EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2095

Regolament ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2019/2095 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jnaqqas il-kwota tas-sajd tas-salamun tal-Atlantiku disponibbli għall-Polonja fl-2019 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2018

C/2019/8712

ĠU L 317, 9.12.2019, p. 105–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2095/oj

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/105


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2095

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jnaqqas il-kwota tas-sajd tas-salamun tal-Atlantiku disponibbli għall-Polonja fl-2019

minħabba s-sajd eċċessiv fl-2018

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 105(1), (2) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwota tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 (SAL/3BCD-F) ġiet allokata lill-Polonja għas-sena 2018 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 (2).

(2)

Din il-kwota tas-sajd għas-sena 2018 żdiedet b’1 369 kampjun wara l-applikazzjoni tal-flessibbiltà ta’ sena b’sena stabbilita bl-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Iż-żieda, li tikkorrispondi għal 10 % tal-ħatt l-art permess għas-sena 2017, ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-kwantitajiet mhux użati li fadal wara d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet. Matul il-missjonijiet ta’ spezzjoni mwettqa fil-Polonja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 matul l-2018, il-Kummissjoni identifikat data dwar il-qabdiet li ġiet irrappurtata ħażin u sottorappurtata, li żvelat li l-kwota Pollakka għall-2017 għas-Salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 kienet ġiet eżawrita. Għalhekk, il-flessibbiltà ta’ sena b’sena mis-sena 2017 għas-sena 2018 skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament Nru 1380/2013 kienet ingħatat indebitament u l-kwantitajiet korrispondenti jenħtieġ li jitnaqqsu kif xieraq mill-kwota tal-2018.

(3)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll aktar inkonsistenzi fid-data Pollakka dwar is-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 għas-sena 2018 bil-kontroverifika tad-data rreġistrata u rrappurtata matul il-vjaġġi tas-sajd spezzjonati u mhux spezzjonati. Dawn l-inkonsistenzi fir-rappurtar dwar il-kompożizzjoni tal-qabda kienu kkorroborati minn diversi missjonijiet ta’ verifika u ta’ verifikazzjoni li saru fil-Polonja matul l-2018 u l-2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Dawn ir-rapporti ta’ verifika ġew debitament ikkomunikati u diskussi mal-Polonja.

(4)

Permezz tal-evidenza miġbura, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi li l-kwota għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 allokata lill-Polonja fis-sena 2018 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 inqabżet b’2 160 biċċa ta’ salamun. Skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti tas-sajd li kienu allokati lilu, hija għandha tnaqqas il-kwoti tas-sajd futuri ta’ dak l-Istat Membru.

(5)

L-Artikolu 105(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis tal-kwoti tas-sajd irid isir fis-sena jew fis-snin li jsegwu billi jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni rispettivi kif stabbiliti hemmhekk.

(6)

Jenħtieġ li jiġi applikat fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1,00 f’konformità mal-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 billi l-ammont ta’ sajd eċċessiv kif kwantifikat mill-Kummissjoni huwa inqas minn 100 tunnellata.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 allokata lill-Polonja għas-sena 2019 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 (4) għandha titnaqqas kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1970 tas-27 ta’ Ottubru 2017 li jiffissa għall-2018 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 281, 31.10.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).


ANNESS

TNAQQIS MILL-KWOTA TAS-SAJD TAS-SALAMUN TAL-ATLANTIKU DISPONIBBLI GĦALL-POLONJA FL-2019 GĦALL-ISTOKKIJIET LI KIENU MISTADA B’MOD EĊĊESSIV

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Il-kwota oriġinali għall-2018 (f’biċċiet ta’ ħut)

Il-ħatt l-art permess għall-2018 (il-kwantità totali adattata f’biċċiet ta’ ħut)(1)

Il-qabdiet totali li saru fl-2018

(il-kwantità f’biċċiet ta’ ħut)

Il-konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess

Is-sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’biċċiet ta’ ħut)

Il-fattur ta’ multiplikazzjoni (3)

Il-fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni (4), (5)

It-tnaqqis li jrid isir fl-2019 (il-kwantità f’biċċiet ta’ ħut)

PL

SAL

3BCD-F

Salamun tal-Atlantiku

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31

5 729

15 739  (2)

17 899

113,72 %

2 160

1,00

/

2 160


(1)  (1)Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2017 għall-2018 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  (2)Dan l-ammont jinkludi tnaqqis ta’ 1369 biċċa ta’ salamun li jikkorrispondi għall-flessibbiltà ta’ sena b’sena mogħtija indebitament fl-2018 skont l-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 wara li nstabet data dwar il-qabdiet li ġiet irrappurtata ħażin u sottorappurtata għall-2017.

(3)  (3)Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(4)  (4)Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dejjem jekk is-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(5)  (5)L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b’mod konsekuttiv fl-2016, fl-2017 u fl-2018. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.


Top