EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R2094

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2094 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mancozeb, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/8710

ĠU L 317, 9.12.2019, p. 102–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2094/oj

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/102


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2094

tad-29 ta’ Novembru 2019

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mancozeb, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Il-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi dimoxystrobin, mancozeb, mecoprop-P, metiram, oxamyl u pyraclostrobin ġie estiż sal-31 ta’ Jannar 2020 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1796 (3).

(3)

Il-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva benfluralin ġie estiż sad-29 ta’ Frar 2020 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 (4).

(4)

L-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ġew ippreżentati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5).

(5)

Il-valutazzjoni ta’ dawk is-sustanzi ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti u, għalhekk, x’aktarx li l-approvazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li l-perjodi ta’ approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(6)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, rigward każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li ma jkunux ġew issodisfati l-kriterji tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni tistipula li d-data ta’ skadenza tkun l-istess waħda li kienet iffissata qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistipula li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva ma tiġġeddidx, skont liema data tiġi wara. Rigward il-każijiet meta l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tfittex li tistabbilixxi, skont iċ-ċirkostanzi, l-iktar data ta’ applikazzjoni qrib possibbli.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1796 tal-20 ta’ Novembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos-metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenżuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron (ĠU L 294, 21.11.2018, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/168 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (ĠU L 33, 5.2.2019, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 57, Mecoprop-P, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 81, Pyraclostrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 114, Mancozeb, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(4)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 115, Metiram, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(5)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 116, Oxamyl, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(6)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 128, Dimoxystrobin, id-data hija sostitwita bil-“31 ta’ Jannar 2021”;

(7)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 187, Flutolanil, id-data hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2021”;

(8)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 188, Benfluralin, id-data hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2021”;

(9)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 189, Fluazinam, id-data hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2021”;

(10)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 191, Mepiquat, id-data hija sostitwita bid-data “28 ta’ Frar 2021”.


Top