoni tal-enerġija, l-Istati Membri, fl-iskemi ta’ appoġġ tagħhom għall-installazzjonijiet tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, għandhom jagħmlu differenza favur installazzjonijiet li jilħqu effiċjenzi kbar tal-konverżjoni tal-enerġija, bħal impjanti ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja hekk kif ġew iddefiniti skont id-Direttiva dwar il-Koġenerazzjoni[23]. Għal bojlers fuq skala żgħira li jużaw karburanti solidi[24], fl-2010 il-Kummissjoni mistennija tipproponi rekwiżiti minimi għall-effiċjenza u għall-ambjent marbuta mal-kwalità tal-arja. Il-kontabbilità tal-LULUCF u d-dispożizzjonijiet relatati mar-REDD jistgħu jgħinu biex ikunu indirizzati kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà marbuta mal-użu tal-art fil-pajjiżi terzi. Peress li regoli ta’ din ix-xorta għadhom ma ġewx stabbiliti fil-livell internazzjonali, u minħabba r-riskji relattivament ikbar għas-sostenibbiltà marbuta mal-foresterija, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-progress f’dan il-qasam u, sal-31 ta’ Diċembru 2011, għandha terġa’ tivvaluta s-sitwazzjoni. Fil-każ li l-kwistjonijiet tal-LULUCF u tar-REDD ma jkunux ġew indirizzati biżżejjed fil-livell internazzjonali, jew jekk il-pajjiżi ma jkunux biżżejjed involuti fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra li tintroduċi proċedura biex ikunu indirizzati l-problemi potenzjali tas-sostenibbiltà. 3.3 Il-qasam ta’ applikazzjoni tal-kriterji Is-settur tal-bijomassa huwa fframmentat u hemm għadd ta’ utenti tal-bijomassa fuq skala żgħira. Huwa rrakkomandat li l-iskemi ta’ sostenibbiltà japplikaw biss għal produtturi ikbar tal-enerġija b’kapaċità termali ta' 1MW jew b’kapaċità elettrika ta’ 1MW jew iktar. L-impożizzjoni ta’ rekwiżiti fuq il-produtturi ta’ skala żgħira biex jipprovaw is-sostenibbiltà toħloq piż amministrattiv eċċessiv, għalkemm livelli ogħla ta’ prestazzjoni u ta’ effiċjenza għandhom ikunu inkoraġġuti. 3.4. Ir-rekwiżiti għar-rappurtar u għall-monitoraġġ Il-kummerċ tal-bijomassa fl-UE għandu rwol importanti fl-iżvilupp tas-settur bijoenerġetiku. L-istatistika nazzjonali u dik Ewropea għandhom nuqqasijiet kbar fl-għarfien rigward l-ammont ta’ bijomassa li tintuża għal skopijiet enerġetiċi. Sabiex tittejjeb id-dejta dwar l-użu tal-bijomassa, qed jiġi rrakkomandat li l-Istati Membri jżommu reġistri tal-oriġini tal-bijomassa primarja li tintuża fl-installazzjonijiet tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ ta’ 1 MW jew iktar, biex b’hekk ikunu qed jgħinu ħalli tittejjeb l-istatistika dwar l-użu tal-bijomassa u jkunu mmonitorjati l-effetti tal-użu tal-bijomassa dwar l-oqsma tal-oriġini. L-Istati Membri qed jiġu inkoraġġuti wkoll sabiex jimmonitorjaw l-użu tal-bijomassa fuq skala żgħira (prinċipalment fid-djar) permezz ta’ servejs u sabiex jagħmlu ħilithom ħalli jtejbu d-disponibbiltà u l-kwalità tad-dejta. Huwa rrakkomandat li l-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkunsidraha fil-monitoraġġ tal-oqsma potenzjalment vulnerabbli. Se jkun immonitorjat l-iżvilupp ulterjuri rigward l-emerġenza ta’ reġimi usa’ tas-sostenibbiltà li jaffettwaw lill-foresti (eż. skemi ta’ ġestjoni sostenibbli tal-foresti) jew lil prodotti agrikoli jew forestali oħrajn, biex ikun ivvalutat jekk ir-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-użi enerġetiċi tal-bijomassa forestali u agrikola biss jgħinux sabiex ikun hemm riżultati tajbin rigward l-iżvilupp sostenibbli għas-setturi forestali u agrikoli. Il-Kummissjoni se teżamina anki l-isforzi sabiex jingħata rendikont tal-emissjonijiet globali mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-foresti skont il-Konvenzjoni ta' Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. 4. Konklużjonijiet L-Istati Membri qed jiġu mistiedna jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet għall-kriterji ta’ sostenibbiltà kif ukoll għar-rappurtar u għall-monitoraġġ li ssemmew iktar ’il fuq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom l-għan li jippromwovu l-produzzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijomassa, suq intern fil-kummerċ tal-bijomassa li jiffunzjona sew u l-eliminazzjoni tal-barrieri għall-iżvilupp bijoenerġetiku. Għalhekk, huwa rrakkomandat, b’mod partikolari li dawk l-Istati Membri li diġà żviluppaw kriterji ta’ sostenibbiltà li jvarjaw mir-rakkomandazzjonijiet li ssemmew iktar ’il fuq, biex jintegraw b’mod xieraq dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Ikun xi jkun il-każ, l-Istati Membri jridu jiżguraw irwieħhom li l-iskemi nazzjonali ta’ sostenibbiltà ma jikkostitwux mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija għall-kummerċ. Sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar jekk l-iskemi nazzjonali indirizzawx biżżejjed u b’mod xieraq is-sostenibbiltà marbuta mal-użu tal-bijomassa fl-UE u lil hinn minnha kif ukoll jekk dawn l-iskemi wasslux għal barrieri għall-kummerċ u għal barrieri għall-iżvilupp tas-settur bijoenerġetiku. Fost l-oħrajn, se tikkunsidra jekk miżuri addizzjonali bħall-kriterji komuni ta’ sostenibbiltà fil-livell tal-UE jkunux adattati. Il-Kummissjoni se tirrapporta wkoll dwar kif in-negozjati internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima u żviluppi oħrajn fil-politika, inklużi l-kontabbiltà tal-LULUCF u r-REDD, huma marbuta mal-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa, irrispettivament minn jekk din tintużax għall-enerġija, għall-ikel, għall-għalf jew għall-fibri. ANNESS I – Il-metodoloġija biex tkun ikkalkolata l-prestazzjoni tal-gassijiet serra tal-bijomassa solida u gassuża li tintuża fl-elettriku, fit-tisħin u fit-tkessiħ 1a. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-produzzjoni tal-karburanti tal-bijomassa solida u gassuża, qabel il-konverżjoni f’elettriku, f’tisħin u fi tkessiħ, għandhom ikunu kkalkulati kif ġej: E = eec + el + ep + etd + eu - esca- eccs - eccr, fejn E = l-emissjonijiet totali mill-produzzjoni tal-karburant qabel il-konverżjoni tal-enerġija; e ec = l-emissjonijiet mill-estrazzjoni jew mill-koltivazzjoni tal-materji primi; e l = l-emissjonijiet annwalizzati mit-tibdiliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati mit-tibdil fl-użu tal-art; e p = l-emissjonijiet mill-ipproċessar; e td = l-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni; e u = l-emissjonijiet mill-karburant li qed jintuża, jiġifieri gassijiet serra rilaxxati matul il-kombustjoni tal-bijomassa solida u gassuża; e sca = l-iffrankar tal-emissjonijiet mill-akkumulazzjoni tal-karbonju fil-ħamrija permezz ta’ ġestjoni agrikola mtejba; e ccs = l-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u mill-ħażna ġeoloġika tal-karbonju; u e ccr = l-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u mis-sostituzzjoni tal-karbonju. L-emissjonijiet mill-manifattura tal-makkinarju u tat-tagħmir ma għandhomx jiġu kkunsidrati. 1b. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-bijomassa solida u gassuża fil-produzzjoni tal-elettriku, fit-tisħin jew fit-tkessiħ, inkluża l-konverżjoni tal-enerġija f’elettriku u/jew fi sħana jew fi tkessiħ prodotti għandhom ikunu kkalkulati kif ġej: Għal installazzjonijiet tal-enerġija li jipproduċu biss sħana utli: [pic] Għal installazzjonijiet tal-enerġija li jipproduċu biss elettriku: [pic] Għal installazzjonijiet tal-enerġija li jipproduċu biss tkessiħ utli: [pic] Fejn: EC h = L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra mill-prodott enerġetiku finali, jiġifieri t-tisħin. EC el = L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra mill-prodott enerġetiku finali, jiġifieri l-elettriku. EC c = L-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra mill-prodott enerġetiku finali, jiġifieri t-tkessiħ. ηel = L-effiċjenza elettrika, iddefinita bħala l-elettriku annwali prodott diviż bl-input annwali tal-karburant. ηh = L-effiċjenza termali, iddefinita bħala l-output annwali ta’ sħana utli, jiġifieri s-sħana ġġenerata biex tkun sodisfatta domanda ekonomikament ġustifikabbli għas-sħana, diviż bl-input annwali tal-karburant. η c = L-effiċjenza termali, iddefinita bħala l-output annwali ta’ tkessiħ utli, jiġifieri t-tkessiħ iġġenerat biex tkun sodisfatta domanda ekonomikament ġustifikabbli għat-tkessiħ, diviż bl-input annwali tal-karburant. Domanda ekonomikament ġustifikabbli għandha tfisser id-domanda li ma taqbiżx il-ħtiġijiet għas-sħana jew għat-tkessiħ u li inkella tkun sodisfatta skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Għall-elettriku li ġej mill-installazzjonijiet tal-enerġija li jipproduċu sħana utli: Għas-sħana utli li tiġi mill-installazzjonijiet tal-enerġija li jipproduċu l-elettriku: [pic] Fejn: C el = Frazzjoni tal-eżerġija (exergy) fl-elettriku, jew kwalunkwe mezz ieħor għat-twassil tal-enerġija għajr is-sħana, iffissata għal 100 % (Cel = 1). C h = L-effiċjenza ta’ Carnot (frazzjoni tal-eżerġija fis-sħana utli). L-effiċjenza ta’ Carnot, Ch, għas-sħana utli f’temperaturi differenti: [pic] Fejn: T h = It-temperatura, imkejla f’temperatura assoluta (kelvin) tas-sħana utli fil-punt ta’ konsenja bħala enerġija finali T 0 = It-temperatura tal-madwar, iffissata għal 273 kelvin (daqs 0 °C) Għal Th < 150 °C (423 kelvin), Ch tiġi ddefinita kif ġej: C h = L-effiċjenza ta’ Carnot fis-sħana f’temperatura ta’ 150 °C (423 kelvin), li hija: 0.3546 2. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn karburanti tal-bijomassa solida u gassuża għal skopijiet ta’ elettriku, ta’ tisħin u ta’ tkessiħ, EC, għandhom ikunu espressi f’termini ta’ grammi ta’ ekwivalenti għas-CO2 għal kull MJ tal-prodott enerġetiku finali (sħana, tkessiħ jew elettriku), gmCO2eq/MJ. 3. L-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mis-sħana, mill-kesħa u mill-elettriku li qed ikunu ġġenerati minn bijomassa solida u gassuża għandu jkun ikkalkolat kif ġej: IFFRANKAR = (ECF (h,el,c) – ECh,el,c)/ECF (h,el,c), fejn ECh,el ,c = l-emissjonijiet totali mis-sħana, mit-tkessiħ jew mill-elettriku; u ECF (h,el,c) = l-emissjonjiet totali mill-komparatur tal-karburant fossili għas-sħana, għat-tkessiħ jew għall-elettriku. 4. Il-gassijiet serra kkunsidrati għall-iskopijiet tal-punt 1 għandhom ikunu s-CO2, l-N2O u s-CH4. Sabiex tkun ikkalkulata l-ekwivalenza għas-CO2, dawk il-gassijiet għandhom jiġu vvalutati kif ġej: CO2: 1 N2O: 296 CH4: 23 5. L-emissjonijiet mill-estrazzjoni, mill-ħsad jew mill-koltivazzjoni tal-materji primi, eec, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-proċess tal-estrazzjoni, tal-ħsad jew tal-koltivazzjoni nnifsu; mill-ġbir tal-materji primi; mill-iskart u mit-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew ta’ prodotti użati fl-estrazzjoni jew fil-koltivazzjoni. Il-qbid tas-CO2 fil-koltivazzjoni tal-materji primi għandu jkun eskluż. It-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-ivvampjar fis-siti tal-produzzjoni taż-żejt fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu jitnaqqas. L-istimi tal-emissjonijiet mill-koltivazzjoni jew mill-ħsad jistgħu jinsiltu mill-użu tal-valuri medji kkalkulati għal żoni ġeografiċi iżgħar minn dawk li ntużaw fil-kalkolu tal-valuri awtomatiċi, bħala alternattiva għall-użu tal-valuri effettivi. 6. L-emissjonijiet annwalizzati mit-tibdiliet fil-ħażniet tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, e l , għandhom jiġu kkalkulati billi l-emissjonijiet totali jiġu diviżi b’mod indaqs fuq 20 sena. Għall-kalkolu ta’ dawk l-emissjonijiet għandha tkun applikata r-regola li ġejja: e l = ( CS R – CS A ) × 3,664 × 1/20 × 1/P – e B , fejn e l = l-emissjonijiet annwalizzati tal-gassijiet serra minn tibdil fil-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejla bħala massa ta’ ekwivalenza għas-CO2 għal kull unità ta’ enerġija ta’ bijomassa solida u gassuża); CS R = il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art ta’ referenza (imkejla bħala l-massa ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta’ referenza għandu jkun l-użu tal-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel ma nkisbet il-materja prima, liema minnhom ikun seħħ l-aħħar; CS A = il-ħażna ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja assoċjata mal-użu tal-art effettiv (imkejla bħala l-massa ta’ karbonju għal kull unità ta’ erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). F’każijiet fejn il-ħażna tal-karbonju takkumula għal iktar minn sena, il-valur attribwit lis- CS A għandu jkun il-ħażna stmata għal kull unità ta’ erja wara 20 sena jew meta l-uċuħ tar-raba’ jilħqu jimmaturaw, skont liema minnhom iseħħ l-ewwel; P = il-produttività tal-uċuħ tar-raba’ (imkejla bħala l-enerġija tal-bijomassa solida u gassuża għal kull unità ta’ erja fis-sena); u e B = bonus ta’ 29 gm CO2eq/MJ ta’ bijomassa solida u gassuża jekk il-bijomassa tinkiseb minn art degradata rrestawrata fil-kundizzjonijiet ipprovduti fil-punt 7. 7. Il-bonus ta’ 29 gm CO2eq/MJ għandu jiġi attribwit jekk tiġi pprovduta evidenza li l-art: (a) ma kinitx qed tintuża għal attività agrikola jew għal kwalunkwe attività oħra f’Jannar 2008; u (b) taqa’ taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin: (i) art li ddeterjorat b’mod gravi, inkluża tali art li qabel kellha użu agrikolu; (ii) art b’kontaminazzjoni qawwija. Il-bonus ta’ 29 gm CO2eq/MJ għandu japplika għal perjodu sa 10 snin mid-data tal-konverżjoni tal-art għal użu agrikolu, sakemm ikunu żgurati żieda kontinwa fil-ħażniet ta’ karbonju kif ukoll tnaqqis sostanzjali fil-fenomeni tal-erożjoni għall-art li taqa’ taħt (i) u li titnaqqas il-kontaminazzjoni tal-ħamrija għall-art li taqa’ taħt (ii). 8. Il-kategoriji msemmija fil-punt 7(b) huma ddefiniti kif ġej: (a) “art li ddeterjorat b’mod gravi” tfisser art li għal perjodu sostanzjali ta’ żmien kienet immellħa b’mod sostanzjali jew kellha kontenut sostanzjalment baxx ta’ materjal organiku u sfat mgħawra b’mod gravi; (b) “art b’kontaminazzjoni qawwija” tfisser art li mhix adatta għall-koltivazzjoni tal-ikel u tal-għalf minħabba kontaminazzjoni tal-ħamrija. L-art ta’ din ix-xorta għandha tinkludi l-art li kienet is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2009/28/KE. 9. Skont il-punt 10 tal-Anness V.C tad-Direttiva 2009/28/KE, il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ħażniet tal-karbonju fl-art li ġew adottati b’relazzjoni għal dik id-Direttiva, skont il-Linji Gwida tal-2006 tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra – il-volum 4, għandhom jagħmluha ta’ bażi għall-kalkolu tal-ħażniet tal-karbonju fl-art. 10. L-emissjonijiet mill-ipproċessar, e p , għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u mit-tnixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti li jintużaw fl-ipproċessar. Għall-kontabbiltà tal-konsum ta’ elettriku li ma ġiex prodott fl-impjant ta’ produzzjoni tal-karburant, l-intensità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ dak l-elettriku għandha tkun meqjusa li hija daqs l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’reġjun iddefinit. B’deroga minn din ir-regola, il-produtturi jistgħu jużaw valur medju għal impjant tal-produzzjoni tal-elettriku individwali għall-elettriku prodott minn dak l-impjant, jekk dak l-impjant ma jkunx konness mal-grilja tal-elettriku. 11. L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni, e td , għandhom jinkludu l-emissjonijiet mit-trasport u mill-ħażna ta’ materjali mhux ipproċessati u nofshom raffinati u mill-ħażna u mid-distribuzzjoni ta’ materjali raffinati. L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni li għandhom jiġu kkunsidrati fil-punt 5 ma għandhomx ikunu koperti b'dan il-punt. 12. Għall-bijomassa solida u gassuża, l-emissjonijiet mill-karburant li qed jintuża, e u , għandhom jiġu kkunsidrati li huma żero. 13. L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u mis-sekwestru tal-karbonju, e ccs , li jkun għadu ma ngħatax rendikont tiegħu f’ e p għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid u tas-sekwestru tas-CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, mat-trasport, mal-ipproċessar u mad-distribuzzjoni tal-karburant. 14. L-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid u mis-sostituzzjoni tal-karbonju, e ccr , għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid tas-CO2 fejn il-karbonju tagħhom joriġina mill-bijomassa u li jintuża biex jissostitwixxi s-CO2 derivat mill-fossili li jintuża fi prodotti u f’servizzi kummerċjali. 15. Fejn proċess tal-produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, kemm il-mezz għat-twassil tal-enerġija li għalih qed jiġu kkalkulati l-emissjonijiet kif ukoll prodott ieħor jew prodotti oħra (“koprodotti”), l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandhom ikunu diviżi bejn il-mezz għat-twassil tal-enerġija jew il-prodott intermedju tiegħu u l-koprodotti, fi proporzjon għall-kontenut enerġetiku tagħhom. Għall-kontabbiltà tas-sħana utli bħala koprodott, l-allokazzjoni bejn is-sħana utli u l-koprodotti l-oħra għandha ssir permezz tal-effiċjenza ta’ Carnot (C), fejn il-koprodotti l-oħra kollha għajr is-sħana jkollhom C ta’ 1. [pic] Fejn: A i = L-emissjonijiet tal-GHG allokati fil-punt ta’ allokazzjoni lill-(ko)prodott i E = L-emissjonijiet totali tal-GHG sal-punt ta’ allokazzjoni ηi = Il-frazzjoni ta’ koprodott jew ta’ prodott, imkejla f’kontenut enerġetiku, iddefinita bħala l-ammont annwali tal-koprodott jew tal-prodott diviż bl-input enerġetiku annwali. ηh = Il-frazzjoni ta’ sħana prodotta flimkien ma’ koprodotti jew prodotti oħrajn, iddefinita bħala l-output annwali tas-sħana utli diviż bl-input enerġetiku annwali. Ci = Il-frazzjoni tal-eżerġija fil-mezz għat-twassil tal-enerġija (għajr is-sħana), bil-valur ta’ 1 Ch = L-effiċjenza ta’ Carnot (frazzjoni tal-eżerġija fis-sħana utli). L-effiċjenza ta’ Carnot, Ch, għas-sħana utli f’temperaturi differenti: [pic] Fejn: Th = It-temperatura, imkejla f’temperatura assoluta (kelvin) tas-sħana utli fil-punt ta’ konsenja. T0 = It-temperatura tal-madwar, iffissata għal 273 kelvin (daqs 0 °C) Għal Th < 150 °C (423 kelvin), Ch tiġi ddefinita kif ġej: Ch = L-effiċjenza ta’ Carnot għal sħana f’temperatura ta’ 150 °C (423 kelvin), li hija: 0.3546 16. Għall-iskopijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 15, l-emissjonijiet li għandhom jiġu diviżi għandhom ikunu e ec + e l , + dawk il-frazzjonijiet ta’ e p, e td u e ee li jseħħu sa u jinkludu l-fażi tal-proċess fejn jiġi prodott koprodott. Jekk f’fażi preċedenti tal-proċess fiċ-ċiklu tal-ħajja tkun saret kwalunkwe allokazzjoni lill-koprodotti, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata fl-aħħar fażi tal-proċess ta’ din ix-xorta lill-prodott intermedju tal-karburant għandha tintuża għal dan l-iskop minflok it-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Fil-każ tal-bijomassa solida u gassuża, għall-iskopijiet ta’ dan il-kalkolu, għandhom jiġu kkunsidrati l-koprodotti kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax fl-ambitu tal-paragafu 14, ħlief għar-residwi tal-uċuħ tar-raba’ agrikoli, inklużi t-tiben, il-bagasse, il-ħliefiet, il-ġellewż kbir u l-qxur tal-ġewż. Għall-iskop tal-kalkolu, il-koprodotti li jkollhom kontenut enerġetiku negattiv għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom kontenut enerġetiku ta’ żero. L-iskart, il-bijomassa sekondarja u r-residwi primarji tal-uċuħ tar-raba’ agrikoli u r-residwi primarji forestali, inklużi l-qċaċet u l-friegħi tas-siġar, it-tiben, il-bagasse, il-ħliefiet, il-ġellewż kbir u l-qxur tal-ġewż, kif ukoll ir-residwi mill-ipproċessar, inkluża l-ġliċerina mhux raffinata għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet serra tul ċiklu tal-ħajja ta’ żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawk il-materjali. Fil-każ tal-karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-iskopijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 15 għandha tkun ir-raffinerija. 17. Għall-bijomassa solida u gassuża, għall-produzzjoni tal-elettriku, għall-iskopijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, il-komparatur tal-karburant fossili EC F(el) għandu jkun elettriku ta’ 198 gmCO2eq/MJ. Għall-bijomassa solida u gassuża li tintuża għall-produzzjoni tat-tisħin, għall-iskopijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, il-komparatur tal-karburant fossili EC F(h) għandu jkun sħana ta’ 87 gmCO2eq/MJ. Għall-bijomassa solida u gassuża li tintuża għat-tkessiħ permezz ta’ pompi tas-sħana ta’ assorbiment, għall-iskopijiet tal-kalkolu msemmi fil-punt 4, il-komparatur tal-karburant fossili EC F(c) għandu jkun tkessiħ ta’ 57 gmCO2eq/MJ. ANNESS II – Valuri tipiċi u awtomatiċi għall-bijomassa solida u gassuża jekk tiġi prodotta mingħajr emissjonijiet netti tal-karbonju mit-tibdil fl-użu tal-art Mogħdijiet tal-bijomassa solida u gassuża primarji | Emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra (gmCO2eq/MJ) | Emissjonijiet awtomatiċi ta’ gassijiet serra (gmCO2eq/MJ) | Laqx tal-injam minn residwi forestali (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) | 1 | 1 | Laqx tal-injam minn residwi forestali (foresta tropikali u subtropikali) | 21 | 25 | Laqx tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) | 3 | 4 | Laqx tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (tropikali u subtropikali, eż. ewkaliptu) | 24 | 28 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn residwi forestali (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) – l-injam jintuża bħala karburant tal-proċess | 2 | 2 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn residwi forestali (foresta tropikali jew subtropikali) – il-gass naturali jintuża bħala karburant tal-proċess | 17 | 20 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn residwi forestali (foresta tropikali jew subtropikali) – l-injam jintuża bħala karburant tal-proċess | 15 | 17 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn residwi forestali (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) – il-gass naturali jintuża bħala karburant tal-proċess | 30 | 35 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) – l-injam jintuża bħala karburant tal-proċess | 4 | 4 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) – il-gass naturali jintuża bħala karburant tal-proċess | 19 | 22 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (tropikali u subtropikali eż. ewkaliptu) – l-injam bħala karburant tal-proċess | 18 | 22 | Maltunelli jew gerbub tal-injam minn foresterija ta’ newba qasira (tropikali u subtropikali eż. ekwaliptu) – il-gass naturali bħala karburant tal-proċess | 33 | 40 | Faħam tal-kannoll minn residwi forestali (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) | 34 | 41 | Faħam tal-kannol minn residwi forestali (foresta tropikali u subtropikali) | 41 | 50 | Faħam tal-kannol minn foresterija ta’ newba qasira (foresta kontinentali Ewropea bi klima moderata) | 38 | 46 | Faħam tal-kannol minn foresterija ta’ newba qasira (tropikali u subtropikali, eż. ewkaliptu) | 47 | 57 | Tiben tal-qamħ | 2 | 2 | Maltunelli tal-bagasse – l-injam bħala karburant tal-proċess | 14 | 17 | Maltunelli tal-bagasse – il-gass naturali bħala karburant tal-proċess | 29 | 35 | Balal tal-bagasse | 17 | 20 | Qlub tal-palm | 22 | 27 | Maltunelli tal-ħliefiet tar-ross | 24 | 28 | Balal tal-miscanthus | 6 | 7 | Bijogass minn demel imxarrab | 7 | 8 | Bijogass minn demel niexef | 6 | 7 | Bijogass minn qamħ u minn tiben (pjanta sħiħa tal-qamħa) | 18 | 21 | Bijogass mill-qamħirrun bħala pjanta sħiħa (qamħirrun bħala wiċċ tar-raba’ prinċipali) | 28 | 34 | Bijogass mill-qamħirrun bħala pjanta sħiħa (qamħirrun bħala wiċċ tar-raba’ prinċipali) – agrikoltura organika | 16 | 19 | [1] Id-Direttiva 2009/28/KE [2] COM(2006)848 [3] L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Bijomassa (AEBIOM - European Biomass Association) tikkalkola li sal-2020 fl-UE jistgħu jintużaw sa 80 miljun tunnellata ta’ gerbub (33 Mtoe) http://www.aebiom.org/IMG/pdf/Pellet_Roadmap_final.pdf [4] L-Olanda, pereżempju, irrappurtat li madwar 30% tal-bijomassa kkonsmata fl-Olanda ġejja mill-Amerika ta’ Fuq u 20% mill-Asja. Sors: Junginger, Sikkema, Faaij “International bioenergy trade in the Netherlands”, Special IEA Bioenergy Task 40 Issue of Biomass and Bioenergy, 2008 [5] Ir-regoli ambjentali fil-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll ir-regoli ambjentali komuni dwar in-nitrati, il-pestiċidi, il-kwalità tal-ilma u ż-żoni protetti jipprovdu għal qafas għal agrikoltura sostenibbli fl-UE. Fil-foresterija, il-liġijiet applikabbli dwar il-foresti tal-Istati Membri jinkludu jew regolamentazzjoni speċifika għal riforestazzjoni obbligatorja wara l-qtugħ finali jew jirregolaw is-suġġett bħala parti mill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tal-ippjanar għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti (Sors: UNECE European Forest Sector Outlook Studies (Studji ta’ Perspettiva fis-Settur tal-Foresti Ewropej tal-UNECE)). [6] F’uħud mir-reġjuni Taljani, pereżempju, l-appoġġ finanzjarju huwa limitat għall-impjanti tal-enerġija li jużaw ammont sinifikanti (50 sa 70%) ta’ bijomassa lokali, iddefinita bħala bijomassa prodotta f’raġġ ta’ 50 km mis-sit tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, filwaqt li fir-reġjun tal-Fjandri fil-Belġju, l-impjanti tal-enerġija ma jingħatawx appoġġ sabiex jużaw il-bijomassa li ġejja mir-reġjun stess. [7] Il-valutazzjoni tal-impatt ikkunsidrat il-ħtieġa għal miżuri ta’ sostenibbiltà fil-produzzjoni tal-bijomassa, il-prestazzjoni tal-gassijiet serra u l-effiċjenza tal-konverżjoni tal-enerġija. Hija ma kkunsidratx jekk skema għandiex tkun vinkolanti jew volontarja fuq il-livell tal-UE. [8] Ir-regoli ta’ konformità reċiproka jipprovdu, fost l-oħrajn, għall-preservazzjoni tal-ħabitats, għall-bijodiversità, għall-ġestjoni u għall-użu tal-ilmijiet u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. [9] Sezzjoni tal-Injam tal-UNECE/FAO (UNECE/FAO Timber Section) “Joint Wood Energy Enquiry (JWEE; Inkjesta Konġunta dwar l-Enerġija mill-Injam)”, Preżentazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma Konġunt dwar l-Ekonomija u l-Istatistika Forestali, Ġinevra, bejn il-31 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2009, http://timber.unece.org/fileadmin/DAM/meetings/03-wood-energy-steierer.pdf [10] Residwi forestali tfisser il-materji primi [mhux ipproċessati] kollha miġbura direttament mill-foresta, irrispettivament minn jekk ikunux ir-riżultat ta’ attivitajiet ta’ tirqiq jew ta’ qtugħ ta’ siġar fi zkuk jew le, u ma tinkludix ir-residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat. [11] L-injam irkuprat huwa s-sors bl-ikbar rata ta’ tkabbir fl-aħħar sentejn (UNECE, FAO JWEE) [12] Madankollu, din is-sitwazzjoni sa ċertu punt inbidlet matul ir-reċessjoni ekonomika, fejn tnaqqis fid-domanda għal injam isserrat wassal biex zkuk sħaħ jiġu kkonvertiti direttament f’gerbub tal-injam. FAO's Forest Resources Assessment (FRA) 2000 and 2005: http://w3.unece.org/pxweb/DATABASE/STAT/Timber.stat.asp [13] FAO (2009) “Small-scale bioenergy initiatives (Inizjattivi bijoenerġetiċi fuq skala żgħira)”, ftp://ftp.fao.org/docrep/fao/011/aj991e/aj991e.pdf [14] Bħall-Programm għall-Approvazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni Forestali (PEFC - Programme for the Endorsement of Forest Certification) jew il-Kunsill tal-Amministrazzjoni Forestali (FSC - Forest Stewardship Council) [15] COWI Consortium (2009) “Technical Assistance for an evaluation of international schemes to promote biomass sustainability (Assistenza Teknika għal evalwazzjoni ta’ skemi internazzjonali sabiex tkun promossa s-sostenibbiltà tal-bijomassa)” [16] Għal skopijiet ta’ konsistenza, ikun aħjar jekk isiru estensjonijiet simili għall-metodu għall-bijolikwidi, peress li dawn jintużaw anki għall-produzzjoni tal-elettriku u tat-tisħin/tkessiħ. Estensjoni ta’ din ix-xorta, madankollu, teħtieġ emenda għall-Anness X għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. [17] RF tfisser residwi forestali u MRQ tfisser imsaġar ta’ newba qasira. [18] Il-valuri fil-Grafika 1 ma jikkunsidrawx l-effetti pożittivi jew negattivi tal-gassijiet serra tat-tibdil fl-użu tal-art, imma dawn l-effetti għandhom ikunu inklużi fil-valutazzjoni tal-politiki dwar il-bijomassa. [19] Id-Direttiva 2005/32/KE [20] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE [21] COM(2008)780, b’mod partikolari l-Artikolu 8 marbut mar-rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tal-enerġija fir-rigward tas-sistemi tekniċi tal-bini. [22] Għal skopijiet ta’ faċilità ta’ referenza, għandu jitfakkar li l-kriterji ta’ sostenibbiltà tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli huma kif ġej: l-Artikolu 17(2) jistabbilixxi l-valuri minimi ta’ ffrankar tal-gassijiet serra ta’ 35%, li jitla’ għal 50% fl-1 ta’ Jannar 2017 u għal 60% mill-1 ta’ Jannar 2018 għall-bijokarburanti u għall-bijolikwidi prodotti f’installazzjonijiet fejn il-produzzjoni bdiet fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2017. Skont l-Artikolu 17(1), l-iskart u r-residwi jeħtieġ li jissodisfaw biss ir-rekwiżiti minimi tal-gassijiet serra, u mhux il-kriterji l-oħra. L-Artikolu 17(3), 17(4) u 17(5) jeħtieġ li l-materja prima [mhux ipproċessata] ma għandhiex tiġi minn żoni b’valuri għoljin ta’ bijodiversità, miż-żoni ta’ konverżjoni ta’ ħażniet kbar ta’ karbonju, jew minn art tal-pit li ma jkunx sarilha dranaġġ [mhux ixxottata], rispettivament. L-Artikolu 17(6) jeħtieġ li l-materji primi [mhux ipproċessati] agrikoli kkoltivati fil-Komunità jinkisbu skont regolamenti agrikoli speċifiċi tal-UE. L-Artikolu 18(1) jeħtieġ li l-operaturi ekonomiċi juru konformità mal-kriterji li jużaw il-metodu tal-“bilanċ tal-massa” biex tkun ivverifikata l-katina ta’ kustodja. [Il-konformità mal-kriterji tista’ tiġi pprovata b’wieħed minn tliet modi: (1) rikonoxximent fil-livell tal-UE tal-iskemi volontarji li jindirizzaw kriterju ta’ sostenibbiltà wieħed jew iktar; (2) permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ pajjiżi terzi; u (3) bil-metodi ta’ verifika nazzjonali tal-Istati Membri.] Il-konsegwenzi li ma jiġux sodisfatti r-rekwiżiti tal-iskema ta’ sostenibbiltà huma inklużi fl-Artikolu 17(1), li jsemmi fid-dettall kif il-bijokarburanti u l-bijolikwidi li ma jissodisfawx il-kriterji ma jistgħux jingħaddu għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-UE jew għall-miri tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Karburant (Id-Direttiva 2009/30/KE) u għall-obbligi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli jew jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju. [23] Id-Direttiva 2004/8/KE [24] Il-karburanti solidi kollha (eż. il-faħam, il-bijomassa) għandhom ikunu koperti minn politika ta’ effiċjenza enerġetika sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd.