EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0094

Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda

ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 11/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/94/oj

31999L0094



Official Journal L 012 , 18/01/2000 P. 0016 - 0023


Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Diċembru 1999

relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

(1) Billi l-Artikolu 174 tat-Trattat jitlob utilizzazzjoni prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali; billi l-użu razzjonali ta' l-enerġija huwa wieħed mill-mezzi prinċipali li bih dan l-għan jista' jinkiseb u t-tniġġis ambjentali jitnaqqas;

(2) Billi l-għan aħħari tal-Qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima huwa li tinkiseb stabilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-greenhouse gas fl-atmosfera f'livell li ma jħallix interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima;

(3) Billi taħt il-Protokoll ta' Kyoto li jinsab mal-Qafas tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Bidla fil-Klima miftiehem fil-Konferenza ta' Kyoto ta' Diċembru 1997, il-Kummissjoni kienet aċċettat li timmira li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 dwar il-basket ta' gassijiet greenhouse bi 8 % meta mqabbla mal-livelli ta' l-1990;

(4) Billi bħala rikonoxximent ta' l-importanza tal-karozzi tal-passiġġieri bħala sors ta' emissjonijiet tas-CO2, il-Kummissjoni kienet ipproponiet strateġija Komunitarja li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri u ttejjeb l-ekonomija tal-karburant; billi fil-Konklużżjonijiet tal-25 ta' Ġunju 1996 il-Kunsill laqa b' sodisfazzjon l-approċċ tal-Kummissjoni;

(5) Billi t-tagħrif għandu rwol vitali fit-tħaddim tal-forzi tas-suq; billi l-provvista ta' tagħrif eżatt, relevanti u komparabbli dwar il-konsum speċifiku tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri jista' jinfluwenza l-għażla tal-konsumatur favur dawk il-karozzi li jużaw anqas karburant u għalhekk jarmu anqas CO2, waqt li b'hekk jinkoraġġixxu lill-fabbrikanti biex jieħdu passi biex inaqqsu l-konsum tal-karburant tal-karozzi li huma jiffabbrikaw;

(6) Billi l-preżenza ta' tikketti fuq karozzi wżati fil-post tal-bejgħ jista' jinfluwenza x-xerrejja ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri favur karozzi b'konsum baxx, billi din il-karatteristika titqies meta l-karozza terġa tinbiegħ; billi huwa għalhekk xieraq, b'konnessjoni ma l-ewwel reviżjoni ta' din id-Direttiva, li jiġi kkunsidrat li jitkabbar l-iskop għall-karozzi wżati koperti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE tas-17 ta' Diċembru 1993 billi tiġi adattata għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE relatata mal-konsum tal-karburant ta' karozzi bil-mutur [4];

(7) Billi huwa għalhekk meħtieġ li tiġi żviluppata tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant fuq il-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri li tiġi esibita fil-post tal-bejgħ;

(8) Billi tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant għandu jkun fiha tagħrif dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 li ġew stabbiliti skond l-istandards armonizzati u l-metodi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 80/1268/KEE tas-16 ta' Diċembru 1980 li tkun relatata ma' l-emissjonijiet ta' dijossidu karboniku u mal-konsum tal-karburant tal-karozzi bil-mutur [5];

(9) Billi huwa meħtieġ li tagħrif standardizzat supplimentari dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-verżjonijiet kollha fis-suq tal-karozzi ġodda jkun disponibbli f'forma adattata kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mill-korp nominat f'kull Stat Membru; billi dak it-tagħrif jista' jkun utli għall-konsumaturi biex jiffurmaw id-deċiżjoni tagħhom ta' xiri qabel ma jidħlu fix-showrooom jew li jagħżlu li ma jużawx is-servizzi ta' bejjiegħ jew li ma jżurux showroom meta jixtru karozza ġdida;

(10) Billi huwa importanti li klijenti potenzjali jkunu konxji, fil-post tal-bejgħ, tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-karburant disponibbli f'dak il-post tal-bejgħ;

(11) Billi l-letteratura promozzjonali, u kif xieraq, il-materjal promozzjonali l-ieħor kollu, użat fil-marketing ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, għandu jkun fih id-data relevanti dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 għall-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li dwarhom jittratta,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Billi l-għan ta' din id-Direttiva huwa li jiżgura li t-tagħrif relatat ma' l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri offruti għall-bejgħ jew għall-kiri fil-Komunità jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi biex jippermetti lill-konsumaturi biex jagħmlu għażla informata.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

1. "karozza tal-passiġġieri" tfisser kull karozza bil-mutur tal-kategorija M1, kif definita fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE [6] u li taqa' fl-ambitu tad-Direttiva 80/1268/KEE. Din ma tinkludix karozzi li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 92/61/KEE [7] u karozzi b'għan speċjali kif definiti fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 70/156/KEE;

2. "karozza ġdida tal-passiġġieri" tfisser kull karozza tal-passiġġieri li ma tkunx inbiegħet qabel lil persuna li tkun xtratha bi skop ieħor ħlief dak li tbiegħha jew tikkunsinnaha;

3. "ċertifikat tal-konformità" tfisser iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 70/156/KEE;

4. "post tal-bejgħ" tfisser post, bħal showroom tal-karozzi jew roqgħa art miftuħa fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri lil klijenti prospettivi. Fieri kummerċjali fejn karozzi ġodda tal-passiġġieri jiġu ppreżentati quddiem il-pubbliku huma inklużi f'din it-tifsira;

5. "konsum uffiċjali tal-karburant" tfisser konsum tal-karburant tat-tip approvat mill-awtorità li tapprova skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuż maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valur li għandu jingħata lill-konsum tal-karburant ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla konsum uffiċjali f'dak il-grupp;

6. "emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2" għal karozza tal-passiġġieri partikolari tfisser dawk imkejjla skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/1268/KEE u msemmija fl-Anness VIII li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE u mehmuża maċ-ċertifikat KE ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-karozza jew fiċ-ċertifikat tal-konformità. Meta diversi varjanti u/jew verżjonijiet ikunu raggruppati taħt mudell wieħed, il-valuri li għandhom jingħataw għas-CO2 ta' dak il-mudell għandu jkun ibbażat fuq il-varjant u/jew il-verżjoni bl-ogħla emissjonijiet uffiċjali tas-CO2 f'dak il-grupp;

7. "tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant" tfisser tikketta li jkun fiha tagħrif għall-konsumatur dwar il-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 tal-karozza li magħha t-tikketta tkun imwaħħla;

8. "gwida ta' l-ekonomija dwar il-konsum" tfisser kompilazzjoni ta' data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dwar l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 għal kull mudell disponibbli fis-suq tal-karozzi ġodda;

9. "letteratura promozzjonali" tfisser il-materjal kollu stampat użat fil-marketing, fir-reklamar u fil-promozzjoni ta' karozzi lill-pubbliku in ġenerali. Din tinkludi, bħala minimu, manwali tekniċi, fuljetti , reklami fil-gazzetti, rivisti, stampa kummerċjali u kartelluns;

10. "għamla" tfisser l-isem kummerċjali mogħti mill-fabbrikant u huwa dik li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumenti ta' l-approvazzjoni tat-tip;

11. "mudell" tfisser id-deskrizzjoni kummerċjali ta' l-għamla, tat-tip, u, fejn ikun il-każ u jkun xieraq il-varjant u l-verżjoni tal-karozza tal-passiġġieri;

12. "tip", "varjant" u "verżjoni" ifissru d-diversi vetturi ta' għamla partikolari li jiġu ddikjarati mill-fabbrikant, kif deskritti fl-Anness II. B li jinsab mad-Direttiva 70/156/KEE, u unikament indentifikati mill-karattri alfanumeriċi skond il-verżjoni, it-tip u l-varjant.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tikketta dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2, li tkun skond il-ħtiġiet deskritti fl-Anness I, tkun imwaħħla jew esibita, b'mod li tkun tidher, ħdejn kull mudell ġdid ta' karozza tal-passiġġieri fil-post tal-bejgħ.

Artikolu 4

Mingħajr preġudizzju għat-twaqqif mill-Kummissjoni ta' gwida fuq l-Internet fuq livell Komunitarju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinħoloq gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 b'konsultazzjoni mal-fabbrikanti almenu fuq bażi ta' kull sena skond il-ħtiġiet ta'l-Anness II. Il-gwida għandha tkun tista' tinġarr, tkun ċkejkna fid-daqs u tkun tista tinkiseb mingħajr ħlas għall-konsumaturi meta tintalab kemm fil-post tal-bejgħ kif ukoll mingħand korp nominat f'kull Stat Membru.

L-awtorità jew awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 8 jistgħu jikkooperaw fit-tħejjija tal-gwida.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull għamla ta' karozza, kartellun (jew inkella, kartellun) tiġi esibita flimkien ma' lista bid-data tal-konsum uffiċjali tal-karburant u bid-data uffiċjali dwar l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-mudelli ġodda kollha tal-karozzi tal-passiġġieri esibiti jew offruti għall-bejgħ jew għall-kiri ġo jew permezz ta' dak il-post tal-bejgħ. Dan it-tagħrif għandu jintwera f'post promineneti u skond il-format fl-Anness III.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali kollha jkun fiha d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant u dik uffiċjali speċifika dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tal-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri li għalihom din tirreferi skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, jipprovdu materjal promozzjonali barra minn dak tal-letteratura promozzjonali msemmija hawn fuq li jindika d-d ata uffiċjali dwar l-emissjoni tas-CO2 d-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant tal-mudell speċifiku tal-karozza li għalih jirreferi.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-presenza ta' tikketti, gwidi, kartelluni u letteratura promozzjonali u materjal imsemmi fl-Artikoli 3, 4, 5 u 6 ta' marki oħra, simboli jew iskrizzjonijiet relatati mal-konsum tal-karburant jew ma' l-emissjonijiet tas-CO2 li ma jikkonformawx mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva huma pprojbiti, jekk il-wiri tagħhom ikun jista joħloq konfużjoni mal-konsumaturi prospettivi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri.

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni u l-funzjonament ta' l-iskema tat-tagħrif għall-konsumatur deskritta f'din id-Direttiva.

Artikolu 9

Kwalunkwe emendi li jkunu meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi li jinsabu ma' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 u wara konsultazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet tal-konsumatur u partijiet oħra nteressati.

Biex jiġi megħjun dan il-proċess ta' adattazzjoni kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2003, rapport dwar l-effettività tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkopri l-perjodu mit-18 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2002. Il-format ta' dan ir-rapport għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 mhux aktar tard mit-18 ta' Jannar 2001.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10, tieħu miżuri mmirati lejn:

(a) speċifikazzjoni akbar tat-tikketta msemmija fl-Artikolu 3 billi temenda l-Anness I;

(b) speċifikazzjoni akbar fil-ħtiġiet li jikkonċernaw il-gwida msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jiġu klassifikati mudelli ġodda ta' karozzi biex b'hekk ikun jista' jsir elenku tal-mudelli skond l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-karburant fi klassijiet speċifikati, inkluża klassi għal elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant;

(ċ) it-twaqqif ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji tad-dispożizzjonijiet dwar il-letteratura promozzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 6 lil medja u materjali oħra.

Artikolu 10

Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkum megħjuna minn kumitat kompost mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak l-abbozz, fi żmien li l-President jista' jistipula skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205 tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stabbilit f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

Jekk il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta relatata mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk wara li jiskadi l-perjodu ta' tliet xhur mid-data tar-referenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sat-18 ta' Jannar 2001. Dawn għandhom minnufih javżaw b'dan lill-Kummissjoni.

Fejn l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkun hemm magħhom dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal dik ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 13

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 14

Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU C 305, tat-3.10.1998, p. 2 uĠU C 83, tal-25.3.1999, p. 1.

[2] ĠU C 40, tal-15.2.1999, p. 45.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 1998 (ĠU C 98, tad-9.4.1999, p. 252), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 1999 (ĠU C 123, ta' l-4.5.1999, p. 1), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Novembru 1999 (għadhom mhux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU L 329, tat-30.12.1993, p. 39.

[5] ĠU L 375, tal-31.12.1980, p. 36. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 93/116/KE.

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 98/91/KE (ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25).

[7] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 relatata ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' karozzi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta (ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72). Id-Direttiva kif emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-1994.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

DESKRIZZJONI TAT-TIKKETTA DWAR L-EKONOMIJA TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET TAS-CO2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, bħala minimu, li t-tikketti kollha ta' l-ekonomija tal-karburant fit-territorju tagħhom:

1. ikunu jikkonformaw mal-format standardizzat li jippermetti aktar għarfien mill-konsumaturi;

2. ikunu ta' daqs ta' 297 mm × 210 mm (A4);

3. ikun fihom referenza għall-mudell u t-tip tal-karburant tal-karozza tal-passiġġieri li magħha jitwaħħlu;

4. ikun fihom il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karbuarnt u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), jew bħala kombinazzjoni xierqa ta' dawn u jiġi kkwotat sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km).

Dawn il-valuri jistgħu jiġi espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE [1]).

5. ikun fihom it-test li ġej dwar id-disponibilità tal-gwida dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet CO2:"Gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 li jkun fiha tagħrif dwar il-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri, tkun disponibbli fil-post tal-bejgħ mingħajr ebda ħlas"

6. ikun fihom it-test li ġej:

"B'żieda ma’ l-effiċjenza ta' karozza rigward il-karburant, l-andament waqt is-sewqan kif ukoll karatteristiċi oħra mhux tekniċi għandhom sehem importanti biex jiġi stabbilit il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozza. Is-CO2 huwa l-gass greenhouse prinċipali responsabbli għat-tisħin globali"

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE ta' l-20 ta' Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati ma' l-unitajiet tal-kejl u r-revoka tad-Direttiva 71/354/KEE (ĠU L 39, tal-15.2.1980, p. 40). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/617/KEE (ĠU L 357, tas-7.12.1989, p. 28).

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

DESKRIZZJONI TAL-GWIDA DWAR L-EKONOMIJA TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET CO2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2, ikun fiha, bħala minimu, it-tagħrif li ġej:

1. elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri disponibbli għall-bejgħ fl-Istati Membri fuq bażi ta' kull sena, raggruppati skond l-għamla f'ordni alfabetiku. Jekk f'xi Stat Membru l-gwida tiġi aġġornata aktar minn darba fis-sena, allura l-gwida għandu jkun fiha elenku tal-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri disponibbli fid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-aġġornament;

2. għal kull mudell li jidher fil-gwida, it-tip tal-karburant, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), jew bħala kombinazzjoni xierqa ta' dawn, u tiġi kkwotata sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km).

Dawn il-valuri jistgħu jiġu espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE;

3. elenku prominenti ta' l-10 mudelli ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri l-aktar effiċjenti fil-konsum tal-karburant klassifikati skond l-ordni ta' kemm jiżdiedu l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għal kull tip tal-karburant. L-elenku għandu jkun fih il-mudell, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2.

4. parir lis-sewwieqa li l-użu sewwa u l-manutenzjoni regolari tal-vettura u l-imġieba waqt is-sewqan, bħal li wieħed jevita sewqan aggressiv, isuq b'veloċità aktar baxxa, jantiċipa l-ibbrejkjar, jonfoħ it-tyres sew, inaqqas il-perjodi ta' l-idling, ma jġorrx piż eċċessiv, dawn kollha jtejbu l-konsum tal-karburant u jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozza tal-passiġġieri tagħhom;

5. spjegazzjoni dwar l-effetti ta' l-emissjonijiet tal-gass greenhouse, it-tibdil prospettiv tal-klima u r-relevanza ta' karozzi bil-mutur kif ukoll referenza għad-diversi għażliet tal-karburant disponibbli għall-konsumatur u l-implikazzjonijiet ambjentali tagħhom ibbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika u l-ħtiġiet leġislattivi;

6. referenza għall-miri Komunitarji għall-medja ta' l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri ġodda u d-data li fiha dawn il-miri għandhom jintlaħqu;

7. referenza għall-gwida tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija tal-karburant u emissjonijiet tas-CO2 fuq l-Internet, meta dawn ikunu disponibbli.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

DESKRIZZJONI TAL-KARTELLUNLI GĦANDU JIĠI ESPOST FIL-POST TAL-BEJGĦ

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kartellun/ijilħaq/qu, bħala minimu, il-ħtiġiet li ġejjin:

1. il-kartellun għandu jkun ta' daqs minimu ta' 70 cm × 50 cm;

2. it-tagħrif fuq il-kartellun għandu jkun faċli biex jinqara;

3. il-mudelli tal-karozzi tal-passiġġieri jkunu raggruppati u elenkati separatament skond it-tip tal-karburant (p.eż. petrol jew diesel). Għal kull tip ta' karburant, il-mudelli jiġu klassifikati f'ordni skond ma kemm jiżdiedu l-emissjonijiet tas-CO2, bil-mudell bl-anqas konsum tal-karburant imqiegħed l-ewwel fil-lista;

4. għal kull mudell ta' karozza tal-passiġġieri li jidher fil-lista, l-għamla, il-valur numeriku tal-konsum uffiċjali tal-karburant u l-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2. Il-valur tal-konsum uffiċjali tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), kilometri kull litru (km/l), jew premezz ta' taħlita xierqa ta' dawn, u jiġi kkwotat sa post deċimali wieħed. L-emissjonijiet uffiċjali speċifiċi tas-CO2 jiġu kkwotati sa l-eqreb numru sħiħ fi grammi kull kilometru (g/km).

Dawn il-valuri jistgħu jiġi espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE.

Suġġeriment għal format jidher hawn taħt:

+++++ TIFF +++++

5. il-kartellunikun fih it-test li ġej fir-rigward tad-disponibilità tal-gwida dwar il-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2:"Gwida dwar l-ekonomija tal-karburant u l-emissjonijiet CO2 li fiha tagħrif dwar il-mudelli tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri tista' tinkiseb mill-post tal-bejgħ mingħajr ebda ħlas"

6. il-kartellunikun fih it-test li ġej:"B'żieda ma' l-effiċjenza fejn jidħol il-karburant tal-karozza, l-imġieba waqt is-sewqan kif ukoll xi karatteristiċi oħra mhux tekniċi għandhom sehem biex jistabbilixxu l-konsum tal-karburant u l-emissjonijiet tas-CO2 ta' karozza. Is-CO2 huwa l-gass greenhouse prinċipali responsabbli għat-tisħin globali"

7. il-kartellun għandu jkun aġġornat kompletament talanqas darba kull sitt xhur. Bejn iż-żewġ aġġornamenti, karozzi ġodda għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-lista.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

IL-PROVVISTA TA' DATA DWAR IL-KONSUM TAL-KARBURANT U L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 FIL-LETTERATURA PROMOZZJONALI

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-letteratura promozzjonali kollha jkun fiha l-konsum uffiċjali tal-karburant u tagħrif dwar l-emissjonijiet speċifiċi uffiċjali tas-CO2 tal-vetturi li għalihom tkun tirreferi. Dan it-tagħrif għandu, bħala minimu, jilħaq il-ħtiġiet li ġejjin:

1. ikun faċli biex jinqara u mhux anqas prominenti mill-parti prinċipali tat-tagħrif provdut fil-letteratura promozzjonali;

2. ikun faċli biex jiftiehem anke b'ħarsa superfiċjali;

3. id-data uffiċjali dwar il-konsum tal-karburant għandha tiġi provduta għall-mudelli differenti tal-karozzi kollha koperti mill-materjal promozzjonali. Jekk aktar minn mudell wieħed jiġi speċifikat allura jew id-data uffiċjali tal-konsum tal-karburant għall-mudelli kollha speċifikati jiġi inkluż jew il-qabża bejn l-agħar u l-aħjar konsum tal-karburant tiġi ddikjarata. Il-konsum tal-karburant jiġi espress jew f'litri kull 100 kilometru (l/100 km), kilometri kull litru (km/l), jew bħala taħlita xierqa ta' dawn. Id-data numerika kollha tiġi kkwotata sa post deċimali wieħed.

Dawn il-valuri jistgħu jiġu espressi f'diversi unitajiet (galluni u mili) sal-limitu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE.

Jekk il-letteratura promozzjonali jkun fiha biss referenza għall-għamla, u mhux għal xi mudell partikolari, allura d-data tal-konsum tal-karburant mhux meħtieġ li tiġi provduta.

--------------------------------------------------

Top