EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31975L0439

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta’ żejt użat

ĠU L 194, 25.7.1975, p. 23–25 (EN, FR)
ĠU L 194, 25.7.1975, p. 31–33 (DA, DE, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010; Imħassar b' 32008L0098

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1975/439/oj

31975L0439



Official Journal L 194 , 25/07/1975 P. 0023 - 0025
Greek special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0077
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0091
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 1 P. 0091
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0229
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 1 P. 0229


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-16 ta’ Ġunju 1975

dwar ir-rimi ta’ żejt użat

(75/439/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100 u 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi kull nuqqas ta’ parità bejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-rimi ta’ żejt użat li huma diġà applikabbli jew li huma fit-tħejjija fl-Istati Membri jista’ joħloq kundizzjonijiet inegwali fil-kompetizzjoni u b’hekk jaffettwa direttament il-funzjonament tas-suq komuni; billi huwa għalhekk meħtieġ illi l-liġijiet f’dan il-qasam jitqarrbu (japprossimaw) lejn xulxin kif jipprovdi l-Artikolu 100 tat-Trattat;

Billi jidher meħtieġ li dan it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet jiġi akkumpanjat minn azzjoni Komunitarja sabiex waħda mill-miri tal-Komunità fl-isfera tal-ħarsien ta’ l-ambjent tkun tista’ tinkiseb b’regolamenti iktar wiesgħa; billi ċerti dispożizzjonijiet speċifiċi għal dan l-effett għandhom għalhekk jiġu preskritti; billi għandu jinvoka l-Artikolu 235 tat-Trattat peress illi l-poteri għal dan il-għan ma ġewx ipprovduti fit-Trattat;

Billi d-dispożizzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mar-rimi taż-żejt użat għandhom bħala l-għanijiet immedjati essenzjali tagħhom il-ħarsien ta’ l-ambjent kontra l-effetti ta’ ħsara kawżati mill-iskarikar, id-depożitu jew it-trattament ta’ dawn iż-żjut;

Billi r-riċiklaġġ taż-żejt użat jista’ jwassal għal politika dwar il-provvista tal-karburanti;

Billi l-programm ta’ azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [3] jenfasizza l-importanza tal-problema tar-rimi taż-żejt użat mingħajr effetti ta’ ħsara fuq l-ambjent;

Billi l-kwantitajiet taż-żejt użat u b’mod partikolari l-emulsjonijiet żdiedu fil-Komunità;

Billi sistema effiċjenti u koerenti ta’ trattament taż-żejt użat, li la toħloq xkiel għall-kummerċ intra-Komunitarju u lanqas ma taffettwa l-kompetittività, għandha tapplika għal dawn il-prodotti kollha, saħansitra għal dawk li huma komposti f’parti biss miż-żejt, u għandha tipprovdi għal trattament skond kundizzjonijiert ekonomikament sodisfaċenti;

Billi sistema bħal din għandha tirregola t-trattament, l-iskarikar, id-depożitu u l-ġbir taż-żejt użat u tipprovdi sistema li tippermetti lill-impriżi li jiddisponu minn dawn iż-żjut, għall-ġbir obbligatorju u/jew ir-rimi ta’ dawn iż-żjut f’ċerti każi u għal proċeduri xierqa ta’ spezzjonar;

Billi f’każijiet fejn ċerti impriżi huma meħtieġa li jiġbru u/jew jarmu ż-żejt użat, għandu jkun possibbli kumpens bħala indennizz għal dik il-parti ta’ l-ispejjeż tagħhom li jkollha x’taqsam ma’ dan u li mhix koperta bil-qligħ tagħhom u billi dawn l-indennizzi jistgħu jiġu finanzjati, fost metodi oħra, b’ imposta fuq żjut ġodda jew iġġenerati mill-ġdid,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu "żejt użat" għandu jittieħed li jfisser kull prodott użat likwidu jew semi-likwidu li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew f’parti minnu minn żejt minerali jew sintetiku, inklużi l-fdalijiet taż-żjut minn tankijiet, taħlit u emulsjonijiet ta’ żejt/ilma.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw illi ż-żjut użati jinġabru u jintremew fis-sigurtà.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi, safejn ikun possibbli, l-eliminazzjoni taż-żejt użat jitwettaq bir-riċiklaġġ (bil-ġenerazzjoni mill-ġdid u/jew il-ħruq basta mhux id-distruzzjoni).

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw il-projbizzjoni ta’:

1. kull skarikar ta’ żejt użat fl-ilmijiet tal-wiċċ ta’ l-ilmijiet interni, fl-ilma ta’ taħt l-art, fl-ibħra kostali jew fis-sistemi tad-drenaġġ;

2. kull depożitu u/jew skarikar taż-żejt użat ta’ ħsara għall-art u kull skarikar mhux ikkontrollat tal-fdalijiet li jirriżultaw mill-ipproċessar taż-żejt użat;

3. kull ipproċessar ta’ żejt użat li jikkawża tniġġiż fl-arja li jaqbeż il-livell preskritt bid-dispożizzjonijiet eżistenti.

Artikolu 5

Fejn il-miri definiti fl-Artikoli 2, 3 u 4 ma jistgħux jinkisbu xorta oħra, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi impriża waħda jew aktar iwettqu l-ġbir u/jew ir-rimi tal-prodotti offruti lilhom mill-possessuri, fejn xieraq fiż-żona assenjata lilhom mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 6

Sabiex tikkonforma mal-miżuri meħuda skond l-Artikolu 4, kull impriża li tieħu ħsieb ir-rimi taż-żejt użat trid tikseb permess.

Dan il-permess għandu jingħata mill-awtoritajiet kompetenti wara eżami ta’ l-istallazzjonijiet, jekk ikun meħtieġ. Dawn l-awtoritajiet għandhom jimponu l-kundizzjonjiet meħtieġa skond l-istat ta’ l-iżvilupp tekniku.

Artikolu 7

Persuna li żżomm iż-żejt użat trid, jekk ma tkunx tista’ tħares il-miżuri meħuda skond l-Artikolu 4, tqiegħdhom għad-dispożizzjoni ta’ l-impriża jew l-impriżi riferiti fl-Artikolu 5.

Artikolu 8

Il-pussessuri ta’ ċerti kwantitajiet ta’ żejt użat li jkun fihom impuritajiet li jaqbżu ċerti persentaġġi għandhom jieħdu ħsiebhom u jaħżnuhom separatament.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffissaw il-kwantitajiet u l-persentaġġi, li jistgħu jiddifferixxu skond il-kategorija tal-prodott, riferit fl-ewwel sub-paragrafu.

Artikolu 9

L-impriżi li jiġbru u/jew jarmu ż-żejt użat, iridu jwettqu dan ix-xogħol hekk li ma jkun hemm l-ebda riskju għat-tniġġiż ta’ l-ilma, l-arja jew l-art li jkun jista’ jiġi evitat.

Artikolu 10

Kull stabbiliment li jipproduċi, jiġbor u/jew jarmi iktar minn kwantità msemmija ta’ żejt użat kull sena, liema kwantità trid tiġi speċifikata minn kull Stat Membru imma mhux ta’ iktar minn 500 litru, irid:

- iżomm reġistru tal-kwantità, l-kwalità, l-oriġini u l-post fejn ikunu qegħdin dawn iż-żjut u dwar il-kunsinnja u r-riċeviment tagħhom, inklużi d-dati ta’ dawn ta’ l-aħħar u/jew

- jgħaddi dan it-tagħrif lill-awtoritajiet kompetenti fuq it-talba tagħhom.

L-Istati Membri huma awtorizzati li jiffissaw il-kwantità ta’ żejt użat b’mod konformi ma’ l-ewwel sub-paragrafu f’termini ta’ kwantità ekwivalenti ta’ żjut ġodda kalkulati skond fattur raġjonevoli ta’ konverżjoni.

Artikolu 11

Kull impriża li tiddisponi miż-żejt użat trid tgħaddi lill-awtoritajiet kompetenti, fuq it-talba tagħhom, kull tagħrif rigward ir-rimi jew id-depożitu ta’ dawn iż-żejt użat jew rigward il-fdalijiet tagħhom.

Artikolu 12

L-impriżi riferiti fl-Artikolu 6 għandhom jiġu spezzjonati perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti, b’ mod partikolari rigward it-tħaris tagħhom tal-kundizzjonijiet tal-permessi li jkollhom.

Artikolu 13

Bħala konċessjoni reċiproka għall-obbligi imposti fuqhom mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5, jistgħu jingħataw indennizzi lill-impriżi tal-ġbir u/jew tar-rimi għas-servizzi mogħtija. Dawn l-indennizzi ma jistgħux jaqbżu l-ispejjeż annwali mhux koperti attwalment reġistrati mill-impriża filwaqt li jitqies profitt raġjonevoli.

L-ammont ta’ dawn l-indennizzi għandu jkun hekk li ma jikkawżax tagħwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni jew li joħloq mudelli artifiċjali tal-kummerċ f’dawn il-prodotti.

Artikolu 14

L-indennizzi jistgħu jiġu finanzjati, fost metodi oħra, bi ħlas dovut impost fuq il-prodotti li wara l-użu jiġu mibdula fi żejt użat, jew impost fuq iż-żejt użat.

Il-finanzjament ta’ l-indennizzi jrid ikun b’mod konformi mal-prinċipju ta’ "min iniġġeż iħallas".

Artikolu 15

Kull Stat Membru għandu jibgħat perjodikament lill-Kummissjoni tagħrif li jirrigwarda l-kompetenza teknika u l-esperjenza miksuba u r-riżultati miksuba permezz ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri meħuda skond din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat sommarju ġenerali ta’ dan it-tagħrif lill-Istati Membri.

Artikolu 16

Kull tlett snin, l-Istati Membri għandhom ifasslu rapport tas-sitwazzjoni dwar ir-rimi taż-żejt użat fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u għandhom jibagħtuh lill-Kummissjoni.

Artikolu 17

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 24 xahar min-notifika tagħha, u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni fil-pront.

Artikolu 18

Id-dispożizzjonijiet adotti mill-Istati Membri skond din id-Direttiva jistgħu jiġu applikati progressivament fl-impriżi riferiti fl-Artikolu 6, li jkunu jeżistu mal-waqt tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, fi żmien erba’ snin min-notifika msemmija.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 20

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-16 ta’ Ġunju 1975.

Għall-Kunsill

Il-President

R. Ryan

[1] ĠU C 85, tat-18.7.1974, p. 6.

[2] ĠU C 125, tas-16.10.1974, p. 33.

[3] ĠU C 112, ta’ 20.12.1973, p. 3.

--------------------------------------------------

Top