EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2091
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/2091 of 28 November 2019 amending Implementing Regulation (EU) 2015/2197 with regard to closely correlated currencies in accordance with Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2091 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2091 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 317, 9.12.2019, p. 38–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/38 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2091
tat-28 ta’ Novembru 2019
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPE,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 354(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex ikun żgurat li l-muniti akkoppjati msemmija fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 (2) ikomplu jirriflettu l-korrelazzjoni reali bejn il-muniti rilevanti, huwa neċessarju li l-lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib tiġi aġġornata. |
(2) |
Il-lista tuża l-31 ta’ Marzu 2018 bħala d-data tat-tmiem għall-fini ta’ komputazzjoni tas-serje ta’ tliet u ħames snin meħtieġa biex tivvaluta l-muniti akkoppjati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) lill-Kummissjoni. |
(4) |
Peress li l-emendi neċessarji għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 ma jinvolvux tibdil sinifikanti f’termini sostantivi, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-EBA ma wettqitx konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa, billi kkunsidrat li jkun sproporzjonat fir-rigward tal-ambitu u l-impatt tal-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni kkonċernati. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2197 jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 tas-27 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ muniti kkorrelatati mill-qrib skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 30).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS
L-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2197 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib
Parti 1 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Euro (EUR)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK).
Parti 2 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham tal-Emirati Għarab (AED)
Il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 3 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Lek Albaniż (ALL)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 4 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), l-Euro (EUR).
Parti 5 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Lev Bulgaru (BGN)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana, iz-Zloty Pollakk, il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK), l-Euro (EUR).
Parti 6 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Frank Żvizzeru (CHF)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN) il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 7 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Yuan Ċiniż (CNY)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael, il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 8 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Ċeka (CZK)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru, il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), iz-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 9 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Daniża (DKK)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), iż-Zloty Pollakk (PLN), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), il-Krona Żvediża (SEK).
Parti 10 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael, ir-Rupee Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 11 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Kuna Kroata (HRK)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 12 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Forint Ungeriż (HUF)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), iż-Zloty Pollakk (PLN) il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 13 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib max-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 14 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mar-Rupi Indjan (INR)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Pataka ta’ Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 15 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Won tal-Korea t’Isfel (KRW)
Id-Dollaru ta’ Singapore (SGD).
Parti 16 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Lira Libaniża (LBP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), Ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael, il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 17 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dirham Marokkin (MAD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Leek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev tal-Bulgarija (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Amerikan (USD), l-Euro (EUR).
Parti 18 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD)
Il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Leu Rumen (RON), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 19 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Pataca tal-Makaw (MOP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkkin (MAD), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB) id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 20 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Peso Filippin (PHP)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), id-Dollaru Singaporjan (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB). id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 21 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib maż-Zloty Pollakk (PLN)
Il-Marka tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Forint Ungeriż (HUF), l-Euro (EUR).
Parti 22 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Leu Rumen (RON)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), id-Dinar Serb (RSD), l-Euro (EUR).
Parti 23 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dinar Serb (RSD)
Il-Lek Albaniż (ALL), il-Mark tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Frank Żvizzeru (CHF), il-Krona Ċeka (CZK), il-Krona Daniża (DKK), il-Kuna Kroata (HRK), il-Forint Ungeriż (HUF), id-Dirham Marokkin (MAD), id-Dinar tal-Maċedonja tat-Tramuntana (MKD), il-Leu Rumen (RON), l-Euro (EUR).
Parti 24 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Krona Żvediża (SEK)
Il-Marka tal-Bożnija-Ħerzegovina (BAM), il-Lev Bulgaru (BGN), il-Krona Daniża (DKK), l-Euro (EUR).
Parti 25 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru ta’ Singapor (SGD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), il-Won tal-Korea t’Isfel (KRW), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 26 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mal-Baht tat-Tajlandja (THB)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin, il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 27 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru tat-Tajwan (TWD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), il-Lira Libaniża (LBP), il-Pataka ta’ Macao (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), il-Baht tat-Tajlandja (THB), id-Dollaru Amerikan (USD).
Parti 28 — Lista ta’ muniti korrelatati mill-qrib mad-Dollaru Amerikan (USD)
Id-Dirham tal-Emirati Għarab (AED), il-Yuan Ċiniż (CNY), id-Dollaru ta’ Hong Kong (HKD), ix-Xekel il-Ġdid tal-Iżrael (ILS), ir-Rupi Indjan (INR), il-Lira Libaniża (LBP), id-Dirham Marokkin (MAD), il-Pataka tal-Makaw (MOP), il-Peso Filippin (PHP), id-Dollaru ta’ Singapore (SGD), id-Dollaru tat-Tajwan (TWD).