EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011BP0128

Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07704/2011 – C7-0072/2011 – 2011/2022(BUD))

ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 172–173 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 296/172


L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 - Taqsima III – Il-Kummissjoni

P7_TA(2011)0128

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' April 2011 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill rigward l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima III – Il-Kummissjoni (07704/2011 – C7-0072/2011 – 2011/2022(BUD))

2012/C 296 E/27

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, adottat b'mod definittiv fil-15 ta' Diċembru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-14 ta’ Jannar 2011 (COM(2011)0009),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 1/2011, li l-Kunsill stabilixxa fil-15 ta' Marzu, 2011 (07704/2011 – C7-0072/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0115/2011),

A.

billi l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 għall-baġit ġenerali tal-2010 għandu l-għan li jimmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 182,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u ħlasijiet sabiex jitnaqqas l-effett tal-għarar kkawżat minn xita qawwija fil-Polonja, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Kroazja u r-Rumanija,

B.

billi l-iskop tal-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 huwa li dan l-aġġustament baġitarju jiddaħħal b'mod formali fil-baġit tal-2011,

C.

billi d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet annessa mal-Baġit għas-sena Finanzjarja 2011 ipprevediet it-tressiq ta’ baġit ta' emenda “jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2011 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa”,

D.

billi l-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi “riżerva negattiva” kif previst fl-Artikolu 44 tar-Regolament Finanzjarju,

E.

billi din id-deċiżjoni tal-Kunsill hija sempliċement pragmatika, ma tipprovdix soluzzjoni soda sostenibbli u finanzjarja għal bżonnijiet potenzjali mhux previsti fil-ġejjieni, u għalhekk għandha titiqies bħala għażla ta’ darba,

F.

billi l-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tressaq “kemm jista’ jkun malajr” proposta għat-fassil ta’ riżerva negattiva,

G.

billi l-Abbozz ta’ baġit eta' emenda li jmiss dwar l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli għas-sena finanzjarja 2010 se jipprovdi opportunità xierqa u f'waqtha għat-tfassil ta' riżerva negattiva,

1.

Jieħu nota tal-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011;

2.

Huwa tal-fehma li l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għandu jiġi mobilizzat kemm jista' jkun malajr wara diżastru naturali, u li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja, l-evalwazzjoni u l-abbozzar tal-proposti, kif ukoll l-adozzjoni ta’ atti baġitarji u leġiżlattivi rilevanti għandhom jiġu indirizzati b’mod effikaċi u mgħaġġel;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni, bla ħsara għad-dritt ta’ inizjattiva tagħha, li tirrikorri għall-Abbozz ta’ baġit ta' emenda dwar l-ibbaġittjar tas-surplus għas-sena finanzjarja 2010, kif previst fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju, għat-tfassil ta' riżerva negattiva;

4.

Japprova, mingħajr emenda, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 1/2011 u jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit Ta' emenda Nru 1/2011 ġie adottat b'mod definittiv u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 68, 15.3.2011.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Top