EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2367

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2367 tat-30 ta’ Novembru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli relattivament għad-Deċiżjoni Nru 1/2015 fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim

ĠU L 337, 23.12.2015, p. 128–193 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2367/oj

23.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 337/128

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2367

tat-30 ta’ Novembru 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli relattivament għad-Deċiżjoni Nru 1/2015 fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(4) tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (“il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa inkarigat jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness 11 jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod partikulari sabiex jadattahom u jaġġornahom.

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2) jipprevedi li l-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni tal-Komunità fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura u l-Kumitat Veterinarju Konġunt.

(4)

Jeħtieġ li l-Unjoni għandha tadotta l-pożizzjoni li għandha tieħu fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt fir-rigward tal-emendi meħtieġa.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-Ftehim Agrikolu ("Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt") għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha,

(6)

Sabiex jiġi evitat il-waqfien ta’ prattiki eżistenti u li qed jiffunzjonaw sew u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali li ma tikkawżax konsegwenzi negattivi prevedibbli, id-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt għandha tipprovdi għall-applikazzjoni retroattiva ta' dik id-Deċiżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bl-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu fir-rigward tal-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 hija bbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Veterinarju Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

É. SCHNEIDER

(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom fir-rigward tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1).

ABBOZZ

DEĊIŻJONI NRU 1/2015 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI.

ta’ …

dwar l-emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim

IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1) u b’mod partikulari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim Agrikolu”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002.

(2)

Skont l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit b’dan il-Ftehim (“il-Kumitat Veterinarju Konġunt”) huwa inkarigat jeżamina l-kwistjonijiet kollha marbutin ma’ dak l-Anness u mal-implimentazzjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju Konġunt jemenda l-Appendiċijiet tiegħu, b’mod partikulari sabiex jadattahom u jaġġornahom.

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (2) emendat l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għall-ewwel darba.

(4)

L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt (3).

(5)

Saru emendi jew aġġornamenti f'numru ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Unjoni Ewropea u tal-Isvizzera minn meta sar l-aħħar emendar tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt ’l hawn. Fid-dawl tad-daqs tal-emendar li sar, ġew aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni.

(6)

Fl-1 ta’ Jannar 2013, l-Uffiċċju Veterinarju Federali Żvizzeru ġie ttrasferit għad-Dipartiment Federali tal-Intern u wara dan ingħaqad mad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Ikel tal-Uffiċċju Federali tas-saħħa pubblika fl-1 ta’ Jannar 2014 biex inħolqot aġenzija waħdanija ġdida. L-aġenzija l-ġdida tissejjaħ l-Uffiċċju Federali tas-Sigurtà tal-Ikel u tal-Affarijiet Veterinarji. Wara li dawn l-uffiċċji ngħaqdu, kellhom jiġu emendati bosta testi leġiżlattivi.

(7)

L-Isvizzera ppreżentat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt il-pjan tagħha dwar il-miżuri li beħsiebha timplimenta għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (4). Skont il-Ftehim Agrikolu, il-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa l-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni ta' dan il-pjan.

(8)

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-Isvizzera tista' tidderoga mill-eżami għall-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u fil-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Dawn il-karkassi u dan il-laħam, kif ukoll il-prodotti tal-laħam magħmulin minnhom, għandhom marka speċjali tas-saħħa u ma jistax isir kummerċ fihom mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (5) jemenda r-regoli speċifiċi li japplikaw għall-kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam u jipprevedi li jiġi awtorizzat id-differiment tal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet. Sabiex tkun faċilitata l-modifika gradwali tal-prattika attwali fl-Isvizzera, jinħtieġ li tiġi estiża l-possibbiltà ta' deroga għall-eżami tat-Trichinella sal-31 ta’ Diċembru 2016.

(9)

Sabiex jiġi evitat il-waqfien ta’ prattiki eżistenti u li qed jiffunzjonaw sew u biex tiġi żgurata l-kontinwità legali li ma tikkawżax konsegwenzi negattivi prevedibbli, huwa xieraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata b'mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

(10)

Jinħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

(11)

Għaldaqstant, għandhom jiġu emendati, kif meħtieġ, l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu huma emendati skont l-Annessi I sa IX ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-pjan ippreżentat mill-Isvizzera dwar il-miżuri li beħsiebha tieħu għall-approvazzjoni tal-istabbilimenti tagħha skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE huwa rikonoxxut bħala konformi mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ eżemplari, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew minn persuni oħrajn mogħtija s-setgħa biex jaġixxu f’isem il-Partijiet għall-Ftehim Agrikolu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija tapplika b'mod retroattiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2015.

Magħmul f’Berna,

Għall-Konfederazzjoni Svizzera

Għall-Unjoni Ewropea

(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(2)  Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li temenda l-Appendiċijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (id-Deċiżjoni 2004/78/KE) (traduzzjoni mhix uffiċjali) (ĠU L 23, 28.1.2004, p. 27).

(3)  Deċiżjoni Nru 1/2013 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit mill-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tat-22 ta’ Frar 2013 fir-rigward tal-emendament tal-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim (id-Deċiżjoni 2013/479/UE) (ĠU L 264, 5.10.2013, p. 1).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tifqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).

ANNESS I

L-Appendiċi 1 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 1

Miżuri ta’ kontroll/notifika tal-mard

I.   Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 99 sa 103 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza u r-reġistrazzjoni, il-kontroll u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-tilqim kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji se jgħarrfu lil xulxin meta jkunu beħsiebhom jimplimentaw tilqima ta’ emerġenza. F’każijiet urġenti ħafna, in-notifika għandha tkun dwar id-deċiżjoni li ttieħdet u dwar ir-regoli għall-implimentazzjoni tagħha. Fi kwalunkwe każ, se jsiru konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

3.

Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-identifikazzjoni tal-vajrus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness XVI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE.

II.   Id-deni klassiku tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (sejbien tad-deni tal-ħnieżer waqt il-qatla u miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tad-deni tal-ħnieżer);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza);

4.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-Kummissjoni u l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji se jgħarrfu lil xulxin meta jkunu beħsiebhom jimplimentaw tilqima ta’ emerġenza. Se jsiru konsultazzjonijiet malajr kemm jista’ jkun fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.

Skont l-Artikolu 117(5) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-ittimbrar u mat-trattament tal-laħam li jkun ġej miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

3.

Skont l-Artikolu 121 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fost il-ħnieżer slavaġ skont l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE.

4.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

5.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

6.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 89(2) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-kontroll seroloġiku tal-ħnieżer fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE (***).

7.

Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għad-deni klassiku tal-ħnieżer huwa dan li ġej: Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, 15 Bünteweg 17, 30559 Ħanover, il-Ġermanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE.

III.   Id-deni Afrikan tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif u d-diżinfettar), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (sejbien tad-deni tal-ħnieżer waqt il-qatla u miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tad-deni tal-ħnieżer);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza);

4.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għad-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa dan li ġej: Centro de Investigación en Sanidad Animal, 28130 Valdeolmos, Madrid, Spanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE.

2.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

3.

Skont l-Artikolu 89(2) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, jekk ikun hemm bżonn, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu joħroġ dispożizzjonijiet ta’ natura teknika dwar l-implimentazzjoni b’rabta mal-metodi għad-dijanjożi tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE (*****).

4.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

IV.   Il-marda Afrikana taż-żwiemel

A.   LEĠIŻLAZZJONI (******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta’ April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 112 sa 112f tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda Afrikana taż-żwiemel);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza);

4.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

F’każ li tfaqqa’ marda epiżotika serja ħafna fl-Isvizzera, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiltaqa’ sabiex jeżamina s-sitwazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jieħdu l-miżuri neċessarji fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi.

2.

Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda Afrikana taż-żwiemel huwa dan li ġej: Laboratorio de Sanidad y Producción Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, 28110 Algete, Madrid, Spanja. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE.

3.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

4.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

V.   L-influwenza tat-tjur

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 122 sa 122f tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-influwenza tat-tjur);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-influwenza tat-tjur huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorju għandhom jiġu stipulati fil-punt 2 tal-Anness VII tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE.

2.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

3.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 60 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

VI.   Il-marda ta’ Newcastle

A.   LEĠIŻLAZZJONI (********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10b tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 40 u 47 tiegħu (it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 123 sa 125 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-marda ta’ Newcastle);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).

4.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda ta’ Newcastle huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness V tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE.

2.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

3.

It-tagħrif stipulat fl-Artikoli 17 u 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

4.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

VII.   Mard tal-ħut u tal-molluski

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (il-miżuri kontra l-mard epiżotiku) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 3 sa 5 tiegħu (il-mard epiżotiku fil-mira), l-Artikoli 21 sa 23 tiegħu (ir-reġistrazzjoni tal-farms tal-akkwakultura, il-verifiki tal-persunal u obbligi oħrajn u s-sorveljanza b’rabta mal-qasam tas-saħħa), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll) u l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri komuni u speċifiċi b’rabta mal-mard tal-ħut u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Dal-ħin fl-Isvizzera ma jitrabba l-ebda gajdar ċatt. F’każ li jfaqqgħu l-bonamjożi jew il-martejljożi, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza neċessarji skont il-liġijiet tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

2.

Għall-finijiet tal-kontroll tal-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera tapplika d-Digriet dwar il-mard epiżotiku, u b’mod partikulari l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi tad-detenturi ta’ permess għas-sajd u ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll), l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-mard tal-annimali akkwatiċi u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi), kif ukoll l-Artikolu 291 tiegħu (il-mard epiżotiku li għandu jiġi ssorveljat). Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-krustaċji huwa dan li ġej:

3.

Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-ħut huwa dan li ġej: National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-molluski huwa dan li ġej: Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE.

4.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 58 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

VIII.   L-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

1.

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 184 tiegħu (il-metodi ta’ sturdament);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10)

3.

il-Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS817.0), u b’mod partikulari l-Artikolu 24 tagħha (l-ispezzjoni u t-teħid ta’ kampjuni) u l-Artikolu 40 tagħha (il-kontroll tal-oġġetti tal-ikel);

4.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), u b’mod partikulari l-Artikoli 4 u 7 tiegħu (partijiet mill-karkassa li ma jistgħux jintużaw);

5.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 6 tiegħu (definizzjonijiet u taqsiriet), l-Artikolu 34 tiegħu (il-privattivi), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligu ta’ avviż), l-Artikolu 130 tiegħu (is-sorveljanza tal-bhejjem Svizzeri), l-Artikoli 175 sa 181 tiegħu (l-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu), l-Artikolu 297 tiegħu (l-implimentazzjoni fil-pajjiż stess), l-Artikolu 301 tiegħu (il-kompiti tal-veterinarju tad-distrett awtonomu), l-Artikolu 302 tiegħu (il-veterinarju uffiċjali) u l-Artikolu 312 tiegħu (il-laboratorji li jwettqu d-dijanjożi);

6.

Id-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, it-Taħriġ u r-Riċerka dwar il-ktieb tal-għalf għall-annimali (DKGħA; RS 916.307.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 21 tiegħu (it-tolleranza, it-teħid ta’ kampjuni, il-metodi ta’ analiżi u t-trasport), il-punt 15 u l-punt 16 tal-Anness 1.2 tiegħu (il-prodotti tal-annimali terrestri, u l-ħut u annimali tal-baħar oħrajn u l-prodotti tagħhom u l-prodotti sekondarji tagħhom, rispettivament) u l-Anness 1.4 tiegħu (is-sustanzi li ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw jew li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw b’mod ristrett);

7.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu huwa dan li ġej: Animal Health and Veterinary Laboratory Agency AHVLA Corporate Headquarters (Weybridge), Woodham Lane, New Haw, Addlestone, Surrey, KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001.

2.

Skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ emerġenza biex jiġu implimentati miżuri ta’ kontroll b’rabta mal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu.

3.

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi ristrett b’mod uffiċjali l-moviment ta’ kull annimal li jkun hemm suspett li jkun infettat b’xi enċefalopatija sponġiformi li tinxtered sakemm joħorġu r-riżultati tat-testijiet kliniċi u epidemjoloġiċi mwettqin mill-awtorità kompetenti, jew inkella dan għandu jinqatel sabiex jiġi eżaminat f’laboratorju taħt kontroll uffiċjali.

F’konformità mal-Artikoli 179b u 180a tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera tipprojbixxi t-tbiċċir tal-annimali li jkun hemm suspett li jkunu infettati b’xi enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. Dawk l-annimali li jkun hemm dan is-suspett dwarhom iridu jinqatlu mingħajr tixrid ta’ demm u jinħarqu, u moħħhom irid jintbagħat fil-laboratorju ta’ referenza tal-Isvizzera għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu għat-testijiet.

Skont l-Artikolu 10 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera tidentifika l-annimali bovini permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni uniformi, ċara u permanenti li tippermetti li jinstabu ommijiethom u l-merħla minn fejn ikunu ġew oriġinarjament, u li tippermetti li jiġi kkonfermat li ma jkunux twieldu minn ommijiet li jkun hemm suspett li jkunu infettati jew minn baqar li huma infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina.

Skont l-Artikolu 179c tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera toqtol lill-annimali li jkunu infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina sa mhux aktar tard minn tmiem il-fażi tal-produzzjoni, lill-annimali bovini kollha li jkunu twieldu sena qabel u sena wara l-annimal infettat u li, matul dak iż-żmien, ikunu jiffurmaw parti mill-istess merħla, kif ukoll lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-baqar infettat u li jkunu twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi.

4.

Skont l-Artikolu 180b tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera toqtol lill-annimali li jkunu infettati bl-iscrapie, lil ommijiethom, lill-annimali kollha li jkunu jiġu direttament mill-ommijiet infettati, kif ukoll lin-nagħaġ u lill-mogħoż l-ieħor kollu tal-merħla, minbarra:

in-nagħaġ li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed u l-ebda allel VRQ; u

l-annimali li jkollhom inqas minn xahrejn u li jkunu se jintbagħtu għat-tbiċċir biss. Ir-ras u l-organi tal-kavità addominali ta’ dawn l-annimali għandhom jitneħħew skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet dwar ir-rimi tal-prodotti sekondarji tal-annimali.

Fil-każ ta’ razez rari, jista’ jkun li, b’mod eċċezzjonali, jiġi deċiż li l-merħla ma tinqatilx kollha. Fil-każ ta’ razez rari, jista’ jkun li, b’mod eċċezzjonali, jiġi deċiż li l-merħla ma tinqatilx kollha. F’każijiet bħal dawn, il-merħla titqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ veterinarju uffiċjali għal sentejn sħaħ, li matulhom l-annimali tal-merħla jsirilhom eżami kliniku darbtejn fis-sena. Jekk matul dan il-perjodu l-annimali jintbagħtu għall-qatla, irjushom u t-tunsilli tagħhom għandhom jintbagħtu fil-laboratorju ta’ referenza tal-Isvizzera għall-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu għall-analiżi.

Dawn il-miżuri għandhom jiġu riveduti skont ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali. B’mod partikulari, il-perjodu ta’ sorveljanza għandu jittawwal jekk jinstab każ ġdid tal-marda fost l-annimali tal-merħla.

L-Isvizzera tintrabat li tapplika l-miżuri stipulati fl-Anness VII tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 f’każ li jiġi kkonfermat li nagħġa jew mogħża hija infettata bl-enċefalopatija sponġiformi bovina.

5.

Taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu l-użu tal-proteini tal-annimali pproċessati fl-għalf tal-annimali li jkunu qed jinżammu, jissemmnu u jitrabbew fl-azjendi għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel. Fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hemm projbizzjoni totali tat-tmigħ lill-annimali li jixtarru ta' proteini li ġejjin mill-annimali.

Skont l-Artikolu 27 tad-Digriet dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA), l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ projbizzjoni totali tal-użu tal-proteini tal-annimali fl-għalf tal-annimali mrobbijin fl-azjendi.

6.

Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jridu jdaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-enċefalopatija sponġiformi bovina. Dan il-pjan jinkludi test rapidu għall-enċefalopatija sponġiformi bovina magħmul fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom iktar minn 24 xahar u li jkunu nqatlu b’urġenza, li jkunu mietu fir-razzett jew li jkunu nstabu li kienu morda waqt spezzjoni li saritilhom qabel mewthom, u fuq l-annimali kollha li jkollhom iktar minn 30 xahar li jinqatlu għall-konsum mill-bniedem.

It-testijiet rapidi tal-enċefalopatija sponġiformi bovina li l-Isvizzera tuża huma mniżżlin fil-Kapitolu C tal-Anness X tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001.

Skont l-Artikolu 176 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera twettaq b’mod obbligatorju test rapidu għall-enċefalopatija sponġiformi bovina fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom iktar minn 48 xahar li jkunu mietu jew li jkunu nqatlu għal għanijiet oħra minbarra t-tbiċċir jew li jkunu ttieħdu morda jew feruti fil-biċċeriji.

7.

Taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-Kapitolu A tal-Anness III tal-istess Regolament, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom idaħħlu fis-seħħ programm annwali ta’ sorveljanza tal-iscrapie.

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 177 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ programm ta’ sorveljanza tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fost in-nagħaġ u l-mogħoż ta’ iktar minn 12-il xahar. L-annimali li nqatlu b’urġenza, li mietu fir-razzett jew li nstabu li kienu morda waqt spezzjoni li saritilhom qabel mewthom, kif ukoll l-annimali kollha li nqatlu għall-konsum mill-bniedem ġew eżaminati fil-perjodu ta’ bejn Ġunju tal-2004 u Lulju tal-2005. Fl-ebda kampjun ma nstabet l-enċefalopatija sponġiformi bovina u għalhekk l-annimali li dwarhom kien hemm suspett kliniku li kienu infettati bil-marda, dawk li nqatlu b’urġenza u dawk li mietu fir-razzett komplew jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni.

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jerġa’ jeżamina l-kwistjoni tar-rikonoxximent tas-similarità tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fost in-nagħaġ u l-mogħoż.

8.

It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 6, fil-Kapitolu B tal-Anness III u fl-Anness IV (fil-punt 3.III tiegħu) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

9.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

C.   TAGĦRIF ADDIZZJONALI

1.

Mill-1 ta’ Jannar 2003 ’l hawn u skont id-Digriet tal-10 ta’ Novembru 2004 dwar l-allokazzjoni tal-kontribuzzjonijiet biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (RS 916.407), l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ inċentiv finanzjarju favur l-irziezet fejn ikunu twieldu l-annimali bovini u l-biċċeriji fejn dawn l-annimali jkunu nqatlu, dejjem jekk dawn l-irziezet u l-biċċeriji jħarsu l-proċeduri tad-dikjarazzjoni tal-movimenti tal-annimali stipulati fil-liġijiet li huma fis-seħħ.

2.

L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jneħħu u jeqirdu l-materjal riskjuż speċifikat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 u f’konformità mal-punt 1 tal-Anness XI tal-istess Regolament.

Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi l-kranju, minbarra x-xedaq ta’ isfel, u inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, kif ukoll in-nerv qawwi tas-sinsla tal-annimali bovini li għandhom iktar minn 12-il xahar; il-kolonna vertebrali, minbarra l-vertebri tad-denb, l-apofiżi xewwieka u trasversali tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u lombari u tal-għalla tal-ossu sagru medjan u tal-ġwienaħ tal-ossu sagru, iżda inklużi l-gangliji tas-sinsla tad-dahar u n-nerv qawwi tas-sinsla tal-annimali bovini li għandhom iktar minn 24 xahar; it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali bovini ta’ kull età.

Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi min-nagħaġ u mill-mogħoż tinkludi l-kranju, inklużi l-enċefalu u l-għajnejn, it-tunsilli u n-nerv qawwi tas-sinsla tan-nagħaġ u tal-mogħoż li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li għandhom sinna permanenti ta’ quddiem li taqta’ li spuntat mill-ħanek, kif ukoll il-milsa u l-ileu tan-nagħaġ u tal-mogħoż ta’ kull età.

Skont l-Artikolu 179d tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi b’mod partikulari l-kolonna vertebrali tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali ta’ kull età.

Skont l-Artikolu 180c tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi min-nagħaġ u mill-mogħoż tinkludi b’mod partikulari l-moħħ mhux estratt mill-kranju, in-nerv qawwi tas-sinsla bid-dura mater u t-tunsilli tal-annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li spuntatilhom mill-ħanek sinna permanenti ta’ quddiem li taqta’, kif ukoll il-milsa u l-ileu tal-annimali ta’ kull età.

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***********) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (************) jistabbilixxu r-regoli tas-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-Artikolu 22 tad-Digriet dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali, l-Isvizzera taħraq il-prodotti sekondarji tal-annimali tal-kategorija 1, inklużi l-materjal riskjuż speċifikat u l-annimali li jmutu fir-rziezet.

IX.   Il-marda tal-ilsien blu

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 239a sa 239h tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda tal-ilsien blu);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda tal-ilsien blu huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fil-Kapitolu B tal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE.

2.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ intervent li ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.

3.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

X.   Iż-żoonożi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

2.

Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 291a sa 291e tiegħu (dispożizzjonijiet speċjali dwar iż-żoonożi);

3.

il-Liġi Federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS 817.0);

4.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02);

5.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1);

6.

il-Liġi Federali tat-18 ta’ Diċembru 1970 dwar il-ġlieda kontra l-mard tal-bniedem li jittieħed (il-Liġi dwar l-epidemiji; RS 818.101);

7.

Id-Digriet tat-13 ta’ Jannar 1999 dwar id-dikjarazzjoni tal-mard tal-bniedem li jittieħed (Digriet dwar id-dikjarazzjoni; RS 818.141.1).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea huma dawn li ġejjin:

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-analiżi u t-testijiet taż-żoonożi (is-Salmonella):

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM)

3720 BA Bilthoven

Netherlands

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll tal-bijotossini tal-baħar:

Agencia Española de Seguridad Alimentaria (AESA):

36200 Vigo

Spanja

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-kontroll tat-tniġġis batterjoloġiku u virali tal-molluski bivalvi:

The laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS) Weymouth

Dorset DT4 8UB

Ir-Renju Unit

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tal-ispeċi Listeria monocytogenes:

AFSSA – Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP)

94700 Maisons-Alfort

Franza

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterji tat-tip Staphylococcus li jittestjaw pożittivi għall-koagulażi, inkluż il-batterju tal-ispeċi Staphylococcus aureus:

AFSSA – Laboratoire d’études et de recherches sur la qualité des aliments et sur les procédés agroalimentaires (LERQAP)

94700 Maisons-Alfort

Franza

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tal-ispeċi Escherichia coli, inkluż l-E. coli li jipproduċi l-verotossina (VTEC):

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

00161 Ruma

L-Italja

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-batterju tat-tip Campylobacter:

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA)

751 89 Uppsala

L-Isvezja

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-parassiti (b’mod partikulari t-Trichinella, l-Echinococcus u l-Anisakis):

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

00161 Ruma

L-Italja

Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-reżistenza għall-antibijotiċi:

Danmarks Fødevareforskning (DFVF)

1790 Kopenħagen V

Id-Danimarka

2.

L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***************)

3.

Kull sena, l-Isvizzera għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni sal-aħħar ta’ Mejju dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, dwar l-aġenti żoonotiċi u dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi, inkluża d-dejta miġbura matul is-sena ta’ qabel skont l-Artikoli 4, 7 u 8 tad-Direttiva 2003/99/KE. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll it-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan ir-rapport lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel bil-ħsieb tal-pubblikazzjoni tar-rapport qasir dwar ix-xejriet u s-sorsi taż-żoonożi, dwar l-aġenti żoonotiċi u dwar ir-reżistenza għall-antibijotiċi fl-Unjoni Ewropea.

XI.   Mard ieħor

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikoli 1 sa 10 tagħha (l-għanijiet tal-kontroll u l-miżuri kontra l-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 2 tiegħu (il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna), l-Artikolu 49 tiegħu (il-manipulazzjoni tal-mikroorganiżmi patoloġiċi għall-annimali), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 77 sa 98 tiegħu (dispożizzjonijiet komuni dwar il-mard epiżotiku li jittieħed malajr ħafna) u l-Artikoli 104 sa 105 tiegħu (miżuri speċifiċi b’rabta mal-kontroll tal-marda vexxikulari tal-ħnieżer);

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Ġunju 2000 dwar l-organizzazzjoni tad-Dipartiment Federali tal-Intern (Org-DFI; RS 172.212.1), u b’mod partikulari l-Artikolu 12 tiegħu (il-laboratorju ta’ referenza).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.

Il-laboratorju konġunt ta’ referenza għall-marda vexxikulari tal-ħnieżer huwa dan li ġej: The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Ash Road, Pirbright, Surrey, GU24 0NF, ir-Renju Unit. L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn din il-ħatra. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju huma dawk stipulati fl-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE.

3.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, l-Isvizzera għandha pjan ta’ emerġenza. Dan il-pjan ta’ emerġenza huwa s-suġġett ta’ dispożizzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ natura teknika maħruġa mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, li ġġib in-numru 95/65.

4.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

XII.   NOTIFIKA TAL-MARD

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*****************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard tal-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tagħha (l-obbligu ta’ diliġenza u l-obbligu ta’ avviż) u l-Artikolu 57 tagħha (id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni li huma ta’ natura teknika u l-kollaborazzjoni internazzjonali);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 2 sa 5 tiegħu (il-mard fil-mira), l-Artikoli 59 sa 65 tiegħu u l-Artikolu 291 tiegħu (l-obbligu ta’ avviż u n-notifika) u l-Artikoli 292 sa 299 tiegħu (is-sorveljanza, l-implimentazzjoni u l-għajnuna amministrattiva).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema ta’ notifika tal-mard tal-annimali, kif stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE.”.

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE tal-1 ta’ Frar 2002 li tapprova Manwal Djanjostiku li jwaqqaf proċeduri djanjostiċi, metodi tal-kampjunar u kriterji għall-istima tat-testijiet fil-laboratorju għall-konferma tad-deni klassiku tal-majjali (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71).

(****)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*****)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/422/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 approvazzjoni ta’ manwal għad-dijanjosi ta’ African swine fever (ĠU L 143, 11.6.2003, p. 35).

(******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***********)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(************)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(*************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***************)  Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(****************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*****************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS II

L-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

"Appendiċi 2

Is-saħħa tal-annimali: il-kummerċ u t-tqegħid fis-suq

I.   L-annimali bovini u l-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 tiegħu (is-swieq u l-wirjiet), l-Artikoli 34 sa 37b tiegħu (in-negozju), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 116 sa 121 tiegħu (id-deni klassiku tal-ħnieżer u d-deni Afrikan tal-ħnieżer), l-Artikoli 135 sa 141 tiegħu (il-marda ta’ Aujeszky), l-Artikoli 150 sa 157 tiegħu (il-bruċellożi bovina), l-Artikoli 158 sa 165 tiegħu (it-tuberkulożi), l-Artikoli 166 sa 169 tiegħu (il-lewkożi enzootika bovina), l-Artikoli 170 sa 174 tiegħu (ir-rhinotracheitis bovina infettiva/il-vulvovaġinite tal-ponot infettiva), l-Artikoli 175 sa 181 tiegħu (l-enċefalopatiji sponġiformi), l-Artikoli 186 sa 189 tiegħu (l-infezzjonijiet ġenitali tal-annimali bovini), l-Artikoli 207 sa 211 tiegħu (il-bruċellożi tal-ħnieżer) u l-Artikolu 301 tiegħu (l-awtorizzazzjoni tal-azjendi li jrabbu l-annimali, taċ-ċentri ta’ inseminazzjoni u ta’ ħażna tas-semen, tal-azjendi għat-trasferiment tal-embrijuni, tas-swieq u ta’ stabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Skont l-Artikolu 301(1)(i) tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku, il-veterinarju tad-distrett awtonomu għandu jawtorizza lill-azjendi li jrabbu l-annimali, lis-swieq u lill-istabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn, kif inhuma ddefiniti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness u skont l-Artikoli 11, 12 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Isvizzera għandha tfassal lista taċ-ċentri tal-ġbir approvati tagħha, tat-trasportaturi u tan-negozjanti.

2.

It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 7 tal-Parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-bruċellożi bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti jridu jiġu mgħarrfa b’kull annimal bovin li dwaru jkun hemm suspett li jkun infettat bil-bruċellożi u dan l-annimal għandhom isirulu t-testijiet uffiċjali għall-bruċellożi, inkluż mill-inqas żewġ testijiet seroloġiċi li jkunu jinkludu l-fissazzjoni tal-komplement, kif ukoll analiżi mikrobijoloġika tal-kampjuni adattati miġburin fil-każ ta’ xi abort;

(b)

matul il-perjodu ta’ suspett ta’ infezzjoni, li għandu jibqa’ għaddej sa ma jkun hemm riżultati negattivi fit-testijiet imsemmijin fil-punt a), l-istatus tal-merħla tal-annimal bovin jew tal-annimali bovini li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bil-bruċellożi bħala merħla uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi għandu jiġi sospiż.

Għandu jintbagħat tagħrif iddettaljat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar il-merħliet li jkollhom riżultati pożittivi fit-testijiet għall-infezzjoni, flimkien ma’ rapport epidemjoloġiku. Jekk l-Isvizzera ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 7 tal-parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

4.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4 tal-Parti I tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mat-tuberkulożi bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li ddaħħal sistema ta’ identifikazzjoni li tippermetti li wieħed jidentifika minn liema merħla jkun ġej kull annimal bovin;

(b)

li kull annimal maqtul issirlu spezzjoni minn veterinarju uffiċjali wara l-qatla;

(c)

li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett ta’ tuberkulożi f’annimal ħaj, mejjet jew maqtul;

(d)

li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-investigazzjonijiet li hemm bżonn sabiex jikkonfermaw jew ineħħu dan is-suspett, inkluż li dawn iwettqu riċerka dwar il-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimal. Meta waqt li annimal tkun qed issirlu awtopsja jew meta dan ikun qed jinqatel, l-awtoritajiet kompetenti jindunaw li dan ikollu feriti li jkun hemm suspett li ġew ikkawżati mit-tuberkulożi, huma għandhom jibagħtu l-kampjuni b’dawn il-feriti għal eżami fil-laboratorju;

(e)

l-istatus tal-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimali bovini li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bit-tuberkulożi bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi għandu jiġi sospiż u din is-sospensjoni għandha tibqa’ għaddejja sa ma t-testijiet kliniċi jew fil-laboratorju jew it-testijiet tat-tuberkulina jeskludu l-preżenza tat-tuberkulożi bovina f’dik il-merħla;

(f)

meta t-testijiet tat-tuberkulina, it-testijiet kliniċi jew it-testijiet fil-laboratorju jikkonfermaw li l-annimal ikun infettat bit-tuberkulożi, għandu jiġi rtirat l-istatus tal-merħla ta’ oriġini jew ta’ tranżitu tal-annimal bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi;

(g)

l-istatus tal-merħla bħala merħla uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi għandu jingħata biss meta l-annimali kollha li dwarhom ikun hemm suspett li jkunu infettati bit-tuberkulożi jkunu tneħħew mill-merħla, meta l-postijiet u t-tagħmir ikunu ġew iddiżinfettati, u meta l-annimali kollha li jkun għad baqa’ fil-merħla li jkollhom iktar minn sitt ġimgħat ma jkunx kellhom reazzjoni negattiva għal mill-inqas żewġ tilqimiet uffiċjali tat-tuberkulina li jkunu ngħatawlhom ġol-ġilda skont l-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, li l-ewwel waħda minnhom tkun ingħatatilhom tal-inqas sitt xhur wara li l-annimal infettat ikun telaq mill-merħla u t-tieni waħda minnhom tkun ingħatatilhom mill-inqas sitt xhur wara l-ewwel waħda.

Għandu jintbagħat tagħrif iddettaljat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt dwar il-merħliet infettati, flimkien ma’ rapport epidemjoloġiku. Jekk l-Isvizzera ma tibqax tissodisfa xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-punt 4 tal-parti II tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

5.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu I tal-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE f’dak li għandu x’jaqsam mal-lewkożi enzootika bovina. Sabiex iżżomm l-istatus tal-bhejjem bovini tagħha bħala annimali uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bil-lewkożi enzootika bovina;

(b)

li kull annimal maqtul issirlu spezzjoni minn veterinarju uffiċjali wara l-qatla;

(c)

li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ joħroġ mit-test kliniku, waqt li tkun qed issir l-awtopsja jew waqt li jkun qed jiġi ċċekkjat il-laħam;

(d)

li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bil-lewkożi enzootika bovina jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enzootika bovina sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;

(e)

li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultati negattivi f’żewġ testijiet seroloġiċi li jsiru b’tal-inqas 90 jum bejniethom wara li l-annimali infettati u l-għoġġiela tagħhom, jekk dan ikun rilevanti, jkunu tneħħew mill-merħla.

Jekk ikun ġie kkonfermat li 0.2 % tal-merħliet ikunu infettati bil-lewkożi enzootika bovina, l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

6.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mir-rhinotracheitis bovina infettiva. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bir-rhinotracheitis bovina infettiva;

(b)

li twettaq test seroloġiku annwali tal-barrin imrobbijin fl-azjendi li jkollhom iktar minn 24 xahar;

(c)

li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ jkun hemm ta’ din il-marda u li jsiru testijiet uffiċjali għar-rhinotracheitis bovina infettiva b’rabta ma’ dawn is-suspetti, li jkunu jinkludu testijiet seroloġiċi jew viroloġiċi;

(d)

li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bir-rhinotracheitis bovina infettiva jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mir-rhinotracheitis bovina infettiva sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;

(e)

li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultat negattiv f’test seroloġiku li jsir tal-inqas 30 jum wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-merħla.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (**) tapplika mutatis mutandis minħabba li qed jiġi rrikonoxxut l-istatus tal-Isvizzera.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

7.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li tħares il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

li l-bhejjem Svizzeri jiġu ssorveljati permezz tat-teħid ta’ kampjuni. Id-daqs tal-kampjuni għandu jkun stabbilit b’mod li jkun jista’ jingħad, b’affidabbiltà ta’ 99 %, li inqas minn 0.2 % tal-merħliet huma infettati bil-marda ta’ Aujeszky;

(b)

li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħarrfa b’kull suspett li jista’ jkun hemm ta’ din il-marda u li jsiru testijiet uffiċjali għall-marda ta’ Aujeszky b’rabta ma’ dawn is-suspetti, li jkunu jinkludu testijiet seroloġiċi jew viroloġiċi;

(c)

li, f’każ li jkun hemm suspett ta’ infezzjoni bil-marda ta’ Aujeszky jew f’każ li jkun ikkonfermat li hemm din l-infezzjoni, jiġi sospiż l-istatus tal-merħla kkonċernata bħala merħla uffiċjalment ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky sa ma jintemm il-perjodu ta’ iżolament;

(d)

li ttemm il-perjodu ta’ iżolament jekk ikun hemm riżultati negattivi f’żewġ testijiet seroloġiċi li jsiru fuq l-annimali kollha mrobbijin għat-tnissil u fuq għadd rappreżentattiv ta’ annimali mrobbijin għat-tismin, b’tal-inqas 21 jum bejniethom, wara li l-annimali infettati jkunu tneħħew mill-merħla.

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (***) japplikaw mutatis mutandis minħabba li qed jiġi rrikonoxxut l-istatus tal-Isvizzera.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

8.

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina l-kwistjoni ta’ garanziji possibbli addizzjonali marbutin mal-gastro-enterite tal-ħnieżer li tittieħed u mas-sindromu riproduttiv u respiratorju tal-ħnieżer mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji dwar kif tkun qed tiżviluppa din il-kwistjoni.

9.

Fl-Isvizzera, l-Istitut tal-batterjoloġija veterinarja tal-Università ta’ Zurich huwa inkarigat jagħmel it-testijiet uffiċjali tat-tuberkulina skont it-tifsira tal-punt 4 tal-Anness B tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

10.

Fl-Isvizzera, iċ-Ċentru għaż-żoonożi, għall-mard tal-annimali li ġej mill-batterji u għar-reżistenza għall-antibijotiċi (iz-ZOBA) huwa inkarigat jagħmel it-testijiet uffiċjali tal-antiġeni (tal-bruċellożi) skont il-punt 4 tal-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE.

11.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali bovini u l-ħnieżer, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness F tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE. Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

għall-mudell numru 1, iċ-ċertifikazzjonijiet tat-Taqsima C għandhom jiġu adattati kif ġej:

fil-punt 4, li jittratta l-garanziji addizzjonali, għandu jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:

'marda: ir-rhinotracheitis bovina infettiva,

skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE, li tapplika mutatis mutandis;',

għall-mudell numru 2, iċ-ċertifikazzjonijiet tat-Taqsima C għandhom jiġu adattati kif ġej:

fil-punt 4, li jittratta l-garanziji addizzjonali, għandu jiżdied dan li ġej mal-inċiżi:

'marda: Aujeszky,

skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE, li tapplika mutatis mutandis;',

12.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali bovini, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa addizzjonali li jkunu jinkludu l-istqarrijiet tas-saħħa li ġejjin:

L-annimali bovini:

huma identifikati permezz ta’ sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermetti li jinstabu ommijiethom u l-merħla minn fejn ikunu ġew oriġinarjament, u li tippermetti li jiġi kkonfermat li ma jkunux twieldu minn ommijiet li jkun hemm suspett li jkunu infettati bl-enċefalopatija sponġiformi bovina jew li huma infettati b’din il-marda li jkunu twieldu fis-sentejn ta’ qabel id-dijanjożi;

mhumiex ġejjin minn merħliet li fihom qed jiġi investigat każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bl-enċefalopatija sponġiformi bovina;

twieldu wara l-1 ta’ Ġunju 2001.

II.   In-nagħaġ u l-mogħoż

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 27 sa 31 tiegħu (is-swieq u l-wirjiet), l-Artikoli 34 sa 37b tiegħu (in-negozju), l-Artikoli 73 u 74 tiegħu (it-tindif, id-diżinfettar u d-diżinfestazzjoni), l-Artikoli 142 sa 149 tiegħu (ir-rabja), l-Artikoli 158 sa 165 tiegħu (it-tuberkulożi), l-Artikoli 180 sa 180c tiegħu (l-iscrapie), l-Artikoli 190 sa 195 tiegħu (il-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż), l-Artikoli 196 sa 199 tiegħu (l-agalactia infettiva), l-Artikoli 217 sa 221 tiegħu (l-artrite/l-enċefalite tal-mogħoż), l-Artikoli 233 sa 236 tiegħu (il-bruċellożi tal-imtaten) u l-Artikolu 301 tiegħu (l-awtorizzazzjoni tal-azjendi li jrabbu l-annimali, taċ-ċentri ta’ inseminazzjoni u ta’ ħażna tas-semen, tal-azjendi għat-trasferiment tal-embrijuni, tas-swieq u ta’ stabbilimenti jew avvenimenti simili oħrajn);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

F’każ li jfaqqa’ każ ta’ bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż jew li jerġa’ joħroġ każ bħal dan, l-Isvizzera għandha tgħarraf lill-Kumitat Veterinarju Konġunt sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri meħtieġa skont kif tkun qed tiżviluppa s-sitwazzjoni.

2.

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Sabiex iżżomm dan l-istatus, l-Isvizzera tintrabat li timplimenta l-miżuri stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima II tal-Kapitolu I tal-Anness A tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE.

3.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta man-nagħaġ u mal-mogħoż, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE.

III.   Iż-żwiemel

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*****)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 112 sa 112f tiegħu (il-marda Afrikana taż-żwiemel), l-Artikoli 204 sa 206 tiegħu (id-durina, l-enċefalomjelite, l-anemija infettiva u l-glanders) u l-Artikoli 240 sa 244 tiegħu (il-metrite taż-żwiemel li tittieħed);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE, it-tagħrif għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

4.

Id-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera.

IV.   It-tajr u l-bajd għat-tifqis

A.   LEĠIŻLAZZJONI (******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikolu 25 tiegħu (it-trasport), l-Artikoli 122 sa 125 tiegħu (l-influwenza tat-tjur u l-marda ta’ Newcastle), l-Artikoli 255 sa 261 tiegħu (is-Salmonella spp.) u l-Artikoli 262 sa 265 tiegħu (il-laringotrakeite infettiva tat-tjur);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

B’applikazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera għandha pjan dwar il-miżuri li beħsiebha tieħu biex jiġu approvati l-istabbilimenti tagħha.

2.

Għall-finijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE, il-laboratorju nazzjonali ta’ referenza tal-Isvizzera huwa l-Istitut tal-batterjoloġija veterinarja tal-Università ta’ Berna.

3.

Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a)(i) tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

4.

Fil-każ ta’ bajd għat-tifqis mibgħut lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jħarsu r-regoli tal-immarkar stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 (*******).

5.

Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

6.

Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

7.

Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ residenza stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplika mutatis mutandis għall-Isvizzera.

8.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda ta’ Newcastle, u li għalhekk minn issa ’l quddiem għandha l-istatus ta’ pajjiż 'li ma jagħtix tilqim kontra l-marda ta’ Newcastle'. L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni b’kull bidla li jista’ jkun hemm fil-kundizzjonijiet li fuqhom ikun issejjes ir-rikonoxximent tal-istatus. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina din is-sitwazzjoni bil-għan li jirrevedi d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

9.

Ir-referenzi għall-isem tal-Istat Membru li hemm fl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE japplikaw mutatis mutandis għall-Isvizzera.

10.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mat-tajr u mal-bajd għat-tifqis, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudelli mogħtija fl-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.

11.

Fil-każ ta’ prodotti mibgħuta mill-Isvizzera lejn il-Finlandja jew lejn l-Isvezja, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jagħtu l-garanziji stipulati fil-liġijiet tal-Unjoni Ewropea b’rabta mas-Salmonella.

V   L-Annimali u l-prodotti tal-akkwakultura

A.   LEĠIŻLAZZJONI (********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 3 sa 5 tiegħu (il-mard epiżotiku fil-mira), l-Artikoli 21 sa 23 tiegħu (ir-reġistrazzjoni tal-farms tal-akkwakultura, il-verifiki tal-persunal u obbligi oħrajn u s-sorveljanza b’rabta mal-qasam tas-saħħa), l-Artikolu 61 tiegħu (l-obbligi ta’ min jingħata permess għas-sajd b’kera u tal-entitajiet li għandhom il-kompitu jissorveljaw is-sajd), l-Artikoli 62 sa 76 tiegħu (miżuri ġenerali ta’ kontroll) u l-Artikoli 277 sa 290 tiegħu (miżuri komuni u speċifiċi b’rabta mal-mard tal-ħut u l-laboratorju li jwettaq id-dijanjożi);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, qed jiġi rrikonoxxut li l-Isvizzera hija uffiċjalment ħielsa mill-anemija infettiva tas-salamun u mill-infezzjonijiet ikkawżati mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae.

2.

L-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44 u 50 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali akkwatiċi ornamentali u tal-annimali tal-akkwakultura maħsubin għat-trobbija fil-farms tal-ħut, inkluż fiż-żoni fejn jinżammu l-molluski, għal meded ta’ ilma għas-sajd ripopolati artifiċjalment, għal faċilitajiet ornamentali miftuħa u għar-ripopolament, kif ukoll dawk li jirregolaw it-tqegħid fis-suq tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tagħhom maħsubin għall-konsum mill-bniedem, huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 (*********).

4.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 58 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

VI.   L-Embrijuni tal-annimali bovini

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 56 sa 58a tiegħu (it-trasferiment tal-embrijuni);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

2.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-embrijuni tal-annimali bovini, dawn l-embrijuni jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness C tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE.

VII.   Is-semen tal-annimali bovini

A.   LEĠIŻLAZZJONI (***********)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, qed jiġi nnutat li fl-Isvizzera, iċ-ċentri kollha għandhom biss annimali li ġabu riżultati negattivi fit-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew fit-test ELISA.

2.

It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

3.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

4.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen tal-annimali bovini, dan is-semen irid ikollu miegħu ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE.

VIII.   Is-semen tal-ħnieżer

A.   LEĠIŻLAZZJONI (************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

It-tagħrif stipulat fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

2.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

3.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen tal-ħnieżer, dan is-semen irid ikollu miegħu ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE.

IX.   Speċijiet oħrajn

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54);

2.

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003

(ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 51 sa 55a tiegħu (l-inseminazzjoni artifiċjali) u l-Artikoli 56 sa 58a tiegħu (it-trasferiment tal-embrijuni);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali u prodotti ta' annimali (OITE; RS 916.443.10).

3.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, dan il-punt ikopri l-kummerċ f’annimali ħajjin li ma jaqax taħt il-partijiet I sa V ta' din l-Appendiċi u l-kummerċ f’semen, bajd u embrijuni li ma jaqax taħt il-partijiet VI sa VIII ta' din l-Appendiċi.

2.

L-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jintrabtu li ma jillimitawx u li ma jipprojbixxux il-kummerċ f’annimali ħajjin u f’semen, f’bajd u f’embrijuni msemmi fil-punt 1 għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali minbarra dawk li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni ta’ dan l-Anness, u b’mod partikulari mill-miżuri ta’ salvagwardja li jistgħu jkunu ttieħdu skont l-Artikolu 20 tiegħu.

3.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-annimali ungulati ta’ speċijiet oħra, minbarra dawn imsemmijin fil-partijiet I, II u III ta' din l-Appendiċi, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-ewwel parti tal-parti I tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, flimkien mad-dikjarazzjoni mogħtija fil-punt 1(e) tal-Artikolu 6(A) tad-Direttiva 92/65/KEE.

4.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-lagomorfi, dawn l-annimali jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fl-ewwel parti tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE, flimkien, fejn meħtieġ, mad-dikjarazzjoni mogħtija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE.

L-awtoritajiet Svizzeri jistgħu jadattaw din id-dikjarazzjoni sabiex jinkludu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE.

5.

It-tagħrif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 92/65/KEE għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

6.

Il-kunsinni tal-klieb u l-qtates mibgħuta mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera għandhom jaqgħu taħt ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 92/65/KEE.

Is-sistema ta’ identifikazzjoni hija dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru 576/2013. Għandu jintuża l-passaport stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (**************).

Il-validità tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja, u tat-tilqim mill-ġdid, skont il-każ, hija ddefinita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

7.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen, mal-bajd u mal-embrijuni tan-nagħaġ u tal-mogħoż, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE (***************).

8.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mas-semen taż-żwiemel, dan is-semen irid ikollu miegħu ċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE.

9.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-bajd u mal-embrijuni taż-żwiemel, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE.

10.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-bajd u mal-embrijuni tal-ħnieżer, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE.

11.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta mal-kolonji tan-naħal (id-duqqajs jew l-irġejjen flimkien man-naħal ħaddiem), dawn il-kolonji jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fil-Parti II tal-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

12.

Meta jsir negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera b’rabta ma’ annimali, semen, embrijuni u bajd li jkunu ġejjin minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati skont l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE, dawn il-prodotti jrid ikollhom magħhom ċertifikati tas-saħħa li jkunu konformi mal-mudell mogħti fil-Parti III tal-Anness E ta’ dik l-istess Direttiva.

13.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 92/65/KEE, it-tagħrif stipulat fit-tieni paragrafu ta’ dak l-Artikolu għandu jintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt.

X.   Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****************)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

Id-Digriet tat-28 ta' Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Is-sistema ta’ mmarkar hija dik stipulata fir-Regolament (UE) Nru 576/2013.

2.

Il-validità tat-tilqim kontra l-marda tar-rabja, u tat-tilqim mill-ġdid, skont il-każ, hija ddefinita fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013.

3.

Għandu jintuża l-mudell tal-passaport stipulat fil-Parti 3 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013. Il-Parti 4 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tiddefinixxi r-rekwiżiti addizzjonali marbutin mal-passaport.

4.

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera. Il-kontrolli tad-dokumenti u l-kontrolli tal-identità li jridu jsiru b’rabta mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera għandhom isiru skont ir-regoli mogħtija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013."

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249 23.7.2004, p. 20).

(***)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f’kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta’ Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 059, 4.3.2008, p. 19).

(****)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*****)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*******)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5).

(********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*********)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41).

(**********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***********)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**************)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r- rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).

(***************)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l- embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 15).

(****************)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS III

L-Appendiċi 3 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 3

L-importazzjoni ta’ annimali ħajjin li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi u tas-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom

A.   L-UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI (*)

A.   L-annimali ungulati minbarra ż-żwiemel

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta’ April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).

B.   Iż-żwiemel

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1).

C.   It-tajr u l-bajd għat-tifqis

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74).

D.   L-annimali tal-akkwakultura

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

E.   L-embrijuni tal-annimali bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijoni ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat (ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1).

F.   Is-semen tal-annimali bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ deep frozen semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10).

G.   Is-semen tal-ħnieżer

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta’ semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-majjali (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62).

H.   Annimali ħajjin oħrajn

1.

Id-Direttiva 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54);

2.

Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).

I.   Dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

B.   L-ISVIZZERA — LEĠIŻLAZZJONI (**)

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

3.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (DITE). RS916.443.10).

4.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12).

5.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13).

6.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

7.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).

8.

Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).

9.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).

C.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti fil-liġijiet imsemmijin fil-parti I ta’ din l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu se jkun japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-istituzzjonijiet tal-Isvizzera aċċettati bħala ċentri approvati skont l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji.”.

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS IV

L-Appendiċi 4 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 4

Iż-żooteknika, inklużi l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta’ razza pura għat-tnissil (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1);

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi tal-majjal (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36);

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-iskopijiet ta’ tgħammir ta’ bhejjem tal-ifrat tar-refgħa ta’ razza pura (ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54);

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1988 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta’ semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10);

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989 li tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza għat-tagħmir (ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30);

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/118/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 fuq l-aċċettazzjoni ta’ nisel pur tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 34).

7.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/119/KEE tal-5 ta’ Marzu 1990 dwar it-tnissil minn razza differenti tal-majjali tal-ifrat (ĠU L 71, 17.3.1990, p. 36).

8.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55);

9.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/428/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kummerċ fl-equidae maħsuba għall-kompetizzjonijiet u li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 60);

10.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta’ Marzu 1991 li tistabbilixxi l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing tal-annimali ta’ razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE (ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37);

11.

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta’ razza pura tal-ispeċi bovina (ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66).

Id-Digriet tal-31 ta’ Ottubru 2012 dwar it-trobbija tal-annimali (DT; RS 916.310).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Għall-finijiet ta’ din l-Appendiċi, l-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali li jsir negozju dwarhom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bil-kundizzjonijiet stabbiliti għan-negozju bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet marbutin mal-kontrolli żootekniċi msemmijin fl-Appendiċijiet 5 u 6, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jiżguraw li l-Isvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet għall-importazzjonijiet tagħha bħal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE.

F’każ li tinqala’ xi diffikultà, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex dan jiddiskutiha, fuq talba ta’ xi waħda mill-partijiet.”.

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS V

L-Appendiċi 5 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 5

Annimali ħajjin, semen, bajd u embrijuni: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali - is-sistema TRACES

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40);

2.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401);

3.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

4.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12);

5.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

6.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

7.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema kompjuterizzata TRACES, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE.

Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jistabbilixxi miżuri tranżitorji u kumplimentari.

KAPITOLU II

Kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

Il-kontrolli veterinarji u żootekniċi li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34).”.

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

4.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14).

5.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq u lill-Kummissjoni bin-natura tal-kontrolli li jkunu għamlu, bid-deċiżjonijiet li jkunu ħadu u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE u fl-Artikoli 9 u 22 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

C.   REGOLI SPEĊJALI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-ANNIMALI MIBGĦUTA BIEX JIRGĦU F’ŻONI FIL-FRUNTIERA

1.   Definizzjonijiet

Ir-ragħi: meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn l-Isvizzera sabiex jirgħu mal-fruntiera f’żona ta’ 10 km fuq kull naħa tal-fruntiera. Jekk ikun hemm kundizzjonijiet speċjali ġġustifikati kif xieraq, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jawtorizzaw żona ikbar fuq naħa jew oħra tal-fruntiera bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea.

Ir-ragħi ta’ kuljum: ragħi li matulu, fi tmiem il-jum, l-annimali jerġgħu lura fl-azjenda ta’ oriġini tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fl-Isvizzera.

2.   Għar-ragħi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, għandhom japplikaw mutatis mutandis id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (***) Madankollu, fil-kuntest ta’ dan l-Anness, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE japplika bl-adattamenti li ġejjin:

ir-referenza għall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju u l-15 ta’ Ottubru għandha tinbidel b’referenza għas-“sena kalendarja”;

għall-Isvizzera, il-partijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE u msemmijin fl-Anness korrispondenti huma:

L-ISVIZZERA

Id-distrett awtonomu ta’ Zurich

Id-distrett awtonomu ta’ Berna

Id-distrett awtonomu ta’ Lucerne

Id-distrett awtonomu ta’ Uri

Id-distrett awtonomu ta’ Schwyz

Id-distrett awtonomu ta’ Obwald

Id-distrett awtonomu ta’ Nidwald

Id-distrett awtonomu ta’ GlarUs

Id-distrett awtonomu ta’ Zoug

Id-distrett awtonomu ta’ Freiburg

Id-distrett awtonomu ta’ Soleure

Id-distrett awtonomu ta’ Bâle-Ville

Id-distrett awtonomu ta’ Bâle-Campagne

Id-distrett awtonomu ta’ Schaffhouse

Id-distrett awtonomu ta’ Appenzell Rhodes-Extérieures

Id-distrett awtonomu ta’ Appenzell Rhodes-Intérieures

Id-distrett awtonomu ta’ St. Gall

Id-distrett awtonomu ta’ Grisons

Id-distrett awtonomu ta’ Argovie

Id-distrett awtonomu ta’ Thurgovie

Id-distrett awtonomu ta’ Tessin

Id-distrett awtonomu ta’ Vaud

Id-distrett awtonomu ta’ Valais

Id-distrett awtonomu ta’ Neuchâtel

Id-distrett awtonomu ta’ Ġinevra

Id-distrett awtonomu ta’ Jura.

B’applikazzjoni tad-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari tal-Artikolu 7 tiegħu (ir-reġistrazzjoni), u tad-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-bażi tad-dejta dwar il-moviment tal-annimali (Digriet dwar il-BDMA; RS 916.404.1), u b’mod partikulari tat-Taqsima 2 tiegħu (il-kontenut tal-bażi tad-dejta), l-Isvizzera tagħti lil kull mergħa kodiċi speċifiku tar-reġistrazzjoni li jrid jiġi rreġistrat fil-bażi tad-dejta nazzjonali dwar l-annimali bovini.

3.   Fil-każ tar-ragħi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu qed jintbagħtu l-annimali għandu jagħmel dan li ġej:

(a)

huwa għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (lill-unità veterinarja lokali) bil-fatt li jkunu qed jintbagħtu l-annimali dakinhar li joħroġ iċ-ċertifikat u l-aktar tard fi żmien 24 siegħa qabel ma l-annimali jkunu previsti jaslu, permezz tas-sistema kompjuterizzata li torbot lill-awtoritajiet veterinarji ma’ xulxin stipulata fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE;

(b)

huwa għandu jeżamina lill-annimali fit-48 siegħa ta’ qabel ma dawn jintbagħtu jirgħu; dawn l-annimali jridu jkunu identifikati kif xieraq;

(c)

joħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fil-punt 9.

4.   L-annimali jridu jibqgħu taħt kontroll doganali tul il-perjodu kollu tar-ragħi.

5.   L-indokratur tal-annimali għandu:

(a)

jaċċetta li jikkonforma, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub, mal-miżuri kollha meħudin biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u ma’ kull miżura oħra li tista’ tiġi implimentata fil-livell lokali bl-istess mod bħal kull indokratur tal-annimali ieħor li jkun ġej minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew mill-Isvizzera;

(b)

iħallas l-ispejjeż tal-kontrolli li jsiru huwa u jiġi applikat dan l-Anness;

(c)

jikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet uffiċjali tal-pajjiż minn fejn ikunu qed jintbagħtu l-annimali jew tal-pajjiż ta’ destinazzjoni sabiex isiru l-kontrolli doganali jew veterinarji meħtieġa minnhom.

6.   Meta l-annimali jirritornaw lura fi tmiem l-istaġun tar-ragħi jew jirritornaw lura qabel il-waqt, il-veterinarju uffiċjali tal-pajjiż fejn tkun tinsab il-mergħa għandu jagħmel dan li ġej:

(a)

huwa għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni (lill-unità veterinarja lokali) bil-fatt li jkunu qed jintbagħtu l-annimali dakinhar li joħroġ iċ-ċertifikat u l-aktar tard fi żmien 24 siegħa qabel ma l-annimali jkunu previsti jaslu, permezz tas-sistema kompjuterizzata li torbot lill-awtoritajiet veterinarji ma’ xulxin stipulata fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE;

(b)

huwa għandu jeżamina lill-annimali fit-48 siegħa ta’ qabel ma dawn jintbagħtu jirgħu; dawn l-annimali jridu jkunu identifikati kif xieraq;

(c)

joħroġ ċertifikat skont il-mudell mogħti fil-punt 9.

7.   F’każ li tfaqqa’ xi marda, l-awtoritajiet veterinarji kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri x-xierqa bi qbil bejniethom. Huma għandhom jeżaminaw il-kwistjoni ta’ kwalunkwe spiża li jista’ jkun hemm b’rabta ma’ dan. Jekk ikun hemm bżonn, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kumitat Veterinarju Konġunt biex dan jiddiskutiha.

8.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet stipulati għar-ragħi fil-punti 1 sa 7, fil-każ tar-ragħi ta’ kuljum bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera:

(a)

l-annimali m’għandhomx jidħlu f’kuntatt mal-annimali ta’ azjenda oħra;

(b)

l-indokratur tal-annimali għandu jintrabat li jgħarraf lill-awtorità veterinarja kompetenti b’kull kuntatt li jista’ jkun hemm bejn l-annimali tiegħu u l-annimali ta’ azjenda oħra;

(c)

iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fil-punt 9 jrid jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti kull sena kalendarja meta l-annimali jiddaħħlu għall-ewwel darba fi Stat Membru jew fl-Isvizzera. Wieħed irid ikun jista’ jippreżenta dan iċ-ċertifikat tas-saħħa lill-awtoritajiet veterinarji kompetenti jekk dawn jitolbuh;

(d)

il-punti 2 u 3 għandhom japplikaw biss għall-ewwel darba f’sena kalendarja meta l-annimali jintbagħtu lejn Stat Membru jew lejn l-Isvizzera;

(e)

il-punt 6 m’għandux japplika;

(f)

l-indokratur tal-annimali għandu jintrabat li jgħarraf lill-awtorità veterinarja kompetenti li jkun intemm il-perjodu tar-ragħi.

9.   Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini fil-każ tar-ragħi tagħhom mal-fruntieri jew tar-ragħi ta’ kuljum tagħhom u fil-każ tar-ritorn tagħhom mir-ragħi mal-fruntieri:

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bovini fil-każ tar-ragħi tagħhom mal-fruntieri jew tar-ragħi ta’ kuljum tagħhom u fil-każ tar-ritorn tagħhom mir-ragħi mal-fruntieri

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

KAPITOLU III

Kundizzjonijiet għall-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera

A.   LEĠIŻLAZZJONI

Iċ-ċertifikati tas-saħħa fil-każ tal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera fl-annimali ħajjin u fis-semen, il-bajd u l-embrijuni tagħhom u fil-każ tar-ragħi tal-annimali bovini mal-fruntieri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu dawk stipulati f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (1).

KAPITOLU IV

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (****)

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta’ Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (ĠU L 49, 19.2.2004, p. 11);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56);

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

6.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE tat-12 ta’ Novembru 1997 li tistabbilixxi ċerti regoli ddettaljati sabiex tiġi applikata d-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE rigward il-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin li jridu jiġu importati mill-pajjiżi terzi (ĠU L 323, 26.11.1997, p. 31);

7.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9)

1.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITA; RS 916.443.12);

3.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

5.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14);

6.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472);

7.

Id-Digriet tat-18 ta’ Awwissu 2004 dwar il-prodotti mediċinali veterinarji (OMédV; RS 812.212.27).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea approvati għall-kontrolli veterinarji tal-annimali ħajjin huma mogħtija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE (1).

2.

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Isem

Kodiċi tas-sistema TRACES

Tip

Ċentru ta’ spezzjoni

Tip ta’ approvazzjoni

L-ajruport ta’ Zurich

CHZRH4

A

Iċ-ċentru numru 3

O - Annimali oħrajn (inklużi dawk taż-żus) (*****)

L-ajruport ta’ Ġinevra

CHGVA4

A

Iċ-ċentru numru 2

O - Annimali oħrajn (inklużi dawk taż-żus) (*****)

Il-bidliet li jsiru wara fil-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ approvazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, f’konformità, b’mod partikulari, mal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE u mal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

3.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni msemmijin fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

4.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea msemmijin fil-punt 1 ta' din it-Taqsima għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A ta' dan il-Kapitolu.

5.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera msemmijin fil-punt 2 għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima A ta' dan il-Kapitolu.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-BHEJJEM

A.   LEĠIŻLAZZJONI (******)

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet tal-atti li ġejjin:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2008, p. 31);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

1.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401), u b’mod partikulari l-Artikoli 7 sa 15f tiegħu (ir-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni);

2.

Id-Digriet tas-26 ta’ Ottubru 2011 dwar il-bażi tad-dejta dwar il-moviment tal-annimali (RS 916.404.1).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

a.

L-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

b.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku, kif ukoll abbażi tal-Artikolu 1 tad-Digriet tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar il-koordinazzjoni tal-kontrolli fl-azjendi agrikoli (DKKAA, RS 910.15).

2.   IL-ĦARSIEN TAL-ANNIMALI

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*******)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

2.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/97 tal-25 ta’ Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta’ waqfien u li jemenda l-pjan ta’ rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/KEE (ĠU L 174, 2.7.1997, p. 1).

1.

Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), u b’mod partikulari l-Artikoli 15 u 15a tagħha (il-prinċipji u t-trasport internazzjonali tal-annimali);

2.

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1), u b’mod partikulari l-Artikoli 169 sa 176 tiegħu (it-trasport internazzjonali tal-annimali).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

(a)

L-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jħarsu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 fil-każ tal-kummerċ bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea u fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(b)

Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq.

(c)

L-implimentazzjoni tal-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

(d)

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u tal-Artikolu 208 tad-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1).

e)

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15a (3) tal-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455), it-tranżitu tal-annimali bovini, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ħnieżer, taż-żwiemel għall-qatla u tat-tjur għall-qatla minn ġol-Isvizzera huwa permess biss bil-ferrovija u bl-ajru. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jeżamina din il-kwistjoni.

3.   ĦLASIJIET

1.

Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li jsiru fuq prodotti li jkun qed isir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera.

2.

L-awtoritajiet tal-Isvizzera jintrabtu li jżommu l-ħlas marbut mal-kontrolli uffiċjali stipulat fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE tal-20 ta’ Awwissu tal-2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqiegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (ĠU L 235, 4.9.2001, p. 23).

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ mudell armonizzat ta’ ċertifikat u rapport tal-ispezzjoni marbuta mal-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44).

(****)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(1)  

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).

(*****)  B’referenza għall-kategoriji tal-approvazzjoni ddefiniti fid-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS VI

L-Appendiċi 6 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 6

Il-prodotti tal-annimali

KAPITOLU I

Oqsma li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenza

“Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem”

Id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet tal-kummerċ

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Is-saħħa tal-annimali

1.

Laħam frisk, fost l-oħrajn l-ikkapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam, il-grass mhux ipproċessat u l-grass tal-annimali mmaċinat

L-annimali ungulati domestiċi

L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (*)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva (1)

2.

Laħam tal-annimali tal-kaċċa mrobbijin fl-azjendi, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam

Mammiferi terrestri mrobbijin fl-azjendi minbarra dawk imsemmijin hawn fuq

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (**)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

Għasafar li ma jtirux imrobbijin fl-azjendi

Lagomorfi

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Iva

3.

Laħam tal-annimali tal-kaċċa slavaġ, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam

L-annimali ungulati slavaġ

Lagomorfi

Mammiferi terrestri oħrajn

Annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

4.

Laħam frisk tat-tajr, preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-laħam, grass u grass tal-annimali mmaċinat

Tajr

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

5.

L-istonkijiet, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren

L-annimali bovini

In-nagħaġ u l-mogħoż

Il-ħnieżer

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva (1)

6.

Għadam u prodotti magħmulin mill-għadam

L-annimali ungulati domestiċi

L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi

Mammiferi terrestri oħrajn slavaġ jew imrobbijin fl-azjendi

Tajr, għasafar li ma jtirux u annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva (1)

7.

Proteina tal-annimali pproċessata, demm u prodotti tad-demm

L-annimali ungulati domestiċi

L-annimali bi dwiefer sodi domestiċi

Mammiferi terrestri oħrajn slavaġ jew imrobbijin fl-azjendi

Tajr, għasafar li ma jtirux u annimali tal-kaċċa slavaġ bir-rix

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva (1)

8.

Ġelatina u kollaġen

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

10.

Bajd u prodotti tal-bajd

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

11.

Prodotti tas-sajd, molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

12.

Għasel

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

13.

Bebbux u saqajn taż-żrinġijiet

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40)

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

Iva

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet tal-kummerċ

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

Is-saħħa pubblika

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1);

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi li japplikaw għall-oġġetti tal-ikel (traduzzjoni mhix uffiċjali) (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

Il-Liġi Federali tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (LDAL; RS 817.0);

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1);

Id-Digriet tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar it-taħriġ bażiku, it-taħriġ li jwassal għal kwalifiki u t-taħriġ kontinwu tal-persuni li jaħdmu fis-Servizz veterinarju pubbliku (RS 916.402);

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-produzzjoni primarja (DPPr; RS 916.020);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190).

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (RS 817.025.21);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Ekonomija, it-Taħriġ u r-Riċerka dwar l-iġjene fil-produzzjoni primarja (DIġjPPr; RS 916.020.1);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108).

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għal ċerti prodotti taħt ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali taħt ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 tal-5 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).

Il-ħarsien tal-annimali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

Il-Liġi Federali tas-16 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħarsien tal-annimali (LPA; RS 455);

Id-Digriet tat-23 ta’ April 2008 dwar il-ħarsien tal-annimali (DĦAn; RS 455.1);

Id-Digriet tat-12 ta’ Awwissu 2010 tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji dwar il-ħarsien tal-annimali waqt il-qatla (OPAnAb; RS 455.110.2);

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190).

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

Kundizzjonijiet speċjali

(1)

Il-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti tal-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, anki f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-annimali fil-mument tal-qatla. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES.

(2)

L-Isvizzera għandha tfassal lista tal-istabbilimenti approvati tagħha skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 (ir-reġistrazzjoni u l-approvazzjoni tal-istabbilimenti).

(3)

Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Isvizzera għandha tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk li japplikaw fil-livell Komunitarju.

(4)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera ma jistgħux jużaw id-deroga mill-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella hekk kif stipulat fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005. F’każ li tintuża din id-deroga, l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub bil-lista tar-reġjuni fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi ġie rrikonoxxut b’mod uffiċjali li huwa baxx ħafna. L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom perjodu ta’ tliet xhur minn meta tasal din in-notifika biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarha bil-miktub lill-Kummissjoni. F’każ li la l-Kummissjoni u lanqas Stat Membru ma joġġezzjona għaliha, ir-reġjun jiġi rrikonoxxut bħala reġjun fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella huwa baxx ħafna u l-ħnieżer domestiċi li jkunu ġejjin minn dan ir-reġjun jiġu eżentati mill-obbligu li ssirilhom l-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella waqt li jkunu qed jinqatlu. B’hekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

(5)

Fl-Isvizzera jintużaw il-metodi ta’ detezzjoni deskritti fil-Kapitoli I u II tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 għall-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella. Il-metodu tal-analiżi trikinoskopika hekk kif deskritt fil-Kapitolu III tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 ma jintużax.

(6)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jidderogaw mill-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u fil-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin ħat-tismin u għall-qatla fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2016.

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1) u tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(8) tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (RS 817.022.108), dawn il-karkassi u dan il-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti pproċessati tal-laħam li jsiru minnhom għandhom ikunu mmarkati b’marka speċjali tas-saħħa skont il-mudell speċifikat fl-aħħar subparagrafu tal-Anness 9 tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali. Dawn il-prodotti ma jistax isir kummerċ fihom mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tad-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali.

(7)

Il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi maħsubin għat-tismin u għall-qatla li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera li jkunu ġejjin:

minn azjendi li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu li huma ħielsa mit-Trichinella;

minn reġjuni fejn ir-riskju tal-preżenza tat-Trichinella fil-ħnieżer domestiċi ġie rrikonoxxut b’mod uffiċjali li huwa baxx ħafna;

li ma tkunx saritilhom l-analiżi maħsuba biex tiġi nnutata l-preżenza tat-Trichinella b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005, għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(8)

B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 tad-Digriet dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1), f’każijiet partikulari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jippermettu li jkun hemm xi eċċezzjonijiet għall-Artikoli 8, 10 u 14 ta’ dan id-Digriet:

(a)

sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-istabbilimenti li jkunu jinsabu f’reġjuni muntanjużi skont il-Liġi Federali tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar il-politika reġjonali (RS 901.0) u d-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2007 dwar il-politika reġjonali (RS 901.021).

L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub b’dawn l-adattamenti. Din in-notifika għandha:

tiddeskrivi fid-dettall id-dispożizzjonijiet li l-awtoritajiet Svizzeri jqisu li hemm bżonn li jiġu adattati u tagħti n-natura tal-adattament fil-mira;

tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati;

tispjega r-raġunijiet għall-adattament (fost l-oħrajn, fejn ikun xieraq, billi tagħti deskrizzjoni fil-qosor tal-analiżi tar-riskji li tkun saret u billi tiddeskrivi kull miżura li trid tittieħed sabiex ikun żgurat li l-adattament ma jagħmilx ħsara lill-għanijiet tad-Digriet dwar l-iġjene (DIġj; RS 817.024.1); u

tagħti kull tagħrif ieħor li jista’ jkun rilevanti.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu jkollhom perjodu ta’ tliet xhur minn meta tasal in-notifika biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwarha bil-miktub. Jekk ikun hemm bżonn, għandu jitlaqqa’ l-Kumitat Veterinarju Konġunt biex jiddiskuti din il-kwistjoni.

(b)

sabiex jiġu mmanifatturati oġġetti tal-ikel b’karatteristiċi tradizzjonali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jintrabtu li jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub b’dawn l-adattamenti sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn meta jingħataw dawn id-derogi individwali jew ġenerali. Kull notifika għandha:

tiddeskrivi fil-qosor id-dispożizzjonijiet li ġew adattati;

tiddeskrivi l-oġġetti tal-ikel u l-istabbilimenti kkonċernati; u

tagħti kull tagħrif ieħor li jista’ jkun rilevanti.

(9)

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Isvizzera bid-derogi u l-adattamenti li jiġu applikati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 853/2004, l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 854/2003 u l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005.

(10)

Skont l-Artikolu 179d tad-Digriet dwar il-mard epiżotiku u l-Artikolu 4 tad-Digriet dwar l-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, l-Isvizzera daħħlet fis-seħħ politika ta’ tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat mill-katina alimentari tal-annimali u minn dik tal-bnedmin. Il-lista tal-materjal riskjuż speċifikat imneħħi mill-annimali bovini tinkludi b’mod partikulari l-kolonna vertebrali tal-annimali li għandhom iktar minn 30 xahar, it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-annimali ta’ kull età.

(11)

Il-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għar-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji u tal-kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali huma dawn li ġejjin:

(a)

Għar-residwi mniżżlin fil-punti (1), (2), (3) u (4) tal-Grupp A tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (1) u fil-punti (2)(d) u (3)(d) tal-Grupp B tal-istess Anness:

RIKILT - Institute of Food Safety, li jifforma parti minn Wageningen UR P.O.

P.O. Box 230

6700 AE Wageningen

Netherlands

(b)

Għar-residwi mniżżlin fil-punti (1) u (3)(e) tal-Grupp B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE, kif ukoll għall-karbadoss u l-olakwindoss:

Laboratoire d'étude et de recherches sur les médicaments vétérinaires et les désinfectants

ANSES - Laboratoire de Fougères

35306 Fougères cedex

France

(c)

Għar-residwi mniżżlin fil-punt (5) tal-Grupp A tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE u fil-punti (2)(a), (b) u (e) tal-Grupp B tal-istess Anness:

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit

Diedersdorfer Weg 1

12277 Berlin

Germany

(d)

Għar-residwi mniżżlin fil-punt (3)(c) tal-Grupp B tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE:

Istituto Superiore di Sanità (ISS)

Viale Regina Elena, 299

00161 Ruma

Italy

L-Isvizzera se tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet li jsiru mil-laboratorju li jirriżultaw minn dawn il-ħatriet. Il-funzjonijiet u l-kompiti tal-laboratorji għandhom jiġu stipulati fit-Titolu III u l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(12)

Sakemm jiġi rrikonoxxut l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma’ dik Svizzera, l-Isvizzera tintrabat li tħares l-atti msemmijin hawn taħt u t-testi ta’ implimentazzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea:

1.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

2.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

4.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

5.

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

6.

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24).

7.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40);

8.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).

9.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

10.

Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);

11.

Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);

12.

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

13.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

14.

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3).

15.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

“Il-prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsubin għall-konsum mill-bniedem”

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Kundizzjonijiet tal-kummerċ

Ekwivalenza

L-Unjoni Ewropea (***)

L-Isvizzera (***)

Iva, b’kundizzjonijiet speċjali

1.

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1);

3.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

1.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar il-qtil tal-annimali u l-kontroll tal-laħam (OabCV; RS RS 817.190);

2.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar l-iġjene waqt il-qtil tal-annimali (OHyAb; RS 817.190.1);

3.

Id-Digriet tas-27 ta’ Ġunju 1995 dwar il-mard epiżotiku (OFE; RS 916.401)

4.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

5.

Id-Digriet tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar it-tneħħija tal-prodotti sekondarji tal-annimali (OESPA; RS 916.441.22).

Kundizzjonijiet speċjali

Fil-każ tal-importazzjonijiet tagħha, l-Isvizzera tapplika l-istess dispożizzjonijiet bħal dawk mogħtija fl-Artikoli 25 sa 28 u 30 sa 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 u fl-Annessi XIV u XV tiegħu (iċ-ċertifikati), skont l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-kummerċ fil-materjali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 jaqa’ taħt l-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

Il-materjali tal-Kategorija 3 li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera jrid ikollhom magħhom id-dokumenti kummerċjali u ċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011, skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament u skont l-Artikoli 21 u 48 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.

L-Isvizzera għandha tfassal il-lista tal-istabbilimenti korrispondenti tagħha skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u skont il-Kapitolu IV u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011.

KAPITOLU II

Oqsma oħrajn minbarra dawk li jaqgħu taħt il-Kapitolu I

Esportazzjonijiet mill-Unjoni Ewropea lejn l-Isvizzera u esportazzjonijiet mill-Isvizzera lejn l-Unjoni Ewropea

Dawn l-esportazzjonijiet għandhom isiru bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati għall-kummerċ intra-Komunitarju. B’hekk, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat biex jakkumpanja l-lottijiet li juri li tħarsu dawn il-kundizzjonijiet.

Jekk ikun hemm bżonn, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddiskuti l-mudelli għal dawn iċ-ċertifikati.”

(*)  Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id- distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

(**)  Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw ilkummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f'regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49).

(1)  Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jerġa’ jeżamina l-kwistjoni tar-rikonoxximent tas-similarità tal-liġijiet fil-qasam tas-sorveljanza tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu fost in-nagħaġ u l-mogħoż.

(1)  

+

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

(***)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS VII

L-Appendiċi 7 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 7

Awtoritajiet kompetenti

IL-PARTI A

L-Isvizzera

Il-kompetenzi fil-qasam tal-kontrolli tas-saħħa u tal-kontrolli veterinarji jinqasmu bejn is-servizzi tad-distretti awtonomi individwali u dawk tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji. Japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni Ewropea, id-distretti awtonomi huma responsabbli għall-kontroll tal-ħarsien tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-produzzjoni, b’mod partikulari tal-ispezzjonijiet imniżżlin fil-liġi u tal-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonfermaw li tħarsu l-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti;

l-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali, għall-verifiki tas-sistemi ta’ spezzjoni u għall-miżuri leġiżlattivi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-istandards u r-rekwiżiti jiġu applikati bl-istess mod fis-suq Svizzeru. Dan l-Uffiċċju huwa responsabbli wkoll għall-importazzjonijiet tal-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali u ta’ prodotti oħrajn tal-annimali li ġejjin minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar nett, dan l-Uffiċċju joħroġ ukoll l-awtorizzazzjonijiet għall-esportazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali tal-Kategorija 1 u tal-Kategorija 2 lejn l-Unjoni Ewropea.

IL-PARTI B

L-Unjoni Ewropea

Il-kompetenzi jinqasmu bejn is-servizzi nazzjonali tal-Istati Membri individwali tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea. Japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

f’dak li għandu x’jaqsam mal-esportazzjonijiet lejn l-Isvizzera, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma responsabbli għall-kontroll tal-ħarsien tal-kundizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-produzzjoni, b’mod partikulari tal-ispezzjonijiet imniżżlin fil-liġi u tal-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa li jikkonfermaw li tħarsu l-istandards u r-rekwiżiti stabbiliti;

il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali, għall-verifiki tas-sistemi ta’ spezzjoni u għall-miżuri leġiżlattivi meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-istandards u r-rekwiżiti jiġu applikati bl-istess mod fis-Suq Uniku Ewropew.”.

ANNESS VIII

L-Appendiċi 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Appendiċi 10

Il-prodotti tal-annimali: kontrolli fil-fruntieri u ħlasijiet tal-ispezzjonijiet

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

A.   LEĠIŻLAZZJONI (*)

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63);

2.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

5.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472);

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema kompjuterizzata TRACES, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE.

2.

F’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji, il-Kummissjoni qed iddaħħal lill-Isvizzera fis-sistema ta’ allarm malajr stipulata fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet marbutin maċ-ċaħda tad-dħul tal-prodotti tal-annimali mal-fruntiera.

F’każ li xi awtorità kompetenti tirrifjuta lott, kontejner jew kunsinna f’post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea mal-Isvizzera, il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Isvizzera b’dan.

L-Isvizzera għandha tgħarraf lill-Kummissjoni minnufih kull meta xi awtorità kompetenti ta’ post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tagħha tirrifjuta lott, kontejner jew kunsinna ta’ oġġetti tal-ikel jew ta’ għalf għall-annimali minħabba riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem, u għandha tħares ir-regoli tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002.

Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jistabbilixxi l-miżuri speċifiċi marbutin ma’ din il-parteċipazzjoni.

KAPITOLU II

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera

A.   LEĠIŻLAZZJONI (**)

Il-kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet t’hawn taħt:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34);

2.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13);

3.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13)

4.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

5.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14);

6.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

Fil-każijiet stipulati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni għandhom jikkuntattjaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq. Huma għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq u lill-Kummissjoni bin-natura tal-kontrolli li jkunu għamlu, bid-deċiżjonijiet li jkunu ħadu u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 10, 11 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE u fl-Artikoli 9 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

KAPITOLU III

Kontrolli veterinarji li japplikaw fil-każ tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

A.   LEĠIŻLAZZJONI (***)

Il-kontrolli marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet t’hawn taħt:

L-Unjoni Ewropea

L-Isvizzera

1.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f’postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11);

2.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77, 24.3.2009, p. 1);

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206);

4.

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1);

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34);

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

7.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

8.

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9);

9.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KE tat-12 ta’ Awwissu 2002 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE rigward il-ħidma ta’ metodi analitiċi u l-interpretazzjoni tar-riżultati (ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8).

10.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11);

11.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61).

12.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ annimali u prodotti li huma soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri skont id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).

1.

Il-Liġi tal-1 ta’ Lulju 1966 dwar il-mard epiżotiku (LFE; RS 916.40), u b’mod partikulari l-Artikolu 57 tagħha;

2.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

3.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13);

4.

Id-Digriet tas-16 ta’ Mejju 2007 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar il-kontroll tal-importazzjoni u t-tranżitu tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (Digriet dwar il-kontrolli, OITE; RS 916.443.106);

5.

Id-Digriet tat-28 ta’ Novembru 2014 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali domestiċi (OITE-AC; RS 916.443.14);

6.

Id-Digriet tat-30 ta’ Ottubru 1985 dwar it-tariffi mitluba mill-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji (Digriet dwar it-tariffi tal-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji; RS 916.472);

7.

il-Liġi tad-9 ta’ Ottubru 1992 dwar l-oġġetti tal-ikel (LDAL; RS 817.0);

8.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel u l-oġġetti li jintużaw kuljum (ODAIOUs; RS 817.02);

9.

Id-Digriet tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel (RS 817.025.21);

10.

Id-Digriet tas-26 ta’ Ġunju 1995 tad-Dipartiment Federali tal-Intern dwar is-sustanzi barranin u l-ingredjenti fl-oġġetti tal-ikel (OSEC; RS 817.021.23).

B.   ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI

1.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/78/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera approvati biex jagħmlu l-kontrolli veterinarji fuq il-prodotti tal-annimali li huma mogħtija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

2.

Għall-għanijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE, il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Isem

Kodiċi tas-sistema TRACES

Tip

Ċentru ta’ spezzjoni

Tip ta’ approvazzjoni

L-ajruport ta’ Zurich

CHZRH4

A

Iċ-ċentru numru 1

NHC (****)

Iċ-ċentru numru 2

HC(2) (****)

L-ajruport ta’ Ġinevra

CHGVA4

A

Iċ-ċentru numru 2

HC(2), NHC (****)

Il-bidliet li jsiru wara fil-lista tal-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera, taċ-ċentri ta’ spezzjoni tagħhom u tat-tip ta’ approvazzjoni tagħhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt.

It-twettiq tal-verifiki fuq il-post jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt, b’mod partikulari abbażi tal-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u tal-Artikolu 57 tal-Liġi dwar il-mard epiżotiku.

KAPITOLU IV

Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera

Fil-każ tal-oqsma li jgawdu minn rikonoxximent reċiproku, il-prodotti tal-annimali li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom jiċċirkolaw bl-istess kundizzjonijiet bħall-prodotti li jsir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Jekk ikun hemm bżonn, dawn il-prodotti għandhom ikollhom magħhom iċ-ċertifikati tas-saħħa stipulati fil-każ tal-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jew iddefiniti f’dan l-Anness, li jinsabu fis-sistema TRACES.

Fil-każ tal-oqsma l-oħra, għandhom jibqgħu japplikaw il-kundizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Appendiċi 6.

KAPITOLU V

Kundizzjonijiet tas-saħħa u kundizzjonijiet tal-kontroll marbutin mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

I.   L-UNJONI EWROPEA — LEĠIŻLAZZJONI (*****)

A.   Regoli fil-qasam tas-saħħa pubblika

1.

Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3);

2.

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34).

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta’ limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

4.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).

5.

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tippreskrivi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta’ sustanzi ta’ taħlil għall-użu fl-ikel (ĠU L 226, 22.9.1995, p. 1).

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta’ beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3).

7.

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10).

8.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

9.

Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b’radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16).

10.

Id-Direttiva 1999/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ ikel u ta’ ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 24).

11.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

12.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/840/KE tat-23 ta’ Ottubru 2002 li tadotta l-lista ta’ faċilitajiet approvati f’pajjiżi terzi għat-tneħħija ta’ radjazzjoni minn fuq l-ikel (ĠU L 287, 25.10.2002, p. 40).

13.

Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1).

14.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1).

15.

Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tirrevoka ċerti direttivi rigward iġjene tal-ikel u kondizzjonijiet ta’ saħħa għall-produzzjoni u sabiex ikunu mqiegħda fis-suq ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali intiżi għall-konsum mill-bniedem u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/662/KEE u 92/118/KEE u Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 95/408/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

16.

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).

17.

Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).

18.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/34/KE tal-11 ta’ Jannar 2005 li tistabbilixxi standards armonizzati għall-ittestjar ta’ ċerti residwi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 16, 20.1.2005, p. 61).

19.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 401/2006 tat-23 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ mikotossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 12).

20.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

21.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 252/2012 tal-21 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli ta’ diossini, PCB simili għad-diossini u PCB mhux simili għad-diossini f’ċerti oġġetti tal-ikel u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1883/2006 (ĠU L 84, 23.3.2012, p. 1).

22.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u idrokarburi poliċikliċi aromatiċi fl-oġġetti ta' l-ikel (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 29).

B.   Regoli fil-qasam tas-saħħa tal-annimali

1.

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tipprovdi għal rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti mhux soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, fejn jidħlu l-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 62, 15.3.1993, p. 49).

2.

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

3.

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

4.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

5.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11).

6.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006,p. 14).

C.   Miżuri speċifiċi oħrajn (******)

1.

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ u l-unjoni doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino - Dikjarazzjoni konġunta tal-Partijiet Kontraenti - Dikjarazzjoni tal-Komunità (ĠU L 359, 9.12.1992, p. 14).

2.

Id-Deċiżjoni 94/1/KE, KEFA tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea bejn il-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri tagħhom u r-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat ta’ Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tal-Isvezja u l-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU L 1, 3.1.1994, p. 1).

3.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4).

4.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/345/KE tas-17 ta’ Frar 1997 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll supplimentari li jittratta dwar materji veterinarji għall-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta’ Andorra (ĠU L 148, 6.6.1997, p. 15).

5.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).

6.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/504/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim fuq il-Kummerċ u l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Kummerċ bejn il-Komunitajiet Ewropej, fuq naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 24).

7.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE tal-14 ta’ Diċembru 1998 dwar il-Ftehim milħuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward ta’ kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti magħmulin mill-annimali (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1).

8.

Id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/778/KE tal-15 ta’ Novembru 1999 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll fuq affarijiet veterinarji li jissuplimentaw il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Reġjonali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 25)

9.

Il-Protokoll 1999/1130/KE dwar kwistjonijiet veterinarji li jissupplimenta l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, mill-parti ’l waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Residenti tal-Gżejjer Faroe, mill-partti ’l oħra (ĠU L 305, 30.11.1999, p. 26).

10.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/979/KE tat-18 ta’ Novembru 2002 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ċertu dispożizzjonijiet ta’ ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, min-naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra (ĠU L 352, 30.12.2002, p. 1).

2.   L-Isvizzera – Liġijiet (*******)

A.

Id-Digriet tat-18 ta’ April 2007 dwar l-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (OITE; RS 916.443.10);

B.

Id-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13).

3.   Arranġamenti ta’ Implimentazzjoni

A.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji għandu japplika l-kundizzjonijiet tal-importazzjoni stabbiliti fl-atti msemmijin fil-Kapitolu I ta’ din l-Appendiċi, il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-listi tal-istabbilimenti li minnhom jistgħu jsiru l-importazzjonijiet, fl-istess ħin li jagħmlu dan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Dan l-obbligu se jkun japplika għall-atti rilevanti kollha, irrispettivament mid-data tal-adozzjoni tagħhom.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji jista’ jadotta miżuri iktar stretti u jitlob garanziji addizzjonali. Il-Kumitat Veterinarju Konġunt se jwettaq konsultazzjonijiet sabiex isib soluzzjonijiet adattati għal din il-kwistjoni.

L-Uffiċċju Federali tas-sigurtà tal-ikel u tal-affarijiet veterinarji u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom jgħarrfu lil xulxin bil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-importazzjoni li jkunu ġew stabbiliti b’mod bilaterali u li ma jkunux ġew armonizzati fil-livell tal-Unjoni.

B.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Istati Membri msemmijin fil-punt 1 tal-Parti B tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tal-parti A tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi.

C.

Il-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-Isvizzera msemmijin fil-punt 2 tal-Parti B tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi għandhom jagħmlu l-kontrolli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li jkunu maħsubin biex jintbagħtu lejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont il-parti A tal-Kapitolu III ta’ din l-Appendiċi.

D.

Skont id-dispożizzjonijiet tad-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 2008 dwar l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti tal-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi permezz tat-trasport bl-ajru (OITPA; RS 916.443.13), il-Konfederazzjoni Svizzera żżomm il-possibbiltà li timporta laħam taċ-ċanga li jkun ġej minn baqar li jistgħu jkunu ġew ittrattati bil-promoturi tat-tkabbir. Dan il-laħam ma jistax jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Konfederazzjoni Svizzera:

se tillimita l-użu ta’ dan il-laħam għall-bejgħ dirett lill-konsumaturi minn stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut biss, dejjem jekk dan il-laħam ikun ittikkettat kif xieraq;

se tillimita d-dħul tiegħu fl-Isvizzera għall-postijiet ta’ spezzjoni fil-fruntiera Svizzeri biss; u

se żżomm sistema ta’ traċċabbiltà u ta’ mezzi ta’ informazzjoni adegwati sabiex jiġi evitat li dan il-laħam ikun jista’ jiddaħħal wara fit-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

darba fis-sena se tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar l-oriġini tal-importazzjonijiet u d-destinazzjoni tagħhom, kif ukoll rendikont tal-kontrolli li jkunu saru sabiex ikun żgurat li tħarsu l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq;

f’każ ta’ xi tħassib, il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jeżamina dawn id-dispożizzjonijiet.

KAPITOLU VI

Ħlasijiet

1.

Ma jsir l-ebda ħlas għall-kontrolli veterinarji li japplikaw għall-prodotti li jkun qed isir kummerċ fihom bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera.

2.

Għall-kontrolli veterinarji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tal-Isvizzera jintrabtu li jiġbru l-ħlasijiet relatati mal-kontrolli uffiċjali stipulati fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).”

(*)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(**)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(***)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat l-aħħar.

(****)  B’referenza għall-kategoriji tal-approvazzjoni ddefiniti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE.

(*****)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

(*******)  Sakemm ma jingħadx mod ieħor, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att hekk kif ikun ġie emendat qabel il-31 ta’ Diċembru 2014.

ANNESS IX

L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandha tinbidel bit-test li ġej:

“Appendiċi 11

Punti ta’ kuntatt

I.

Għall-Unjoni Ewropea:

The Director

Veterinary and International Affairs

Directorate-General for Health and Food Safety

European Commission

B-1049 Brussels, Belgium

II.

Għall-Isvizzera:

The Director

Federal Food Safety and Veterinary Office

CH-3003 Berne, Switzerland”.

Top