EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0067

Direttiva tal-kunsill 94/67/KE tas-16 ta’ diċembru 1994 fuq l-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz

ĠU L 365, 31.12.1994, p. 34–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2000; Imħassar b' 32000L0076

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/67/oj

31994L0067



Official Journal L 365 , 31/12/1994 P. 0034 - 0045
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 14 P. 0186
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 14 P. 0186


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE

tas-16 ta’ diċembru 1994

fuq l-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 130s (1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

F’azzjoni konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat [3],

Billi l-għanijiet u l-prinċipji tal-politika ambjentali tal-Komunità kif imsemmija fl-Artikolu 130r tat-Trattat, għandhom partikolarment l-għanijiet li jipprevjienu t-tniġġiż, li jirregolarizzaw it-tniġġiż billi jaġixxu b’prijorità lejn is-sors, u billi jħaddnu l-prinċipju illi min iniġġez iħallas;

Billi r-resoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1990 fuq il-politika dwar l-iskart [4] stiednet lill-Kummissjoni sabiex tlesti l-proposti tagħha fuq l-inċineraturi ta’ skart industrijali, bħala materja ta’ urġenza;

Billi l-inċinerazzjoni ta’ skart industrijali jagħti lok għal emissjonijiet li jistgħu jikkawżaw tniġġiż u għalhekk, sakemm ma jkunux kontrollati, jikkawżaw dannu lis-saħħa umana u lill-ambjent; billi f’ċertu każijiet jista’ jkun hemm tniġġiż bejn il-fruntieri;

Billi hemm il-bżonn ta’ azzjoni preventiva sabiex jiġi protett l-ambjent kontra tniġġiż perikoluż mill-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluż;

Billi d-differenzi li hemm preżenti fil-provvedimenti nazzjonali applikabbli għall-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz, f’ċertu każi n-nuqqas ta’ dawn il-provvedimenti, jiġġustifika azzjoni fuq livell Komunitarju;

Billi, konformi ma’ l-Artikolu 130t tat-Trattat, l-adozzjoni ta’ din id-direttiva mhix ser tipprevjieni l-Istati Membri milli jsaħħu jew jintroduċu miżuri iżjed stretti għall-protezzjoni ta’ l-ambjent b’mod li hu kompatibbli mat-Trattat;

Billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 fuq l-iskart [5], jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji sabiex jassiguraw li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jaċċertaw ruħhom illi l-iskart huwa miġbur jew mormi mingħajr ma jkun ta’ perikolu għas-saħħa umana u mingħajr ma ssir l-ebda ħsara lill-ambjent; billi, għal dan il-għan, l-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jgħid illi kwalunkwe installazzjoni jew xogħol ta’ trattament ta’ skart għandu jsir b’liċenza mill-awtorijiet kompetenti li, inter alia, jirregolaw il-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu;

Billi l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1984 dwar il-ġlieda kontra t-tniġġiż ta’ l-arja mill-industrija [6], jipprovdi illi għandu jkun hemm awtorizzazzjoni minn qabel għat-tħaddim ta’ impjanti industriali li huma miktuba f’kategoriji mniżżla li fosthom hemm impjanti ta’ inċenerazzjoni ta’ l-iskart;

Billi l-għan ta’ l-impjanti ta’ l-inċenerazzjoni li huma mwaqqfa u mħaddma taħt din id-direttiva huwa li jitnaqqsu r-riskji relatati ma’ tniġġiż ta’ skart perikoluż permezz ta’ proċess ta’ ossidazzjoni, sabiex jitnaqqas il-kwantità u l-volum ta’ skart u li jipproduċi residwi li jistgħu jkunu ri-użati jew mormija b’mod mingħajr perikolu;

Billi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent jeħtieġ li jinħoloq u li jinżammu kondizzjonijiet xierqa ta’ pproċessar u limitu ta’ livelli limitati ta’ emissjonijiet għal impjanti li jinċeneraw skart perikoluz fil-Komunità; billi disposizzjonijiet speċjali huma neċessarji f’każijiet ta’ emissjonijiet ta’ dijoksin u furani li hu essenzali li jitnaqqsu billi tintuża l-iżjed teknoloġija progressiva;

Billi teknika għolja ta’ kejl hija meħtieġa sabiex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet sabiex jassigura li jkunu konformi mal-limitu ta’ emissjonijiet u livelli ta’ gwida għall-pollutanti;

Billi protezzjoni integrata għall-ambjent kontra emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluz hija meħtieġa; billi, għaldaqstant, skart akweu li jirriżulta mit-tniddif ta’ gassijiet ta’ l-egżost jistà jkun mormi biss wara trattament separat, sabiex ikun limitat it-trasferiment ta’ tniġġiż minn medium għal ieħor; billi l-livell limitat speċifiku ta’ emissjonijiet ta’ pollutanti f’dan l-iskart akweu għandu jiġi stabbilit sa żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva;

Billi għandhom isiru disposizzjonijiet għall-każijiet fejn il-limiti tal-livelli jkunu ġew maqbuża kif ukoll għal waqfien inevitabbli tekniċi, disturbazzjonijiet jew il-waqfien ta’ impjanti li jippurifikaw;

Billi il-koinċenerazzjoni ta’ skart perikoluz f’impjanti li ma jkunux primarjament intiżi sabiex jinċeneraw skart perikoluz m’għandhomx jitħallew jikkawżaw emissjonijiet għolja ta’ sustanzi li jniġġsu f’dik il-parti tal-volum ta’ gass ta’ l-egżost li jirriżulta minn din il-koinċenerazzjoni u għaldaqstant għandu jkun soġġett għal-limitazzjonijiet xierqa;

Billi, għal protezzjoni aħjar tas-saħħa umana u ta’ l-ambjent, adattazzjoni rapida ta’ impjanti inċenerati li diġà jeżistu għal-limiti ta’ livelli limitati kif mniżżla f’din id-Direttiva huwa neċessarju sabiex jiġi evitat iż-żieda tat-trasferiment ta’ skart perikoluz lill dawn l-impjanti;

Billi għandu jinħoloq kumitat li jassisti l-Kummissjoni fl-implimentar ta’ din id-Direttiva u li jaddatta għall-progress xjentifiku u tekniku;

Billi r-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva huma element importanti sabiex jinfurmaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-progress milħuq il-kontroll ta’ teknika ta’ emissjonijiet;

Billi proposti għar-reviżjoni tal-limitu tal-livelli ta’ emissjonijiet u disposizzjonijiet relatati ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mogħtija lill-Kunsill qabel il-31ta’ Diċembru 2000 fid-dawl ta’ żviluppi fit-teknoloġija, ta’ esperjenza fl-adoperat ta’ impjanti ta’ inċenerazzjoni u ta’ r-rekwiżiti ambjentali,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tipprovdi miżuri u proċeduri li jipprevjenu jew, fejn dan ma jistax iseħħ, jirriduċu sa fejn hu possibbli l-effetti negattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari t-tniġġiż ta’ l-arja, il-ħamrija, l-ilma ta’ wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, u r-riskji li jistgħu jirriżultaw lis-saħħa umana, mill-inċinerazzjoni ta’ skart perikoluz u, biex jintlaħaq dan l-għan, li jiġu stabbiliti u miżmuma kondizzjonijiet xierqa ta’ l-adoperat u livelli ta’ emissjonijiet limitati għall-impjanti li jinċeneraw l-iskart perikoluz fil-Komunità.

2. Din id-Direttiva tapplika mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni oħra relevanti tal-Komunità, b’mod partikolari li huma relatati ma’ l-iskart u l-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-impjanti inċeneraturi.

Artikolu 2

Għal din id-Direttiva:

"skart perikoluz" - skart likwidu kombustibbli li jinkludi skart minn żjut kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 fuq ir-rimi ta’ skart taż-żejt [8] sakemm jilħqu dawn it-tliet kriterji:

(i) il-kontenut tal-massa ta’ poliklorinat ta’ l-idrokarboni aromatiċi eż bipenfili poliklorinati (PCB) jew fenol pentaklorinati (PCP), jammonta għal konċentrazzjonijiet mhux għola minn dawk imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità;

(ii) dan l-iskart ma jkunx meqjus tossiku billi jkollu l-elementi mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 91/689/KEE fi kwantitajiet jew konċentrazzjonijiet li huma inkonsistenti ma’ l-għanijiet miktuba fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE; u

(iii) l-ammont nett kalorifiku jammonta għal ta’ l-anqas 30 MJ għal kull kilogramm,

- kwalunkwe skart likwidu kombustibblili ma jistax jikkawża, fil-gass li jgħaddi miċ-ċumnija li jirriżulta direttament mill-kombustjoni tagħhom, emissjonijiet oħrajn barra minn dawk tan-nafta kif definit mill-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/716/KEE [9]jew konċentrazzjoni iżjed għolja ta’ emissjonijiet minn dawk li jirriżultaw mill-kombustjoni ta’ nafta kif hekk,

- skart perikoluz li jirriżulta mit-tfittxija u l-esplojtazzjoni tar-riżorsi taż-żejt u l-gass li jkun inċinerat mill-istallazzjonijiet ’il barra mix-xtut,

- skart muniċipali kopert mid-Direttivi 89/369/KEE [10]u 89/429/KEE [11],

- tajn li jinġarr mid-drenaġġ mit-trattment ta’ skart likwidu miniċipali li huma mneħħija mit-tossiċi billi għandhom l-elementi li huma mniżżla fl-Aness II tad-Direttva 91/689/KEE fi kwantitajiet jew f’konċentrazzjonijiet, kif definiti mill-Istati Membri sakemm il-lista ta’ skart perikoluz riferuti fl-Artikolu 1(4) ta’ dik id-Direttiva tiġi stabbilita, li huma inkonsistenti ma’ l-għanijiet mniżżla fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE. Din l-eskulżjoni hi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 86/278/KEE [12];

"impjant ta’ inċenerazzjoni" - inċeneraturi għall-karkassi jew fdalijiet ta’ l-annimali,

- inċeneraturi għal skart kliniku infettuż sakemm dan l-iskart ma jsirx perikoluz bħala riżultat tal-preżenza ta’ elementi kostitwenti mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 91/689/KEE, jew

- inċeneraturi ta’ skart muniċipali li jinċeneraw skart kliniku infettuż li ma jkun imħallat ma’ skart ieħor li jkun perikoluż minħabba xi elementi oħrajn imniżżla fl-Anness III tad-Direttiva 91/689/KEE;

"impjant ta’ inċenerazzjoni ġdid" tfisser impjant li l-permess sabiex jopera jkun ingħata fid-data jew wara d-data msemmija fl-Artikolu 18(1);

"impjant ta’ inċenerazzjoni diġà" eżistenti’ tfisser impjant li l-permess oriġinali sabiex jopera jkun ingħata qabel id-data msemmija fl-Artikolu 18(1);

"livell ta’ emissjonijiet limitat" tfisser il-massa tal-konċentrazzjoni ta’ sostanzi tossiċi li m’għandux ikun maqbuż mill-impjanti f’perjodu speċifiku;

"operatur" tfisser persuna naturali jew ġuridika li tħaddem l-impjant ta’ inċenerazzjoni, jew li jkun ingħatalu l-poter li jagħmel deċiżjonijiet ekonomiċi dwar l-impjant.

Artikolu 3

1. Il-permess imsemmi fl-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva 75/442/KEE, fl-Artikolu 11 tad-Direttiva msemmija, hekk kif ikkumplimentata bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE, u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 84/360/KEE għandha tingħata biss jekk l-applikazzjoni turi li l-impjant ta’ l-inċenerazzjoni hu ddisinjat, armat u ser ikun operat b’mod li l-miżuri preventivi kontra t-tniġġiż ta’ l-ambjent ser jittieħdu u r-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 5 sa 12 ta’ din id-Direttiva huma milħuqa.

2. Il-permessi li jingħataw mill-awtoritajiet għandhom iniżżlu b’mod espliċitu t-tipi u l-kwantitajiet ta’ dak l-iskart tossiku li jista jkun trattat fl-impjanti ta’ l-inċinerazzjoni kif ukoll il-kapaċità totali ta’ l-inċeneratur.

3. Fejn impjant li ma jkunx primarjament intenzjonat li jinċenera skart perikoluz ikun qed jingħatalu dan l-iskart perikoluz (koinċenerazzjoni), is-sħana li tirrżulta li ma tkunx taqbeż l-40 %, li tinkludi s-sħana totali mormija mill-impjant f’kull moment ta’ l-operat, ta’ l-anqas l-Artikoli li ġejjin għandhom:

- l-Artikoli 1 sa 5,

- l-Artikolu 6(1) u (5),

- l-Artikolu 7, inklużi d-disposizzjonijiet li jirrelataw mal-kejl imsemmi fl-Artikoli 10 u 11,

- l-Artikolu 9,

- l-Artikolu 12, 13 u 14.

4. Il-permess għall-koinċenerazzjoni kif deskritt fil-paragrafu 3 għandu jingħata biss jekk jidher fl-applikazzjoni:

- illi l-inċeneraturi ta’ l-iskart perikoluz jinsabu f’posizzjoni u jingħataw skart b’tali mod li jilħqu livell, sa fejn hu possibbli ta’ inċenerazzjoni sħiħa, u

- bil-kalkulazzjonijiet kif imniżżla fl-Anness II li d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jiġu milħuqa.

Dan il-permess għandu jniżżel b’mod espliċitu t-tipi u l-kwantitajiet ta’ l-iskart perikoluz li jista’ jkun koinċenerat fl-impjant. Għandu wkoll jispeċifika l-livelli minimi u massimi tal-massa tal-fluss ta’ l-iskart perikoluz, l-inqas u l-massimu tal-valuri kolorifiċi tagħhom, u l-kontentut massimu ta’ pollutanti eż, PCB, PCP, kloru, fluworin, kubrit, metalli tqal.

Ir-riżultati tal-kejl li jsir waqt l-ewwel sitt xhur ta’ l-operat, taħt l-antiċipazzjoni ta’ l-inqas kondizzjonijiet favorevoli, għandhom juru illi d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 ġew imħarsa. Waqt dan il-perjodu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-perstenaġġ stipulat fil-paragrafu 3.

Artikolu 4

Applikazzjonijiet għal permessi u deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti, u r-riżultati tal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku bi qbil mad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1990 fuq il-libertà ta’ l-aċċess ta’ informazzjoni fuq l-ambjent [13].

Artikolu 5

1. L-operatur għandu jieħu l-miżuri kollha dwar it-trasferiment u l-ġbir ta’ l-iskart sabiex jipprevjienu jew, fejn dan ma jistax iseħħ, biex inaqqsu sa fejn dan hu possibbli, effetti negattivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari t-tniġġiż ta’ l-arja, tal-ħamrija, ilma tal-wiċċ u ilma ta’ taħt l-art u r-riskji lis-saħħa umana. Dawn il-miżuri għandhom ikopru ta’ l-inqas il-miżuri mniżżla fil-paragrafi 2 u 3.

2. Qabel ma impjant ta’ inċenerazzjoni jiġi aċċettat, l-operatur għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu deskrizzjoni ta’ l-iskart li tkopri:

- il-komposizzjoni fiżika u sa fejn hu prattikabbli, kimika ta’ l-iskart u kull informazzjoni neċessarja sabiex teżamina jekk dak l-iskart huwiex adegwat għall-proċess ta’ inċenerazzjoni intiża,

- il-karatteristiċi perikoluzi ta’ l-iskart, is-sostanzi li ma jistax jiġi mħallat magħħom, u l-prekawzjonijiet li għandhom jitteħdu waqt l-immaniġjar ta’ l-iskart.

3. Qabel ma impjant ta’ l-inċenerazzjoni jiġi aċċettat, il-proċeduri li ġejjin għandhom ta’ l-anqas jiġu osservati mill-operaturi waqt li jinġabar l-iskart:

- kalkolu tal-massa ta’ l-iskart,

- il-verifikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti kif imsemmi fid-Direttiva 91/689/KEE u, fejn xieraq, dawk mitluba mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta’ importazzjoni ta’ l-iskart ġewwa, imdaħħla u għal barra mill-Komunità Ewropea [14] u bir-regolamenti dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi,

- li jittieħdu kampjuni rappreżentattivi, sakemm dan ikun xieraq, sa fejn hu possibbli qabel ma jinħatt l-iskart, sabiex tiġi verifikata li dawn huma konformi mad-deskrizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 u dan billi jsiru kontrolli u billi l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jidentifikaw it-tip ta’ skart proċessat. Dawn il-kampjuni għandhom jinżammu għal ta’ l-inqas xahar wara li tkun saret l-inċenerazzjoni.

4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-paragrafi 2 u 3 għall-impjanti industrijali u impjanti li jinċeneraw biss l-iskart tagħhom fil-post ta’ fejn dan jiġi prodott, sakemm jinżamm l-istess livell ta’ protezzjoni.

Artikolu 6

1. Impjanti ta’ l-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz għandhom ikunu operati b’mod li jkun hemm, sa fej hu possibbli, livell ta’ inċenerazzjoni kompleta. Dan jista’ jirrikjedi l-użu xieraq ta’ teknika ta’ pretrattament ta’ l-iskart.

2. L-impjanti ta’ inċenerazzjoni għandhom ikunu disinjati, armati u adoperati b’mod illi l-gass li jirriżulta mill-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz ikun miżjud, wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja li tgħinu jinħaraq, b’mod kontrollat u omoġenju u anke taħt l-antiċipazzjoni ta’ l-agħar kondizzjonijiet possibbli, għal temperatura ta’ l-anqas ta’ 850 °C, kif milħuq fil-qalba jew viċin tal-forn fejn jinħaraq l-iskart, għal ta’ l-anqas zewġ sekondi bil-preżenza ta’ 6 % ossiġinu; jekk l-iskart perikoluz b’kontenut ta’ iżjed minn 1 % ta’ sostanzi organiċi aloġenati, espressi bħala kloru, jiġu inċenerati, it-temperatura trid togħla għal ta’ l-anqas 1100 °C.

Meta l-forn jingħata skart perikoluz likwidu biss, jew taħlita ta’ sostanzi f’forma ta’ gass u solidi f’forma ta’ trab minn proċess termali li jingħata lil skart perikoluz taħt nuqqas ta’ ossiġinu, u meta l-parti f’forma ta’ gass tammonta għal iktar minn 50 % tas-sħana mormija, il-kontent ta’ l-ossiġinu wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja biex jinħaraq l-iskart għandha tkun ta’ mhux inqas minn 3 %.

3. L-impjanti ta’ inċenerazzjoni għandhom ikunu armati b’inċeneraturi li jixegħlu awtomatikament meta t-temperatura tal-gassijiet kombustibbli, wara l-aħħar injezzjoni ta’ arja għall-ħruq, taqa’ taħt it-temperatura minima msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-inċeneraturi għandhom jintużaw ukoll waqt il-proċess li jixgħel l-impjant jew li jitfigħ sabiex jassigura li l-livell minimu tat-temperatura jkun miżmum waqt li jkun hemm skart li ma jkunx għadu inħaraq fil-forn.

Waqt li l-impjant jiġi mixgħul jew jiġi mitfi jew meta t-temperatura tal-gassijiet kombustibbli taqa’ taħt it-temperatura minima msemmija fil-paragrafu 2, l-inċeneraturi m’għandhomx jingħataw fjuwil li jista’ jikkawża emissjonijiet għola minn dawk li jirriżultaw mill-ħruq ta’ nafta kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 75/716/KEE, gass likwefikat jew gass naturali.

Kull sistema ta’ inċenerazzjoni trid tiġi operata b’mod li tipprevjeni skart perikoluz milli jingħata lill-inċeneraturi:

- meta l-impjant jiġi mixgħul, sakemm it-temperatura minima ta’ inċenerazzjoni tkun milħuqa,

- kull meta t-temperatura minima għall-inċenerazzjoni ma tkunx miżmuma,

- kull meta l-kejl kontinwu kif meħtieġ mill-Artikolu 11(1)(a) juru li kwalunkwe livell limitat l ta’ emissjonijiet qed ikun maqbuż minħabba xi ħsara jew falliment ta’ l-impjanti ta’ purifikazzjoni.

4. Ħtiġijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u speċifikati fil-permess għall ċertu tip ta’ skart perikoluz jistgħu jkunu awtorizzati mill-Awtoritajiet Kompetenti. Din l-awtorizzazzjoni għandha ta’ l-anqas tkun mogħtija bil-kondizzjoni li d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7 jiġu mħarsa u livelli ta’ l-emissjonijiet ta’ dijossini u furnani jkunu ekwivalenti jew inqas minn dawk li jiġu ottenuti mill-applikazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan.

Il-kondizzjonijiet ta’ l-operat determinati taħt id-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u l-verifikazzjonijiet magħmula għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni bħala parti mill-informazzjoni li trid tingħata taħt l-Artikolu 17.

5. Waqt l-operat ta’ l-impjant ta’ l-inċenerazzjoni l-livelli limitati li ġejjin tal-monossidu tal-karbonju (CO) m’għandhomx jinqabżu fil-gassijiet kombustibbli:

(a) 50 mg/m3 ta’ gass kombustibbli stabbilit bħala l-medja tal-valur kwotidjan:

(b) 150 mg/m3 ta’ gass kombustibbli ta’ l-anqas 95 % ta’ l-eżaminazzjonijiet kollha li jsiru bħala valuri medji moqrija kull 10 minuti jew 100 mg/m3 ta’ gassijiet kombustibbli ta’ l-eżaminazzjonijiet kollha ddeterminati bħala limiti medji meħuda kull nofs siegħa meħuda fi kwalunkwe perjodu ta’ 24 siegħa.

6. L-impjanti ta’ l-inċenerazzjoni għandhom ikunu disinjati, armati u adoperati b’mod li jipprevjienu emissjonijiet għall-arja li jagħtu lok għal tniġġiż ta’ l-arja fil-livell terran: b’mod partikolari gassijiet ta’ l-egżost għandhom jiġu mormija b’mod ikkontrollat permezz ta’ ċmieni.

L-għoli taċ-ċmieni għandu jiġi kkalkolat b’mod li jiġu salvagwardati s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Artikolu 7

1. Dawn il-livelli medji jkopru l-forom ta’ gass u fwar ta’ l-emissjonijiet tal-metalli tqal relevanti kif ukoll tal-komposti tagħhom.

(a)Limiti medji kwotidjani:

1. Total ta’ trab | 10 mg/m3 |

2.organiċi f’forma ta’ gass vaporizzanti jew fwar sostanzi, espressi bħala total arbonju organiku | 10 mg/m3 |

3. Kloru ta’ l-idroġenu(HCI) | 10 mg/m3 |

4. Fluworidu ta’ l-idroġenu (HF) | 1 mg/m3 |

5. Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 50 mg/m3 |

(b)Livelli medji li jinqraw kull nofs siegħa:

| A | B |

1. Total ta’ trab | 30 mg/m3 | 10 mg/m3 |

2.Gassużi u organiċi vaporizzanti sostanzi organiċi espressi bħala karbonju totalment organiku | 20 mg/m3 | 10 mg/m3 |

3. Kloru ta’ l-idroġenu (HCI) | 60 mg/m3 | 10mg/m3 |

4. Fluworidu ta’ l-idroġenu (HF) | 4mg/m3 | 2 mg/m3 |

5. Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 200mg/m3 | 50mg/m3 |

(ċ)Il-limiti medji kollha fuq perjodu ta’ kampjuni ta’ minimu ta’ 30 minuta u massimu ta’ tmien siegħat:

1.Kadmju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala kadmju (Cd) | total 0,5 mg/m30,1 mg/m3 |

2.Tallju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala tallju (TI) | |

3.Merkurju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala merkurju (Hg) | 0,05 mg/m30,1 mg/m3 |

4.Antimonju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala antimonju (Sb) | total 0,05 mg/m31 mg/m3 |

5. Arseniku u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala arseniku (As) | |

6. Ċomb u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala Ċomb (Pb) | |

7. Kromju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala kromju (Cr) | |

8. Kobalt u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala kobalt (Co) | |

9. Ram u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala ram (Cu) | |

10. Manganiż u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala manganiż (Mn) | |

11. Nikil u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala nikil (Ni) | |

12. Vanadju u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala vanadju (V) | |

13.Landa u l-komposizzjonijiet tiegħu, espressi bħala landa (Sn) | |

L-impjanti ta’ l-inċenerazzjoni għandhom ikunu disinjati, armati u adoperati b’mod li ta’ l-anqas il-livelli limitati ta’l-emissjonjiet li ġejjin ma jkunux maqbuża: |

2. L-emissjonijiet ta’ dijossini u furani għandhom ikunu imnaqqsa bl-użu ta’ l-iżjed teknoloġija progressiva. Mill-1 ta’ Jannar 1997 bħala l-iżjed tard, il-livelli medji kollha mkejla fuq il-perjodu ta’ kampjuni ta’ minimu ta’ sitt siegħat u massimu ta’ tmienja m’għandux jaqbeż livell limitat ta’ 0,1ng/m3 sakemm, minn sitt xhur, ta’ l-inqas, qabel dik id-data, id-disponibbiltà tal-miżuri armonizzati ta’ eżaminazzjoni ma jkunux ġew stabbiliti fuq livell Kommunitarju mill-Kummissjoni, f’azzjoni li hi konformi mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 16. Dan il-livell limitat huwa definit bħala s-somma ta’ tal-konċentrazzjonijiet ta’ dijossini u furani kalkolati skond l-Anness I.

Sad-data ta’ meta il-livell limitat jiġi fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jużaw dan il-livell bħala valur gwida.

3. Ir-riżultati ta’ l-eżaminazzjonijiet magħmula sabiex jivverifikaw li huma konformi mal-livelli limitati u ta’ gwida mniżżla fl-Artikolu 6 u f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ugwali għall-kondizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 11(2)

4. Fejn skart perikoluż qed jiġi koinċenerat kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3), id- disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(5) u l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw biss, skond il-kriterji miktubin fl-Anness II, lejn dik il-parti ta’ volum tal-gass ta’ l-egżost li tirriżulta mill-inċenerazzjoni ta’ l-iskart perikoluz.

Limiti xierqa ta’ emissjonijiet u livelli gwida għall-pollutanti relevanti li jiġu mormija fil-gass ta’ l-egżost ta’ l-impjanti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom ikunu stabbiliti skond l-Anness.

Artikolu 8

1. Kwalukwe likwidu perikoluz li jintrema minn impjant li jinċenera l-iskart perikoluz għandu jaqa’ taħt il-kotrolli skond il-permess maħruġ mill-Awtoritajiet kompetenti.

2. Rimi ta’ skart likwidu li jirriżulta mit-tindif ta’ gassijiet ta’ l-egżost fl-ambjent akwatiku għandu sa fejn hu possibbli jkun:

mingħajr l-ebda ħsara għal xi disposizjzoni speċfika fil-permess, l-iskart likwidu jista’ jkun mormi wara li dan ikun trattat separatament, bil-kondizzjoni li:

- il-ħtiġijiet tal-Komunità relevanti, id-disposizzjonijiet nazzjonali u lokali jkunu mħarsa b’forma ta’ livelli limitati ta’ emissjonijiet, u

- l-massa ta’ metalli tqal, dijossini u furani li jinsabu fl-iskart likwidu relatati mal-kwantità ta’ skart perikoluz pproċessat jkun imnaqqas b’mod li l-massa permessa li tkun mormija fl-ilma tkun inqas minn dik permessa li tkun mormija fl-arja.

3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, il-Kunsill, b’azzjoni meħuda fuq proposta mill-Kummissjoni, għandha tistabbilixxi, fi żmien sentejn mid-data tad-dħul ta’ din id-Direttiva sett ta’ livelli limitati speċifiċi għall-pollutanti kkontenuti fir-rimi tal-likwiduli jirriżulta mit-tindif ta’ gassijiet ta’ l-egżost li jkunu mormija.

4. Impjanti ta’ l-inċenerazzjoni, inklużi postijiet tal-ħażna ta’ skart perikoluż assoċjati għandhom ikunu disinjati u operati b’mod li jipprevjieni t-telf ta’ kwalunkwe sostanza tossika fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art skond id-disposizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1979 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art kotra xi tniġġiż li hu kkawżat minn ċertu sostanzi perikolużi [17]. Għandu jkun hemm l-faċilità li l-ilma tax-xita li jinżel ma’ l-impjant ta’ inċenerazzjoni jkun maħżun, kif ukoll xi ilma kkontaminat li jirriżulta minn twaqqigħ ta’ ilma, jew operazzjonijiet ta’ tifi tan-nar. Din il-kapaċità ta’ ħażna għandha tkun adegwata sabiex tassigura li dawn l-ilmijiet jistgħu jkunu eżaminati u trattati qabel ma jkunu mormija fejn hu neċessarju.

Artikolu 9

1. Residwi li jirriżultaw mill-operat ta’ l-impjant ta’ l-inċenerazzjoni għandhom ikunu maħżuna jew mormija skond id-Direttivi 75/442/KEE u 91/689/KEE. Dan jaf jirrikjedi pretrattament tar-residwi. Dawn ir-residwi għandhom jinżammu separati minn xulxin waqt il-pendenza ta’ l-eżaminazzjoni tal-ġbir jew ir-rimi tagħhom; sabiex dawn ikunu faċilitati, għandha tintuża teknoloġija addattata.

2. It-trasport u l-ħażna temporanja ta’ residwi nixfin fil-forma ta’ trab, eż, trab mill-kaldarun u residwi nixfin residwi tat-trattament ta’ gassijiet ta’ l-egżost, għandhom isir f’kontenituri magħluqa.

3. Kwalunkwe sħana ġenerata mill-proċess ta’ inċenerazzjoni għandha kemm jista’ jkun tkun użata.

4. Qabel ma jkunu stabbiliti r-rotot għar-rimi jew il-ġbir ta’ residwi mill-inċenerazzjoni, għandhom isiru eżaminazzjonijiet addattati sabiex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-potenzal perikoluż tar-residwi differenti mill-inċenerazzjoni. Din l-analiżi għandha tkun kkonċernata l-iktar fuq il-porzjon li hu solubbli u l-metalli tqal.

Artikolu 10

1. Il-ħtiġijiet ta’ kejl sabiex ikunu kkontrollati, skond l-Artikolu 11 il-parametri, kondizzjonijiet u l-konċentrazzjonijiet tal-massa tal-pollutanti għandhom ikunu miktuba fil-permess jew fil-kondizzjonijiet miżjuda mal-permess maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti jew f’regoli ġenerali dwar il-ħtiġijiet tal-kejl.

2. Il-permess għandu jkun mogħti biss jekk l-applikazzjoni turi illi t-tekniċi ta’ kejl proposti huma konformi ma’ l-Anness III. Il-livelli ta’ l-intervalli ta’ konfidenza (95 %) fil-livell limitat ta’ emissjonijiet mniżżla fl-Artikolu 6(5)(a) u l-Artikolu 7(1)(a), Nri 1, 2, 3 u 5, m’għandux jaqbeż il-livelli mniżżla fl-Anness III, punt 4.

L-istallazzjonijiet magħmula u l-funzjonament ta’ l-apparat awtomatiku li jżomm il-kkontrolli għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni annwali ta’ sorveljanza.

3. Il-proċeduri tal-qari tal-livelli u tal-kampjuni li jintużaw sabiex jinqraw perjodikament il-livelli tal-periklu tal-pollutanti ta’ l-arja u l-punti minn fejn jittieħdu l-kejl tal-livelli, u l-kampjuni għandhom ikunu mniżżla fil-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti, jew fil-kondizzjonijiet miktuba mal-permess, jew fid-disposizzjonijiet ġenerali fuq il-qari tal-livelli u l-proċeduri li jittieħdu l-kampjuni.

Il-ħtiġijiet għall-qari perjodiku għandhom isiru mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Anness III.

Artikolu 11

1. Il-qari tal-livelli għandhom isiru skond l-Anness III fl-impjant ta’ l-inċenerazzjoni:

(a) il-qari tal-livelli kontinwu tas-sostanzi msemmija fl-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(1)(a) u(b);

(b) il-qari tal-livelli kontinwu tal-parametri tal-operat tal-proċess:

- temperatura kif imsemmija fl-Artikolu 6(2) u (4),

- konċentrazzjoni ta’ ossiġinu, pressjoni, temperatura u l-livell ta’ ilma vaporizzat fil-gass ta’ l-egżost;

(ċ) il-qari tal-livelli tas-sostanzi msemmija fl-Artikolu 7(1) (ċ) u (2) għandu jsir ta’ l-inqas żewġ darbiet fis-sena; qari ta’ livell darba kull xagħrejn għandu jsir għall-ewwel 12-il xahar ta’ l-operat;

(d) il-ħin ta’ kemm joqogħdu, it-tempratura minima relevanti u l-kontenut ta’ l-ossiġinu tal-gassijiet ta’ l-egżost kif imsemmi fl-Artikolu 6 (2) u (4) għandhom ikunu soġġetti għal verifikazzjoni adegwata, ta’ l-inqas darba meta l-impjant jibda jaħdem u taħt l-agħar kondizzjonijiet ta’ ħidma.

Il-qari kontinwu tal-livelli ta’ HF jista’ ma jsirx jekk qed jintużaw trattamenti għall-HCl li jassiguraw lil-livell limitat ta’ emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 7(1)(a) (3) u (1) (b) (3) ma jkunx qed jinqabeż. f’dan il-każ, l-emissjonijiet ta’ HF għandhom ikunu mkejla perjodikament.

Il-qari tal-livelli kontinwu għall-kontenut ta’ ilma vaporizzat m’hux neċessarju, sakemm il-kampjun ta’ gass ta’ l-egżost ikun imnixxef qabel ma’ l-emissjonijiet ikunu analizzati.

Il-qari tal-livelli ta’ pollutanti mnizzla fl-Artikolu 7(1) m’hux neċessarju, sakemm il-permess iħalli biss l-inċenerazzjoni ta’ dak l-iskart perikoluż li ma jistax jikkawża l-livelli medji ta’ dawn il-pollutanti jogħla iktar minn 10 % tal-livelli limitati ta’ emissjonijiet mniżżla fl-Artikolu 7(1).

Il-Kummissjoni, f’azzjoni konformi tal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 16, għandha tiddeċiedi, hekk kif il-miżuri għall-kejl adegwati jkunu fil-Komunità, id-data minn meta l-qari kontinwu tal-livell tas-sostanzi msemmija fl-Artikolu 7(1)(ċ) u (2) għandu jibda jittieħed skond l-Anness III.

2. Ir-riżultati tal-qari tal-livelli magħmula sabiex tiġi verifikata li huma konformi mal-livelli limitati ta’ emissjonijiet u l-livelli gwida mniżżla fl l-Artikoli 6 u 7 għandu jsir standard taħt dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

- Temperatura 273 K, pressjoni 101,3 kPa, 11 % ossiġinu, gass niexef,

- Temperatura 273 K, pressjoni 101,3 kPa, 3 % ossiġinu, gass niexef, f’każ ta’ inċenerazzjoni ta’ żejt mormi skond id-Direttiva 75/439/KEE.

Meta l-iskart perikoluż ikun inċenerat f’atmosfera mimlija bl-ossiġinu, ir-riżultati tal-qari tal-livelli jistgħu jkunu standardizzati f’kontenut ta’ ossiġinu mniżżel mill-awtoritajiet kompetenti b’mod li jirriflettu ċ-ċirkustanzi speċjali ta’ kull każ individwalment. F’każ li jaqa’ taħt l-Artikolu 3(3), ir-riżultat tal-qari tal-livelli għandu jkun standardizzat għal kontenut totali ta’ ossiġinu kif ikkalkolat fl-ANNESS II.

Meta l-emissjonijiet tal-pollutanti jkunu mnaqqsa permezz ta’ trattament bil-gass ta’ l-egżost, l-istandardizzar tal-kontentut ta’ l-ossiġinu li hemm imsemmi fl-ewwel subinċiż għandu jsir biss jekk il-qari tal-livell tal-kontentut ta’ossiġinu magħmul fuq l-istess perjodu meta l-inkwinatur kkonċernat jaqbeż il-livell standard ta’ kontenut ta’ ossiġinu.

3. Il-livelli limitati ta’ emissjonijiet jiġu mħarsa jekk:

- il-livelli medji kwotidjani kollha ma jaqbżux il-livelli limitati mniżżla fl-Artikolu 6(5)(a) u l-Artikolu 7(1)(a),

u jew il-livelli li jitkejlu kull nofs siegħa fuq is-sena ma jaqbżux il-limiti ta’ l-emissjonijiet miktuba fil-kolonna A ta’ l-Artikolu 7(1)(b),

jew 97 % tal-livelli li jitkejlu kull nofs siegħa fuq is-sena ma jaqbżux il-livelli limitati miktuba f’kolonna B ta’ l-Artikolu 7(1)(b),

- il-livelli medji fuq il-perjodu ta’ kampjuni miktub fl-Artikolu 7(1) (ċ) ma jaqibżx il-livelli limitati miktuba f’dak is-subinċiż,

- id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(5)(b) huma mħarsa.

Il-livelli medji stabbiliti fil-perjodi msejħa fl-Artikolu 12(2) għandhom ikunu ekslużi minn ġudizzju fuq jekk dawn huma konformi jew le.

Il-livelli li jinqraw kull nofs siegħa għandhom ikunu stabbiliti fiż-żmien operattiv effettiv (li jinkludi l-perjodi li fihom jixgħel u jintefa l-impjant waqt il-ħin li jkun qiegħed jinċenera l-iskart perikoluz) mil-livelli meħuda wara li jkun tnaqqas il-livell ta’ l-intervalli ta’ konfidenza msemmi fil-punt 4 ta’ l-Anness III. Il-livelli medji kwotidjani għandhom ikunu stabbiliti minn dawk il-livelli medji kwotidjani li jkunu nġabru.

Il-livelli medji kwotidjani fuq il-perjodu li jintuża biex jittieħdu l-kampjuni u, fil-każ ta’ qari perjodiku tal-livelli medji tal-HF għandhom ikunu stabbiliti skond il-ħtiġijiet mniżżla fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 12

1. Jekk il-qari tal-livelli meħud juri illi l-livelli limitati ta’ l-emissjonijiet imniżżla f’din id-Direttiva jkunu ġew maqbuża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati minnufih. L-impjant imsemmi m’għandux jibqa’ jingħata skart perikoluz fiż-żmien fejn il-livelli limitati ma jkunux qed jiġu mħarsa sa meta l-awtoritajiet kompetenti jippermettu li l-inċeneratur ikompli jingħata dan l-iskart.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-perjodu massimu li hu permess għall waqfien ievitabbli, ħsarat jew fallimenti ta’ l-impjanti li jippurifikaw, jew ta’ l-apparat li jkejjel il-livelli, u f’dan iż-żmien il-konċentrazzjonijiet tas-sostanzi li jintremew jistgħu jaqbżu l-livelli limitati ta’ l-emisjonijiet stabbiliti. Taħt l-ebda ċirkostanza m’għandu jitħalla li impjant ta’ l-inċenerazzjoni jitħaddem għall-perjodu ta’ iktar minn erba’ siegħat kontinwament; u barra minn hekk, it-total ta’ operat taħt dawn il-kondizzjonijiet wara sena għandu jkun ta’ inqas minn 60.

F’każ ta’ waqfien, l-operaturi għandhom iwaqqfu jew inaqqsu l-operat kemm jista’ jkun malajr, sakemm dawn jistgħu jerġgħu jiġu għan-normal. Fl-impjanti li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(3) m’għandux jingħata skart perikoluz lill-impjanti.

Il-kontenut totali ta’ trab fl-iskart ma jistax jaqbeż, taħt l-ebda ċirkostanza, 150 mg/m3 espressi bħala medji ta’ kull nofs siegħa, barra minn hekk, il-livell limitat ta’ emissjonijiet skond l-Artikolu 7(1)(a) (2) u (1) (b) (2) ma jistax jinqabeż. Il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 6 għandhom jiġu mħarsa.

Artikolu 13

1. Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu għal impjanti ta’ inċenerazzjoni diġà esistenti fi żmien tliet snin u sitt xhur wara d-data msemmija fl-Artikolu 18(1).

2. Madanakollu, l-operatur jista’ jinforma l-awtoritajiet kompetenti fi żmien sitt xhur wara d-data msemmija fl-Artikolu 18(1) li l-impjant eżistenti mhux ser jiġi operat għal iżjed minn 20000 siegħa għal perjodu massimu ta’ ħames snin, li jibdew min-notifika lill-operatur, qabel ma jkun magħluq definittivament. F’dan il-każ, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu applikati.

Artikolu 14

Qabel il-31 ta’ Diċembru 2000, u fid-dawl ta’ żviluppi tat-teknoloġija, ta’ esperjenza fl-operat ta’ l-impjanti u tal-bżonnijiet ambjentali, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Kunsill, ibbażat fuq l-esperjenza ta’ l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u fuq il-progress magħmul fit-teknika tal-kontroll ta’ l-emissjonijiet, flimkien ma’ proposti għar-reviżjoni ta’ l-livelli limitati ta’ emissjonijiet u disposizzjonijeit relatati ma’ din id-Direttiva.

Kwalunkwe livell limitat ta’ emissjonijiet stabbiliti wara din ir-reviżjoni m’għandix tapplika għall-impjanti diġà eżistenti qabel il-31 ta’ Diċembru 2006.

Artikolu 15

Il-Kummissjoni, f’azzjoni konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16, għandha tadotta l-emendi neċessarji sabiex id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli minn 10 sa 12 u l-Annessi minn I sa III jiġu addattati għal dan il-progress.

Artikolu 16

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat li jkun fih rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jagħti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz, fi żmien stipulat li l-president għandu jistabbilixxi skond l-urġenza tal-każ. Din l-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza skond l-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill għandu jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod imsemmi fl-istess Artikolu. Il-president m’għandux vot.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri jekk dawn huma skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Jekk dawn il-miżuri m’humiex konformi ma’ l-opinjoni mogħtija mill-kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni m’hi mogħtija, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħti lill-Kunsill proposti li huma relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jieħu azzjoni b’ maġġoranza kwalifikata.

Jekk, wara li jiskadi l-perjodu ta’ tliet xhur mid-data li jkun ġie riferit lill-Kunsill, u l-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni, ħlief fejn il-Kunsill ikun iddeċieda kontra dawn il-miżuri b’maġġoranza sempliċi.

Artikolu 17

Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE. L-ewwel rapport għandu jkopri l-perjodu ta’ l-ewwel tliet snin wara li tkun daħlet fis-seħħ din id-Direttiva.

Artikolu 18

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel il-31 ta’ Diċembru 1996. Dawn għandhom jinfurmaw minnufih il-Kummissjoni bihom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkompanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif għandhom isiru dawn ir-referenzi għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet li huma ser jadottaw fid-dawl ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tiġi fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Merkel

[1] ĠU C 130, tal-21.5.1992, pġ. 1.

[2] ĠU C 332, tas-16.12.1992, pġ. 49.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10ta’ Marzu 1993 (ĠU C 115, tas-26.4.1993, p. 90). Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 1994 (ĠU C 232, ta’ l-20.8.1994, pġ. 35) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Novembru 1994 (ĠU C 341, tal-5.12.1994).

[4] ĠU C 122, tat-18.5.1990, pġ. 2.

[5] ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 39. Direttiva hekk kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 48).

[6] ĠU L 188, tas-16.7.1984, pġ. 20. Direttiva kif emendatabid-Direttiva 91/692/KEE.

[7] ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 20.

[8] ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

[9] Direttiva tal-Kunsill 75/716/KEE ta’ l-24 ta’ Novembru 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-kontenut ta’ kubrit ta’ ċertu karburanti likwidi (ĠU L 307, tas-27.11.1975, pġ. 22). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

[10] Direttiva tal-Kunsill 89/369/KEE tat-8 ta’ Ġunju 1989 fuq il-prevenzjoni tat-tniġġiż ta’ l-arja minn impjanti ta’ l-inċenerazzjoni ta’ skart miniċipali ġodda (ĠU L 163, ta’ l-14.6.1989, pġ. 32).

[11] Direttiva tal-Kunsill 89/429/KEE tal-21 ta’ Ġunju 1989 dwar it-tnaqqis tat-tniġġiż ta’ l-arja mill-impjanti ta’ l-inċenerazzjoni ta’ skart muniċipali diġa eżistenti (ĠU L 203, tal-15.7.1989, pġ. 50).

[12] Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta jkun użat materjal, f’forma ta’ tajn, li jkun ġie mid-drenaġġ, fl-agrikoltura (ĠU L 181, ta’ l-4.7.1986, pġ. 6). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

[13] ĠU L 158, tat-23.6.1990, pġ. 56.

[14] ĠU L 30, tas-6.2.1993, pġ. 1.

[17] ĠU L 20, tas-26.1.1980, pġ. 43. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/692/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS I

FATTURI EKWIVALENTI GĦAL DIJOSSINI U DIBENŻOFURANI

Sabiex jiġi stabbilit il-livell totali msemmi fl-Artikolu 7(2) il-massa tal-konċentrazzjonijiet tad-dijossini u dibeżofurani li ġejjin għandhom jiġu moltiplikati mal-fatturi ekwivalenti li ġejjin, qabel ma jkunu totalizzati, (billi jintuża l-kunċett ta' ekwivalenti tal-kimiċi tossiċi).

Toxic equivalence factor |

2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzodioxin (TCDD) | 1 |

1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzodioxin (PeCDD) | 0,5 |

1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzodioxin (HpCDD) | 0,01 |

— Octachlorodibenzodioxin (OCDD) | 0,001 |

2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzofuran (TCDF) | 0,1 |

2,3,4,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,5 |

1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,05 |

1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzofuran (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzofuran (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzofuran (HxCDF) | 0,1 |

2,3,4,6,7,8 | — Hexachlorodibenzofuran (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzofuran (HpCDF) | 0,01 |

1,2,3,4,7,8,9 | — Heptachlorodibenzofuran (HpCDF) | 0,01 |

— Octachlorodibenzofuran (OCDF) | 0,001 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

DETERMINAZZJONI TAL-LIMITU TA’ EMISSJONIJIET U LIVELLI GWIDA GĦALL-KOINĊENERAZZJONI TA’ SKART PERIKOLUŻ

Il-limitu jew il-livell ta’ gwida għal kull pollutant relevanti u monossidu tal-karbonju fl-egżost li jirriżulta mill-koinċenerazzjoni ta’ skart perikoluz għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

V

× C

+ V

× C

V

+ V

= C

Vskart :

il-volum tal-gass ta’ l-egżost li jiriżulta mill-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz iddeterminat biss minn skart li għandu livell kalorifiku baxx speċifikat fil-permess u tkun standardizzata mill-kondizzjonijiet I msemmija fl-Artikolu 11(2).

Jekk is-sħana li tirriżulta mill-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz tammonta għal inqas minn 10 % tas-sħana mogħtija mill-impjant, il-Vskart irid jiġi kkalkolat minn kwantità ta’ skart (nazzjonali) li, meta inċenerat, jammonta għal 10 % tas-sħana mormija, it-total tas-sħana jibqa’ fiss.

Cskart : livelli limitati ta’ emissjonijiet intiżi sabiex jinċeneraw skart perikoluz biss (ta’ l-anqas il-livell limitat ta’ emissjonijiet u livelli ta’ gwida għall-pollutanti u monossidu tal-karbonju kif stabbilit mill-Artikolu 7(1) u (2) u l-Artikolu 6(5)).

Vproċ : Il-volum tal-gass ta’ l-egżost li jirriżulta mill-proċess ta’ l-impjant li jinkludi l-kombustjoni tal-karburanti awtorizzati normalment użati fl-impjant (eskluż skart perikoluz) stabbiliti mill-bażi ta’ kontenut ta’ ossiġinu fejn l-emissjonijiet iridu jkunu standardizzati kif stabbilit mir-regoli tal-Komunità u nazzjonali. Fin-nuqqas ta’ dawn ir-regoalmenti għal dan it-tip ta’ impjanti, il-kontenut reali ta’ l-ossiġinu fil-gassijiet ta’ l-egżost mingħajr ma jkun imraqqaq biż-żieda ta’ arja mhux neċessarja għal dan il-proċess trid tiġi użata. L-istandardizzar fil-kondizzjonijiet l-oħrajn hi mogħtija fl-Artikolu 11(2).

Cproċ : livelli limitati ta’ emissjonijiet għal-pollutanti relevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass li jgħaddi mit-tubi sabiex isaħħan l-impjanti li jkunu konformi mal-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministratttivi nazzjonali għal dawn l-impjanti waqt li qed jaħarqu l-karburanti awtorizzati normali (skart perikoluz esklużi). Fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri l-livelli limitati ta’ l-emissjonijiet imniżżla fil-permess għandhom ikunu użati. Fin-nuqqas ta’ dawn il-livelli fil-permess, il-massa reali tal-konċentrazzjonijiet hi użata.

C : il-livell limitat totali jew il-livell gwida għal CO u l-pollutanti relevanti li jieħu post il-livelli limitati ta’ emissjoni u l-livelli ta’ gwida mniżżla fl-Artikolu 6(5) u fl-Artikolu 7(1) u (2). il-kontentut totali ta’ l-ossiġinu li jieħu post il-kontenut ta’ l-ossiġinu użat għall-Standard fl-Artikoli 6 u 7 hu kkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut għola mill-volumi parzjali.

Il-pollutanti u l-CO li ma jirriżultawx direttament mill-inċenerazzjoni ta’ skart perikoluz prodott mill-kombustjoni ta’ fjuwil eż. Minn materjali neċessarji għall-produzzjoni jew mill-prodotti), kif ukoll CO li jirriżulta direttament minn din l-inċenerazzjoni jew kombustjoni jekk – il-konċentrazzjonijiet għola ta’ CO fil-gassijiet tal-kombustjoni huma neċessarji mill-proċess tal-produzzjoni, u Cskart (kif spjegat hawn fuq) għal dijossini u furani jkun milħuq, m’għandhomx jitqiesu.

Fi kwalunkwe każ, bl-iskart perikoluz awtorizzat biex ikun inċenerat mogħti, it-total ta’ l-livell limitat ta’ emissjonijet (ċ) għandu jkun ikkalkolat b’mod li jnaqqas l-emissjonijiet fl-Ambjent.

--------------------------------------------------

ANNESS III

TEKNIKA FIL-QARI TAL-LIVELLI

1. Il-qari tal-livelli sabiex jistabbilixxi l-konċentrazzjonijiet tal-pollutanti ta’ l-arja fi prodotti li jġorru xi gass għandhom isiru b’mod rappreżentattiv.

2. Teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-pollutanti kollha, inklużi dijossini u furani kif ukoll referenza għall metodi ta’ qari tal-livelli sabiex jikkalibraw is-sistemi ta’ qari awtomatiċi għandhom isiru skond l-istandards CEN elaborati fuq il-bażi ta’ ordnijiet magħmula mill-Kummissjoni. Waqt l-elaborazzjoni ta’ l-istandards CEN-, standards nazzjonali għandhom jgħoddu.

3. Il-proċedura li tikkontrolla dijossini u furani jistgħu jkunu awtorizzati jekk il-limitu għad-detezzjoni tal-kampjuni u l-analiżi tad-dijossini u furani individwali hi suffiċjentement baxxa sabiex tħalli li jkun hemm riżultat sodisfaċenti fejn jidħlu l-ekwivalenti tat-tossiċi.

4. Il-livelli ta’ 95 % intervalli ta’ konfidenza stabbiliti mil-livelli limitati ta’ l-emissjoni m’għandhomx jaqbżu l-persentaġġi li ġejjin tal-livelli limitati ta’ emissjonijiet:

Monossidu tal-Karbonju (L-Artikolu 6(5) (a)): | 10 % |

Dijossidu tal-Kubrit (L-Artikolu 7(1) (5)): | 20 % |

Total ta’ trab (L-Artikolu 7(1)(a) (1)): | 30 % |

Total ta’ karbonju organiku (Artkolu 7 (1) (a) (2)): | 30 % |

Kloru ta’ l-idroġenu (L-Artikolu 7(1)(a)(3)): | 40 % |

--------------------------------------------------

Top