EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000L0076

Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart

ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91–111 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/01/2014; Imħassar b' 32010L0075

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/76/oj

32000L0076

Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart

Official Journal L 332 , 28/12/2000 P. 0091 - 0111
CS.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
ET.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
HU.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
LT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
LV.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
MT.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
PL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
SK.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374
SL.ES Chapter 15 Volume 05 P. 353 - 374


Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ta' l-4 ta' Diċembru 2000

dwar l-inċinerazzjoni ta' skart

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4], u fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-11 ta' Ottubru 2000,

Billi:

(1) Il-Ħames Programm ta' Azzjoni fuq L-Ambjent: Lejn is-sostenibbiltà - Programm ta' politika u azzjoni tal-Komunità Ewropea li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, li huwa supplimentat bid-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE dwar ir-reviżjoni tiegħu [5], iwaqqaf bħala għan li m'għandhomx jiġu maqbuża t-togħbija u l-livelli kritiċi ta' ċerti sustanzi li jniġġsu bħal ossidi tan-nitroġenu (NOx), id-diossidu tal-kubrit (SO2), il-metalli tqal u d-diossini, fil-waqt f'termini tal-kwalità ta' l-arja l-għan huwa li l-bnedmin kollha għandhom jiġu protteti b'mod effettiv kontra r-riskji tas-saħħa mit-tniġġis ta' l-arja. Barra minn hekk, il-Programm, jistabbilixxi bħala għan it-tnaqqis tad-90 % ta' l-emissjonijiet tad-diossini minn sorsi identifikati sal-2005 (livell ta' l-1985) u t-tnaqqis ta' mill-inqas 70 % minn kull mogħdija ta' l-emissjonijiet fl-1995 ta' kadmju (Cd), merkurju (Hg) u ċomb (Pb).

(2) Il-Protokoll dwar sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu ffirmat mill-Komunità fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UN- ECE) dwar it-tniġġis ta' l-arja li jwassal fit-tul u li jaqbeż it-transkonfini jistabbilixxi l-valuri tal-limiti, li jorbtu legalment, għall-emissjonijet ta' diossini u furans ta' 0,1 ng/m; TE (Ekwivalenti ta' Tossiċità) għall-istallazzjonijiet li jaħarqu iżjed minn 3 tunnellati fis-siegħa ta' skart solidu muniċipali, 0,5 ng/m; TE għall-istallazzjonijiet li jaħarqu iżjed minn tunnellata fis-siegħa ta' skart mediku, u 0,2 ng/m; TE għall-istallazzjonijet li jaħarqu iżjed minn tunnellata fis-siegħa ta' skart perikoluż

(3) Il-Protokoll dwar Metalli Tqal iffirmat mill-Komunità fil-qafas tal-Konvenzjoni tal-UN-ECE dwar it-tniġġis ta' l-arja li jwassal fit-tul u li jaqbeż it-transkonfini jistabbilixxi l-valuri tal-limitu, li jorbtu legalment, għall-emissjoni ta' partiċelli ta' 10 mg/m3 għall-ħruq ta' l-iskart perikoluż u mediku u għall-emissjoni tal-merkurju ta' 0,05 mg/m3 għall-ħruq perikoluż u ta' 0,08 mg/m3 għall-ħruq ta' l-iskart muniċipali.

(4) L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka fuq il-Kanċer u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jindikaw li xi idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs) huma karsinoġeniċi. Għaldaqstant, L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' l-PAHs fost kontaminati oħra.

(5) Bi qbil mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif inhuma mniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat, hemm bżonn li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Komunità. Il-prinċipju tal-prekawzjoni jipprovdi l-bażi għal iktar miżuri. Id-Direttiva tillimita ruħha għall-ħtiġiet minimi għall-impjanti ta' inċinerazzjoni u impjanti ta' ko-inċinerazzjoni.

(6) Barra minn hekk, l-Artikolu 174 jipprovdi li l-politika tal-Komunità dwar l-Ambjent għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(7) Għalhekk, livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jeħtieġ l-istabbiliment u ż-żamma ta' kondizzjonijiet severi fl-operat, ta' ħtiġiet tekniċi u ta' valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' l-impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni. Il-valuri tal-limiti stabbiliti għandhom jipprevjienu jew jillimitaw sa fejn prattiku l-effetti negattivi fuq l-ambjent u r-riskji li jirriżultaw għas-saħħa tal-bniedem.

(8) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni għall-Istrateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart tagħti ewwel prijorità lill-prevenzjoni ta' l-iskart, segwit mill-użu ieħor u mill-irkupru u fl-aħħar ir-rimi mingħajr perikolu ta' l-iskart; fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 1997 dwar Strateġija tal-Komunità għall-immaniġġjar ta' l-iskart [6], il-Kunsill reġa' tenna l-konvinzjoni tiegħu li l-prevenzjoni ta' l-iskart għandu jkun l-ewwel prijorità ta' kull politika ta' l-iskart razzjonali f'relazzjoni għat-tnaqqis tal-produzzjoni ta' l-iskart u l-proprjetajiet perikolużi ta' l-iskart.

(9) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-24 ta' Frar 1997 il-Kunsill issottolinea wkoll l-importanza tal-kriterji tal-Komunità li għandhom x'jaqsmu ma' l-użu ta' l-iskart, il-ħtieġa ta' livelli xierqa ta' emissjoni li għandhom japplikaw għall-faċilitajiet ta' inċinerazzjoni, il-ħtieġa ta' miżuri ta' sorveljar maħsubin għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni, u l-ħtieġa li l-Kummissjoni tikkunsidra li temenda l-leġislazzjoni tal-Komunità li għandha x'taqsam mal-ħruq ta' l-iskart bl-irkupru ta' l-enerġija biex jiġi evitat iċ-ċaqliq ta' l-iskart fuq skala kbira għall-ħruq jew għall-ko-inċinerazzjoni fil-Komunità.

(10) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli severi li japplikaw għall-impjanti kollha li jinċineraw jew li jikko-jinċineraw l-iskart sabiex jevitaw movimenti bejn it-transkonfini għal impjanti li jaħdmu fuq spejjeż iżjed baxxi minħabba livelli ambjentali inqas stretti.

(11) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni/Enerġija għall-futur: sorsi ta' enerġija li jistgħu jiġġeddu/White paper għal strateġija u pjan ta' l-azzjoni fil-Komunità jitqies partkolarment fiha l-użu tal-bijomassa għal skopijiet ta' l-Enerġija.

(12) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE [7] tistabbilixxi trattament integrat lejn il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis ta' l-ambjent li fih l-aspetti kollha fil-funzjonijiet ambjentali fl-istallazzjonijiet huma kkunsidrati b'mod integrat. Stallazzjonijiet għal inċinerazzjoni muniċipali b'kapaċità li taqbeż it-3 tunnellati fis-siegħa u stallazzjonijiet għar-rimi jew għall-irkupru ta' l-iskart perikoluż b'kapaċità li taqbeż l-10 tunnellati kull jum huma inklużi fl-iskop tad-Direttiva msemmija.

(13) Konformità mal-valuri tal-limitu għall-emissjoni preskritti f'din id-Direttiva għandhom jitqiesu bħala meħtieġa imma mhumiex kondizzjonijiet biżżejjed għall-konformità mal-ħtiġiet tad-Direttiva 96/61/KE. Din il-konformità tista' tinvolvi valuri tal-limitu iżjed severi għall-emissjonijiet ta' kontaminanti previsti f'din id-Direttiva, valuri tal-limitu għall-emissjonijiet ta' sustanzi oħra u mezzi oħra, u kondizzjonijiet xierqa oħra.

(14) L-esperjenza industrijali fl-implimentazzjoni ta' metodi ta' teknika għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' tniġġis minn impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġiet miksuba fuq perjodu ta' għaxar snin.

(15) Id-Direttivi tal-Kunsill 89/369/KEE [8] u 89/429/KEE [9] dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis ta' l-arja mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali kkontribwew għat-tnaqqis u kontroll ta' emissjonijiet atmosferiċi mill-impjanti ta' inċinerazzjoni. Regoli aktar iebsin għandhom issa jiġu adottati u dawk id-Direttivi għandhom jiġu mħassra skond dan.

(16) Id-distinzzjoni bejn skart perikoluż u li mhux perikoluż huwa bbażat prinċipalment fuq il-proprjetajiet ta' l-iskart qabel jiġi inċinerat jew ko-inċinerat imma mhux fuq emissjonijiet differenti. L-istess valuri tal-limitu ta' emissjoni għandhom japplikaw għall-inċinerazzjoni jew ko-inċenerazzjoni ta' skart perikoluż jew li mhux perikoluż imma miżuri tekniċi u kondizzjonijiet ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni differenti u miżuri ta' monitoraġġ differenti minn meta jiġi milqugħ l-iskart għandu jinżamm.

(17) L-Istati Membri għandhom iqisu d-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta' April 1999 relatata mal-limiti ta' valuri għad-diossidu tal-kubrit, diossidu tan-nitroġenu u ossidi tan-nitroġenu, materjal ta' partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [10] meta tiġi implimentata din id-Direttiva.

(18) L-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż bil-kontenut ta' aktar min 1 % ta' sustanza organika aloġinat, espressa bħala kloru, għandha tħares ċerti kondizzjonijiet imħaddma biex b'hekk tkun tista' teqred kemm jista' jkun tniġġis organiku bħad-diossini.

(19) L-inċinerazzjoni ta' l-iskart li jkun fih residwu ta' gass iġġenerat mill-kloru. Dawn ir-residwi għandhom jiġu mmaniġġjati f'manjiera li ċċekken l-ammont u ħsara tagħhom.

(20) Jista' jkun hemm bażi li tipprovdi għall-eżentazzjonijiet speċifiċi għal valur ta' limitu ta' emissjoni għal ċerti kontaminazzjonijiet matul żmien limitat speċifiku u suġġetta għall-kondizzjonijiet speċifiċi.

(21) Kriterja għal ċertu frazzjoni ta' skart li mhux perikoluż kombustibbli ssortjat li mhux addattat għar-reċiklaġġ, għandu jkun żviluppat biex b'hekk jippermetti għal riduzzjoni tal-frekwenza tal-miżuri perjodiċi.

(22) Test wieħed dwar l-inċinerazzjoni ta' skart għandu jtejjeb iċ-ċarezza u l-infurzar legali. Għandu jkun hemm direttiva waħda għall-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż u li mhux perikoluż fejn tiġi meqjusa s-sustanza u l-istruttura tad-Direttiva tal-Kunsill 94/67/KE tas-16 ta' Diċembru 1994 dwar l-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż [11]. Għalhekk Direttiva 94/67/KE għandha tiġi mħassra wkoll.

(23) L-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 dwar l-iskart [12] teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-iskart huwa rkuprat jew mormi mingħajr perikolu għas-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma jniġġes l-ambjent. Għal dan il-għan, l-Artikolu 9 u 10 ta' dik id-Direttiva jipprovdu li kull impjant jew impriża li jitratta l-iskart għandu jieħu permess mill-awtoritajiet kompetenti relatati, inter alia, għall-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu.

(24) Il-ħtiġiet biex tiġi rkuprata s-sħana ġenerata minħabba l-proċess ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni u biex jitnaqqas u jiġi reċiklat l-iskart li jirriżulta mill-operazzjoni ta' impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jgħinu sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 3 dwar l-iskart gradat tad-Direttiva 75/442/KEE.

(25) Impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni li jitrattaw biss skart ta' annimali regolat bid-Direttiva 90/667/KEE [13] huma eżentati mill-iskop ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni qed taħseb li tipproponi reviżjoni tal-ħtiġiet tad-Direttiva 90/667 bil-għan li tipprovdi livelli ambjentali għolja għall-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' skart ta' l-annimali.

(26) Il-permess għall-impjant ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandu jiġi mħares mal-bżonnijiet li jinsabu f'dawn id-Direttivi 91/271/KEE [14], 96/61/KE, 96/62/KE [15], 76/464/KEE [16], u 1999/31/KE [17].

(27) Il-ko-inċinerazzjoni ta' skart f'impjanti li m'humiex primarjament maħsubin biex jinċineraw skart m'għandhomx jitħallew li jikkawżaw emissjonijiet ta' sustanzi ta' tniġġis fil-parti ta' ħruġ ta' volum ta' gass li jirrizulta minn din il-ko-inċinerazzjoni akbar minn dawk ta' impjanti proprji li huma permessi għall-inċinerazzjoni u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal-limitazzjonijiet addatti.

(28) Metodi tekniċi f'livell għoli huma neċċessarji biex ikunu mħarsa l-emissjonijiet biex jiżguraw il-konformità' mal-limiti ta' valur ta' l-emissjonijiet tat-tniġġis.

(29) L-introduzzjoni ta' valuri ta' limitu ta' emissjoni għar-rimi ta' skart ta' l-ilma mit-tindif tal-ħruġ tal-gassijiet mill-impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni tillimita li jiġi trasferit tniġġis mill-arja għal ġo l-ilma.

(30) Disposizzjonijiet għandhom jiġu stipulati għal każijiet fejn il-valuri ta' limitu ta' emissjonijiet jiġu maqbuża kif ukoll għal waqfiet, disturbi jew fallimenti tat-tagħmir li jippurifika jew it-tagħmir tal-kejl tekniċi li ma setgħux jiġu evitati.

(31) Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza tal-proċess tal-permessi fit-taqsimiet tal-Komunità l-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fid-deċiżjonijiet li jkunu ser jittieħdu wara li jkunu ngħataw applikazzjonijiet għall-permessi ġodda u għall-aġġornamenti tagħhom li jsiru wara. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għar-rapporti dwar il-funzjoni u l-kontroll ta' l-impjanti li jaħarqu aktar minn tliet tunnellati fis-siegħa biex b'hekk ikun jista' jkun infurmat bl-effetti potenzjali tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

(32) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kemm lill-Parlament Ewropew kemm lill-Kunsill ibbażat fuq l-esperjenza li għaddew minnha biex tiġi applikata din id-Direttiva, it-tagħrif ġdid xjentifiku li jkun sar magħruf, l-iżvilupp ta' l-istat tat-teknoloġija, il-progress tekniku milħuq fil-kontroll ta' emissjoni, u fuq l-esperjenza li tkun saret fl-immaniġġjar ta' l-iskart u l-operat ta' l-impjanti u l-iżvilupp tal-ħtiġiet ta' l-ambjent, sabiex ikun jista' jiġi propost, kif mistħoqq, li jiġu adottati id-disposizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva.

(33) Il-miżuri meħtieġa għal implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 fejn ġew mniżżla il-proċeduri għal eżerċizzju tal-poter ta' implimentazzjoni mgħoti lill-Kummissjoni [18].

(34) L-Istati Membri għandhom jadottaw regolamenti għall-penali li japplikaw għal ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u biex jassiguraw li jiġu implimentati; dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għanijiet

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jipprevjieni jew jillimita sa fejn hu prattikabbli l-effetti negattivi fuq l-ambjent partikolarment ta' tniġġis bl-emissjonijiet fl-arja, ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u ilma ta' l-art, u r-riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem, mill-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart.

Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' kondizzjonijiet ta' l-operat u ħtiġiet tekniċi stretti, bit-twaqqif ta' valuri ta' limitu ta' emissjonijiet għall-impjanti ta' inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għall-Komunità u anke billi jintlaħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva 75/442/KEE.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tkopri impjanti ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni

2. Madankollu, l-impjanti li ġejjin għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' din id-Direttiva:

(a) Impjanti li jitrattaw biss dan l-iskart li ġej:

(i) skart veġetali mill-agrikoltura u foresterija,

(ii) skart veġetali mill-proċess ta' l-industrija ta' l-ikel, jekk is-sħana ġenerata hi miġbura lura,

(iii) skart veġetali fibruż minn prodotti ta' polpa mhux ikkultivata u minn produzzjoni ta' karta mill-polpa, jekk hi ko-inċinerata fil-post tal-produzzjoni u s-sħana li tiġġenera hi miġbura lura,

(iv) skart ta' l-injam bl-eċċezzjoni ta' skart ta' l-injam li ma jistax ikollu komponimenti organiċi aloġinata jew metalli tqal bħala riżultat ta' trattament ma' preservanti jew kisi ta' l-injam, u li jinkludi b'mod partikolari dan it-tip ta' skart ta' l-injam li joriġina minn skart ta' kostruzzjoni jew skart ta' meta jitwaqqa x'imkien,

(v) skart tas-sufra,

(vi) skart radjoattiv,

(vii) Karkassi ta' annimali kif regolat bid-Direttiva 90/667/KEE mingħajr preġudizzju għal emendi futuri tagħha,

(viii) skart li jirriżulta minn esplorazzjoni għal, u esplojtazzjoni ta', riżorsi ta' żjut u gass minn istallazzjonijiet off-shore u inċinerati abbord l-istallazzjoni;

(b) Impjanti ta' l-esperimenti li huma użati għar-riċerka, żvilupp u ttestjar sabiex b'hekk ikun jista' jiġi mtejjeb il-proċess ta' inċinerazzjoni u li jitrattaw anqas minn 50 tunnellata ta' skart kull sena.

Artikolu 3

Tifsiriet

Għall-għan ta' din id-Direttiva:

1. "skart" tfisser kull skart solidu u likwidu kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE;

2. "skart perikoluż" tfisser kull skart solidu u likwidu kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [19].

Għal dan l-iskart perikoluż li ġej, il-ħtiġiet speċifiċi għall-iskart perikoluż f'din id-Direttiva m'għandhomx japplikaw:

(a) skart minn likwidu kombustibbli li jinkludi skart ta' żjut kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta' skart ta' żjut [20] iżda li jridu jaqblu mal-kriterji li ġejjin:

(i) il-massa tal-kontenut ta' idrokarburi aromatiċi poliklorinati, per eżempju biphenyls poliklorinati (PCB) jew fenol pentaklorinati ((PCP) jammonta għal konċentrazzjonijiet mhux akbar minn dawk imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità;

(ii) dan l-iskart ma jsirx perikoluż billi fih kostitwenti oħra mniżżla fl-Anness II tad-Direttiva 91/689/KEE fi kwantitajiet jew f'konċentrazzjonijiet li huma inkonsistenti mal-kisba ta' l-għanijiet mqiegħda fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 75/442/KEE; u

(iii) il-valur nett kalorifiku jammonta mill-inqas 30 MJ għal kull kilogramm,

(b) kull skart likwidu kombustibbli li ma jistax jikkaġuna, fil-gass taċ-ċumnija li jirriżulta direttament mill-kombustjoni tagħhom, emissjonijiet barra minn dawk miż-żjut bil-gass kif definit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/12/KEE [21] jew konċentrazzjoni għola ta' emissjonijiet minn dik li tirriżulta mill-kombustjoni ta' żejt bil-gass hekk kif definit;

3. "skart muniċipali mħallat" tfisser skart mid-djar kif ukoll skart kummerċjali, industrijali w istituzzjonali, li minħabba fin-natura u l-komposizzjoni tiegħu hu simili għal skart mid-djar, imma li jeskludi frazzjonijiet imsemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/3/EC [22] taħt l-intestatura 20 01 li huma miġbura separament mis-sors u li teskludi l-iskart l-ieħor imsemmi taħt l-intestatura 20 02 ta' dak l-Anness;

4. "Impjant ta' inċinerazzjoni" tfisser kull apparat u tagħmir tekniku stazzjonarju jew mobbli dedikat għat-trattament ta' sħana ta' l-iskart bi jew mingħajr l-irkupru tas-sħana ġenerata mill-kombustjoni. Dan jinkludi l-inċinerazzjoni bl-ossidazzjoni ta' l-iskart kif ukoll proċessi ta' trattamenti oħra tas-sħana bħal pirolisi, gassifikazzjoni jew il-proċessi tal-plasma sakemm s-sustanzi li jirriżultaw mit-trattament jiġu sussegwentement inċinerati.

Din id-definizzjoni tkopri s-sit u l-impjant kollu ta' l-inċinerazzjoni inklużi l-linji kollha ta' l-inċinerazzjoni, il-post fejn jintefa' l-iskart, il-ħżin, il-faċilitajiet ta' trattament minn qabel fuq is-sit, sistemi ta' skart tal-kombustibbli u sistemi ta' provista ta' l-arja, boiler, faċilitajiet għat-trattamenti tal-gassijiet ta' l-exhaust, faċilitajiet fuq is-sit għat-trattament jew ħżin tar-residwi u ta' ilma mormi, munzell, apparat u sistemi għall-kontroll ta' operazzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-sorveljar tal-kondizzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni;

5. "impjant ta' ko-inċinerazzjoni" tfisser kull impjant stazzjonarju jew mobbli li l-iskop ewlieni tiegħu hu l-ġenerazzjoni ta' enerġija jew produzzjoni ta' prodotti materjali:

- li juża skart bħala kombustibbli regolari jew addizzjonali; jew

- li fih l-iskart huwa ttrattat permezz tas-sħana għall-iskop ta' tneħħija.

Jekk il-ko-inċinerazzjoni sseħħ b'tali mod li l-iskop ewlieni ta' l-impjant m'huwiex il-ġenerazzjoni ta' l-enerġija jew produzzjoni ta' prodotti materjali, imma jikkonċerna trattament ta' sħana ta' skart, l-impjant għandu jiġi meqjus bħala impjant ta' inċinerazzjoni fil-kuntest ta' punt 4.

Din id-definizzjoni tkopri s-sit u l-impjant kollu inklużi l-linji tal-ko-inċinerazzjoni kollha, il-post fejn jintefa' l-iskart, il-ħżin, il-faċilitajiet ta' trattament minn qabel fuq is-sit, is-sistemi ta' provista ta' l-iskart, il-kombustibbli u l-arja, boiler, faċilitajiet għat-trattamenti tal-gassijiet ta' l-exhaust, faċilitajiet fuq is-sit għat-trattament jew ħżin tar-residwi u ta' ilma mormi, munzelli, apparat u sistemi għall-kontroll ta' operazzjonijiet ta' inċinerazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-sorveljar tal-kondizzjonijiet ta' l-inċinerazzjoni;

6. "impjant ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni eżistenti" tfisser impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ta' ko-inċinerazzjoni.

(a) li qiegħed jaħdem u li għandu permess maħruġ bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità eżistenti qabel it-28 ta' Diċembru 2002, jew,

(b) li huwa awtorizzat jew irreġistrat għall-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni u li għandu permess maħruġ qabel it-28 ta' Diċembru 2002 bi qbil mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità, basta li l-impjant jibda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2003, jew

(ċ) li, skond l-awtorità kompetenti, huwa s-suġġett ta' talba sħiħa għall-permess, qabel it-28 ta' Diċembru 2002, basta li l-impjant jibda jaħdem mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2004;

7. "kapaċità nominali" tfisser it-total ta' kapaċitajiet ta' inċinerazzjoni tal-fran li minnhom jiġi kompost impjant ta' inċinerazzjoni, kif speċifikat mill-kostruttur u kkonfermat mill-operatur, fejn konsiderazzjoni tingħata, b'mod partikolari, għall-valur kalorifiku ta' l-iskart, espress bħala kwantità ta' l-iskart inċinerat fis-siegħa;

8. "emissjoni" tfisser ir-rilaxx dirett jew indirett tas-sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana jew storbju minn sorsi individwali jew diffusi fl-impjant li jiġu mormija fl-arja, ilma jew ħamrija;

9. "valuri tal-limitu ta' l-emissjoni" tfisser il-massa, espressa f'termini ta' ċerti parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta' emissjoni, li ma tistax tinqabeż matul perjodu ta' żmien wieħed jew aktar;

10. "diossini u furans" tfisser id-diossini dibenzo-p-poliklorinati u dibenzofurans kollha elenkati fl-Anness I;

11. "Operatur" tfisser kull persuna naturali jew legali li topera jew tikkontrolla l-impjant jew, fejn huwa pprovdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, il-persuna li lilha jkun ġie delegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjoni teknika ta' l-impjant:

12. "permess" tfisser deċiżjoni miktuba (jew deċiżjonijiet varji bħal dawn) mibgħuta mill-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorità biex impjant jitħaddem, li tkun soġġetta għal ċertu kondizzjonijiet li jiggarantixxu li l-impjant iħares il-ħtiġiet kollha ta' din id-Direttiva. Permess jista' jkopri impjant wieħed jew iżjed jew partijiet ta' impjant fl-istess sit imħaddma mill-istess operatur;

13. "residwu" tfisser kull materjal likwidu jew solidu (li jinkludi rmied tal-qiegħ jew kagazza, irmied imtajjar u trab tal-boiler, prodotti solidi tar-reazzjoni mit-trattamenti tal-gass, il-ħmieġ tad-drenaġġ li joħroġ mit-trattament ta' l-ilma mormi, katalisti spiċċuti u karbon attivat spiċċut) imfisser bħala skart fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 75/442/KEE, li huwa ġġenerat mill-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew tal-ko-inċinerazzjoni, mill-gass ta' l-exhaust jew mit-trattament ta' l-ilma mormi jew minn proċessi oħrajn ġo l-impjant ta' l-inċineazzjoni jew ko-inċinerazzjoni.

Artikolu 4

Applikazzjoni u permess

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 tad-Direttiva 75/442/KEE jew għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/689/KEE, l-ebda impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ma għandu jaħdem mingħajr permess li jwettaq dawn l-attivitajiet.

2. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, l-applikazzjoni għal permess għall-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni lill-awtorità kompetenti għandu jinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li huma maħsuba li jiggarantixxu illi:

(a) L-impjant huwa mfassal, mgħammar u jkun maħdum b'mod li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jikkunsidraw il-kategoriji ta' l-iskart li ser jiġi inċinerat;

(b) is-sħana ġġenerata waqt il-proċess ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni tiġi miġbura kemm-il darba jkun prattikabbli, per eżempju mis-sħana u mill-qawwa flimkien, mill-ġenerazzjoni tal-fwar ipproċessat jew tas-sħana tad-distrett;

(ċ) ir-residwi jitnaqqsu fl-ammont u fil-ħsara tagħhom u jiġu riċiklati fejn xieraq;

(ċ) ir-rimi tar-residwi li ma jistgħux jiġu mħarsa, imnaqqsa jew riċiklati għandhom jiġu mwettqa bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali jew tal-Komunità.

3. Il-permess għandu jingħata biss jekk l-applikazzjoni turi li l-metodi tekniċi ta' kejl li ġew proposti ta' l-emissjonijiet fl-arja jaqblu ma' l-Anness III u, rigward l-ilma jaqblu ma' l-Anness III f'paragrafi 1 u 2.

4. Il-permess mogħti mill-awtorità kompetenti għall-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu, sabiex ikun konformi wkoll ma' kull ħtieġa applikabbli li hija preskritta fid-Direttivi 91/271/KEE u 1999/31/KE:

(a) iniżżel espliċitament il-kategoriji ta' l-iskart li jistgħu jiġu ttrattati. Din il-lista għandha tuża mill-inqas, jekk jista' jkun, il-kategoriji ta' l-iskart iddikjarati fil-Katalogu Ewropew ta' l-Iskart (EWC) u żżomm informazzjoni fuq il-kwantità ta' skart, fejn xieraq;

(b) jinkludi l-kapaċità totali l-iskart li l-impjant jista' jinċenera jew jikko-inċenera;

(ċ) jispeċifika l-proċeduri sabiex jittieħed il-kampjunar u l-kejl użat biex jissodisfaw l-obbligazzjonijiet imposti għall-kejl perjodiku ta' kull kontaminant ta' l-arja u ta' l-ilma.

5. Il-permess mogħti mill-awtorità kompetenti lill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni li juża l-iskart perikoluż, għandu b'żieda mal-paragrafu 4:

(a) iniżżel il-kwantitajiet tal-kategoriji differenti ta' l-iskart perikoluż li jista' jiġi ttrattat;

(b) jispeċifika l-mixja minima u massima tal-massa ta' l-iskart perikoluż, l-inqas u l-ogħla valuri kalorifiċi u l-kontenuti massimi tal-kontaminanti, per eżempju PCB, PCP, kloru, floru, kubrit, u metalli tqal.

6. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jniżżlu l-kategoriji ta' l-iskart li għandhom jiġu msemmija fil-permess li jistgħu jiġu ko-inċinerati f'kategoriji definiti ta' impjanti tal-ko-inċinerazzjoni.

7. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra perjodikament u fejn neċessarju, taġġorna l-kondizzjonijiet tal-permessi.

8. Fejn operatur ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart mhux perikoluż qed jaħseb li jagħmel bidla fl-operazzjoni li tinvolvi l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ta' skart perikoluż, dan għandu jiġi mħares bħala bidla sostanzjali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(10)(b) tad-Direttiva 96/6/KE u l-Artikolu 12(2) ta' dik id-Direttiva għandu jiġi applikat.

9. Jekk impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni ma jaqbilx mal-kondizzjonijiet tal-permess, b'mod partikolari mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja u l-ilma, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tiġi nfurzata l-konformità.

Artikolu 5

Il-Kunsinna u r-riċeviment ta' l-iskart

1. L-operatur ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu jieħu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha li jikkonċernaw il-kunsinna u r-riċeviment ta' l-iskart sabiex jiprevvjieni jew jillimita sa fejn hu prattikabbli l-effetti negattivi fuq l-ambjent, b'mod partikolari t-tniġġis ta' l-arja, tal-ħamrija, ta' l-ilma tal-wiċċ u ta' l-ilma ta' l-art kif ukoll l-irwejjaħ u l-istorbju, u r-riskji diretti fuq is-saħħa tal-bniedem. Dawn il-miżuri għandhom mill-inqas jilħqu l-ħtiġiet imniżżlin f'paragrafi 3 u 4.

2. Qabel l-iskart fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċnerazzjoni jiġi aċċettat, l-operatur għandu jistabbilixxi l-massa ta' kull kategorija ta' skart, jekk huwa possibbli skond il-EWC.

3. Qabel skart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jkollu tagħrif dwar l-iskart bil-għan li jivverifika, fost oħrajn, konformità mal-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 4(5). Dan it-tagħrif għandu jkopri:

(a) it-tagħrif amministrattiv kollu fuq il-proċess tal-ġenerazzjoni li jinsab fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 4(a);

(b) il-komposizzjoni fiżika u sa fejn huwa prattikabbli, il-komposizzjoni kimika ta' l-iskart u t-tagħrif kollu neċessarju biex jiġi evalwat kemm ikun tajjeb għall-proċess maħsub ta' l-inċinerazzjoni:

(ċ) il-karatteristiċi perikolużi ta' l-iskart, is-sustanzi perikolużi li magħhom ma jistax jitħallat, u l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu fl-immaniġġjar ta' l-iskart.

4. Qabel l-iskart perikoluż jiġi aċċettat fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jwettaq, mill-inqas, il-proċeduri tar-riċeviment li ġejjin:

(a) iċ-ċekkjar tad-dokumenti meħtieġa mid-Direttiva 91/689/KEE u, fejn applikabbli, dawk meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll fuq trasport bil-vapur ta' l-iskart ġewwa, għal ġo u barra mill-Komunità Ewropea [23] u mir-regolamenti tat-trasport ta' oġġetti perikolużi;

(b) it-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi, għajr jekk mhumiex xierqa, per eżempju għall-iskart kliniku infettiv, sa fejn hu prattikabbli qabel il-ħatt, biex jiġi vverifikat il-konformità mat-tagħrif ipprovdut fil-paragrafu 3 billi jitwettqu kontrolli u biex l-aworitajiet kompetenti jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura ta' l-iskart ittrattat. Dawn il-kampjuni għandhom jinżammu ta' l-inqas xahar wara l-inċinerazzjoni.

5. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-paragrafi 2, 3 u 4 għall-impjanti u impriżi industrijali li jinċeneraw jew jikko-inċeneraw l-iskart tagħhom biss fil-post tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart basta li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jintlaħqu.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet ta' l-operat

1. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu maħduma biex jinkiseb livell ta' l-inċinerazzjoni sabiex il-kontenut tal-gagazza u ta' l-irmied ta' taħt Karbonju Organiku Totali (TOC) huwa inqas mit-3 % jew it-telf tagħhom meta jitqabbdu bin-nar huwa inqas mill-5 % ta' l-użin tal-materjal niexef. Jekk huwa neċessarju metodi ta' teknika xierqa ta' trattamenti bil-quddiem ta' l-iskart għandhom jiġu użati.

Impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li l-gass li jirriżulta mill-proċess jiġi mtella', wara l-aħħar injezzjoni ta' arja tal-kombustjoni, f'mod kontrollat u omoġenju u anke taħt kondizzjonijiet l-iżjed sfavorevoli, għal temperatura ta' 850 °C, kif miżurat ħdejn il-ħajt ta' ġewwa jew f'punt ieħor rappreżentattiv tal-kamra tal-kombustjoni kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti, għal żewġ sekondi. Jekk skart perikoluż b'kontenut ta' iżjed minn 1 % ta' sustanzi aloġenati organiċi, espressi bħala klorin, huma inċinerati, it-temperatura għandha tilħaq 1100 °C għal żewġ sekondi mill-inqas.

Kull linja ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni għandha tkun mgħammra mill-inqas b'burner awżiljarju wieħed. Dan il-burner għandu jixgħel waħdu meta t-temperatura tal-gassijiet kombustibbli, wara l-aħħar injezzjoni ta' arja kombustibbli, taqa' taħt 850 °C jew 1100 °C kif ikun il-każ. Dan jiġi użat ukoll waqt l-operazzjonijiet li jixegħlu u li jitfu l-impjant sabiex jiġi żgurat li t-temperatura ta' 850 °C jew ta' 1100 °C, kif ikun il-każ, tinżamm il-ħin kollu matul dawn l-operazzjonijiet u sakemm hemm skart mhux maħruq fil-kamra tal-kombustjoni.

Meta jiġi mixgħul u mitfi jew meta it-temperatura tal-gass tal-kombustjoni taqa' taħt it-850 °C jew l-1100 °C kif ikun il-każ, m'għandhomx jingħataw karburanti lill-burner awżiljarju, li jistgħu jikkawżaw emissjonijiet għola minn dawk li jirriżultaw mill-ħruq taż-żejt tal-gass kif imniżżel fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/716/KEE, gass likwidu jew gass naturali.

2. L-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li l-gass li jirriżulta mill-ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart huwa, f'mod kontrollat u omoġenju u anke taħt kondizzjonijiet l-iżjed sfavorevoli, imsaħħan sat-temperatura ta' 850 °C għal żewġ sekondi. Jekk skart perikoluż b'kontenut ta' iżjed minn 1 % ta' sustanzi aloġenati organiċi, espressi bħala kloru, huwa ko-inċinerat, it-temperatura għandha tilħaq l-1100 °C.

3. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandhom ikollhom u għandhom joperaw sistema awtomatika li tipprevjeni l-iskart li jidħol:

(a) fil-bidu, sakemm jilħqu t-temperatura ta' 850 °C jew 1100 °C, kif ikun il-każ jew it-temperatura mniżżla skond il-paragrafu 4;

(b) kull meta ma tinżammx it-temperatura ta' 850 °C jew 1100 °C, kif ikun il-każ jew it-temperatura mniżżla skond il-paragrafu 4;

(ċ) kull meta l-miżuri kontinwi meħtieġa minn din id-Direttiva juru li xi valur ta' limitu ta' l-emissjonijiet inqabeż minħabba disturbi jew nuqqasijiet tal-mezzi ta' purifikazzjoni.

4. Kondizzjonijiet differenti minn dawn imniżżla fil-paragrafu 1 u, rigward it-temperatura, fil-paragrafu 3 u speċifikati fil-permess għal ċerti katergoriji ta' l-iskart jew għal ċerti proċessi tas-sħana jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw dawn l-awtorizzazzjonijiet. Il-bidla fil-kondizzjonijiet fl-operat m'għandhiex tikkawża iżjed residwi jew residwi b'kontenut għola ta' sustanzi orġaniċi li jniġġsu meta mqabbla ma' dawk ir-residwi li jistgħu jkunu mistennija taħt il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafu 1.

Kondizzjonijiet differenti minn dawn imniżżla fil-paragrafu 2 u, rigward it-temperatura, fil-paragrafu 3 u speċifikati fil-permess għal ċerti katergoriji ta' l-iskart jew għal ċerti proċessi tas-sħana jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti, sakemm jintlaħqu l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw dawn l-awtorizzazzjonijiet. Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq mill-inqas il-ħarsien tad-disposizzjonijiet għal valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V ta' karbonju organiku totali u CO.

Fil-każ ta' l-industrija tal-polpa u tal-karta l-ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart tagħhom fil-post ta' produzzjoni f'bark boilers eżistenti, din l-awtorizzazzjoni għandha tkun kondizzjonali fuq mill-inqas il-ħarsien tad-disposizzjonijiet għal valuri ta' limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V ta' karbonju organiku totali.

Il-kondizzjonijiet kollha ta' l-operat stabbiliti taħt dan il-paragrafu u r-riżultati ta' verifiki magħmula għandhom jiġu kkomunikati mill-Istat Membru lill-Kummissjoni bħala parti mit-tagħrif ipprovdut bi qbil mal-ħtiġiet tar-rappurtar.

5. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li jipprevjienu emissjonijiet fl-arja li jagħtu lok għat-tniġġis sinifikanti ta' l-arja fl-livell ta' l-art; b'mod partikolari, il-gassijiet ta' l-exhaust għandhom jiġu mormija b'mod kontrollat u bi qbil ma' l-istandards relevanti ta' kwalità ta' l-arja tal-Komunità permezz ta' ċumnija b'tul li huwa kkalkulat b'tali mod li jissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

6. Kull tip ta' sħana ġġenerata waqt il-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandha tiġi rkuprata sa fejn huwa prattikabbli.

7. L-iskart kliniku infettiv għandu jitpoġġa direttament fil-fran, mingħajr ma jiġi mħallat ma' kategoriji oħra ta' skart u mingħajr ġarr dirett.

8. L-amministrazzjoni ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni u ko-inċinerazzjoni għandha tkun f'idejn persuna naturali li hija kompetenti li tamministra l-impjant.

Artikolu 7

Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja

1. L-impjanti ta' l-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li ma jaqbżux fil-gassijiet ta' l-exhaust il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V.

2. L-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni għandhom ikunu mfassla, mgħammra, mibnija u mħaddma b'tali mod li ma jaqbżux fil-gassijiet ta' l-exhaust il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti bi qbil ma' jew mniżżla fl-Anness II.

Jekk f'impjant ta' ko-inċinerazzjoni jirriżulta li iżjed mill-40 % tal-ħelsien tas-isħana jiġi minn skart perikoluż, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness V għandhom jgħoddu.

3. Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fir-rigward tal-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11.

4. Fil-każ ta' ko-inċinerazzjoni ta' l-iskart muniċipali mħallat li ma ġiex trattat, il-valuri tal-limitu għandhom jiġu ddeterminati bi qbil ma' l-Anness V, u l-Anness II ma japplikax.

5. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew għal sustanzi ta' tniġġis oħra.

Artikolu 8

L-iskargar ta' l-ilma mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust

1. L-ilma mormi mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust mormi mill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandu jkun suġġett għall-permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti.

2. Skargar ta' ilma mormi li jirriżulta mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust, fl-ambjent akkwatiku għandu jiġi llimitat, sa fejn prattikabbli, sa mill-inqas bi qbil mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fl-Anness IV.

3. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet fil-permess, l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust jista' jiġi mormi fl-ambjent akkwatiku wara trattament separat fuq kondizzjoni li:

(a) il-ħtiġiet tad-disposizzjonijiet relevanti Komunitarji, nazzjonali u lokali jiġu mħarsa fil-forma tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet; u

(b) il-konċentrazzjonijiet massi ta' sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV ma jaqbżux il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fih.

4. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jgħoddu fiż-żmien meta l-ilma mormi li jiġi mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust li fih is-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV jintrema mill-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni.

Meta l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust jiġi ttrattat kollettivament fuq il-post flimkien ma' sorsi oħrajn ta' ilma mormi li ġej minn fuq il-post, l-operatur għandu jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11:

(a) fuq in-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġej mill-proċess tat-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust qabel id-dħul fl-impjant tat-trattament kollettiv ta' l-ilma mormi;

(b) fuq in-nixxiegħa jew nixxigħat oħra ta' ilma mormi qabel id-dħul tagħha jew tagħhom fl-impjant tat-trattament kollettiv ta' l-ilma skart;

(ċ) fiż-żmien ta' skargar finali ta' l-ilma mormi, wara t-trattament, mill-impjant ta' l- inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni.

L-operatur għandu jieħu kalkoli xierqa tal-bilanċ tal-massa sabiex jistabbilixxi l-livelli ta' l-emissjonijiet fl-iskargar finali ta' l-ilma mormi li jistgħu jiġu attribwiti lill-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust biex jiċċekkja l-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV għan-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġejja mill-proċess tat-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust.

Taħt l-ebda ċirkostanzi m'għandu jkun hemm dilwizzjoni ta' l-ilma mormi għar-raġunijiet ta' konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV.

5. Meta l-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust li fih sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV huwa ttratat barra mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni f'impjant tat-trattament maħsub biss għat-trattament ta' dan it-tip ta' ilma mormi, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet fl-Anness IV għandhom jiġu applikati fiż-żmien meta l-ilma mormi joħroġ mill-impjant tat-trattament. Jekk dan l-impjant ta' trattament ikun barra s-sit ma jkunx biss iddedikat għat-trattament ta' l-ilma mormi li ġej mill-inċinerazzjoni, l-operatur għandu jieħu l-kalkoli tal-bilanċ tal-massa addattati, kif ipprovdut taħt paragrafi 4(a), (b) u (ċ), sabiex jistabbilixxi l-livelli ta' l-emissjonijiet fl-aħħar skargu ta' l-ilma mormi li jistgħu jiġu attribwiti lill-ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust biex jivverifika l-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV għan-nixxiegħa ta' l-ilma mormi li ġejja mill-proċess tat-tindif tal-gass ta' l-exhaust.

Taħt l-ebda ċirkustanzi m'għandu jkun hemm dilwizzjoni ta' ilma mormi għar-raġunijiet ta' konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżlin fl-Anness IV.

6. Il-permess għandu:

(a) iwaqqaf il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Anness IV, bi qbil mal-paragrafu 2 u sabiex jilħaq il-ħtiġiet imsemmija fil-paragrafu 3(a);

(b) ifassal parametri ta' kontroll għal ħidma ta' l-ilma mormi mill-inqas għal pH, temperatura u tnixxiegħa.

7. Siti ta' l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, flimkien maż-żoni ta' ħżin assoċjati għall-iskart, għandhom jiġu mfassla u b'tali mod biex jevitaw kull rilaxx mhux awtorizzat jew aċċidentali ta' sustanzi li jniġġsu fil-ħamrija, fl-ilma tal-wiċċ u fl-ilma ta' taħt l-art bi qbil mad-disposizzjonijiet ipprovduti fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità. Barra minn hekk, għandu jkun ipprovdut kapaċità ta' ħażna għall-ilma tax-xita ġieri kontaminat li jiskarga minn siti ta' impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jew għall-ilma kontaminat li jiskarga mit-tixrid jew mill-operazzjonijiet tat-tifi tan-nar.

Il-kapacità ta' ħżin għandha tkun adegwata sabiex tiżgura li dan l-ilma jista' jiġi eżaminat u ttrattat qabel ma jiġi skargat fejn ikun meħtieġ.

8. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi oħra li jniġġsu.

Artikolu 9

Residwi

Ir-residwi li jirriżultaw mill-operazzjoni ta' l-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jitnaqqsu fl-ammont u fil-ħsara tagħhom. Ir-residwi għandhom jiġu riċiklati, fejn xieraq, direttament fl-impjant jew barra bi qbil mal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

It-trasport u l-ħżin intermedju tar-residwi nexfin f'forma ta' trab, bħal ma hu trab tal-boiler u residwi nexfin li jiġu mit-trattament tal-gassijiet tal-kombustjoni, jiġifieri jkunu f'kontenituri magħluqa, għandu jsir b'tali mod li jevitaw it-tixrid fl-ambjent.

Qabel ma jiġu stabilliti ir-rotot għat-tneħħija jew ir-riċiklaġġ tar-residwi li jiġu mill-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjioni, għandhom jsiru testijiet xierqa biex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-potenzal tat-tniġġis ta' residwi differenti li ġejjin mill-inċinerazzjoni. L-analiżi għandu jirrigwarda l-frazzjoni solubbli totali u l-frazzjoni solubbli tal-metalli tqal.

Artikolu 10

Kontroll u sorveljar

1. Għandhom jiġu stallati tagħmir għall-kejl u użati metodi ta' teknika sabiex jiġu ssorveljati l-parametri, il-kondizzjonijiet u l-konċentrazzjonijiet massi li huma rilevanti għall-proċess ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni.

2. Il-ħtiġiet għall-kejl għandhom jiġu mniżżla fil-permess jew fil-kondizzjonijiet mehmużin mal-permess maħruġ mill-awtorità kompetenti.

3. Stallazzjonijiet xierqa u l-funzjonament ta' l-apparat awtomatizzat għas-solverjar ta' l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma għandhom ikunu suġġetti għall-kontroll u għat-testijiet ta' kull sena tas-sorveljanza. Il-kalibrazzjoni għandu jitwettaq permess ta' kejl paralleli mal-metodi ta' referenza mill-inqas kull tliet snin.

4. Il-post tal-punti ta' kampjunar jew ta' kejl għandhom jiġu mfassla mill-awtorità kompetenti.

5. Kejl perjodiku ta' emissjonijiet fl-arja u fl-ilma għandhom jitwettqu bi qbil mal-punti 1 u 2 ta' l-Anness III.

Artikolu 11

Ħtiġiet għall-kejl

1. L-Istati Membri għandhom, jew bi speċifikazzjoni ġewwa l-kondizzjonijiet tal-permess jew bir-regoli ġenerali li jorbtu legalment, jiżguraw li l-paragrafi 2 u 12 u 17, rigward l-arja, u l-paragrafi 9 u 14 sa 17, rigward l-ilma huma mħarsa.

2. Il-kejl li ġej ta' sustanzi li jniġġsu l-arja għandhom jitwettqu fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni bi qbil ma' l-Anness III:

(a) Kejl kontiwu ta' dawn is-sustanzi li ġejjin: Ossidi tan-Nitroġenu (NOx), basta li il-valuri tal-limiti ta' l-emissjoni huma mfassla, Karbonju Monossidu (CO), trab totali, Karbonju Organiku Totali (TOC), Idroġenu Kloridu (HC1), Idroġenu Flowridu (HF), Diossidu tal-kubrit (SO2);

(b) Kejl kontiwu tal-parametri tal-proċessi tal-ħdima li ġejjin: it-temperatura biswit il-ħajt ta' ġewwa jew xi punt ieħor rappreżentattiv ieħor tal-qasam tal-kombustjoni kif awtorizzat mill-awtorità kompetenti, il-konċentrazzjoni ta' ossiġenu, pressjoni, temperatura u l-kontenut tal-fwar ta' l-ilma fil-gass ta' l-exhaust;

(ċ) Mill-inqas żewġ tikjiliet kull sena tal-metalli tqal, diossini u furani; madankollu mill-inqas kejl wieħed kull tlett xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar ta' l-operazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi ta' kejl fejn ġew imfassla l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi oħra li jniġġsu.

3. Il-ħin tar-residenza kif ukoll it-temperatura minima u l-kontenut ta' l-ossiġenu ta' gassijiet ta' l-exhaust għandhom jiġu suġġetti għal verifikazzjoni xierqa, mill-inqas darba kull meta l-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jibda jaħdem u taħt l-iktar kondizzjonijiet ta' tħaddim sfavorevoli antiċipati.

4. Il-kejl kontinwu ta' l-HF jista' jitħalla barra jekk l-istadji tat-trattament tal-HCl huma użati li jiżguraw li m'hemmx qabża tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet. F'dan il-każ l-emissjonijiet tal-HF għandhom ikunu soġġetti għal kejl perjodiku kif inhu preskritt fil-paragrafu 2(ċ).

5. Il-kejl kontinwu tal-kontenut tal-fwar ta' l-ilma ma għandux ikun meħtieġ jekk il-kampjun tal-gass ta' l-exhaust huwa mnixxef qabel jiġu analizzati l-emissjonijiet.

6. Kejl perjodiku tal-HC1, HF u SO2 kif imniżżel fil-paragrafu 2(ċ) jistgħu jiġu awtorizzati fl-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni minflok kejl kontinwu, fil-permess ta' l-awtorità kompetenti, jekk l-operatur juri li l-emissjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jniġġsu ma jistgħux ikunu, taħt l-ebda ċirkostanza ogħla mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti.

7. It-tnaqqis tal-frekwenza tal-kejl perjodiku tal-metalli tqal minn darbtejn fis-sena għal darba kull sentejn u għad-diossini u furans minn darbtejn fis-sena għal darba fis-sena jistgħu jkunu awtorizzati fil-permess mill-awtorità kompetenti basta li l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni huma inqas mill-50 % tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni mfassla rispettivament bi qbil ma' l-Anness III jew ma' l-Anness V u basta l-kriterji tal-ħtiġiet li għandhom jilħqu jiġu żviluppati bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17, ikunu disponibbli. Dawn il-kriterji għandhom mill-inqas ikunu bbażati fuq id-disposizzjonijiet f'punti (a) u (d), tat-tieni subparagrafu.

Sal-1 ta' Jannar 2005, it-tnaqqis tal-frekwenza tista' tiġi awtorizzata anke jekk dawn il-kriterji mhumiex disponibbli basta li:

(a) l-iskart li jrid jiġi inċinerat jew ko-inċinerat jikkonsisti biss f'ċerti frazzjonijiet kombustibbli magħżula ta' skart mhux riskjuż li mhux addattat għar-riċiklaġġ u li jippreżentaw ċertu karatteristiċi, u li jkun iktar speċifikat fuq bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu (d);

(b) il-kriterji nazzjonali ta' kwalità, li ġew rappurtati lill-Kummissjoni, ikunu disponibbli għal dan l-iskart.

(ċ) il-ko-inċinerazzjoni u l-inċinerazzjoni ta' dan l-iskart jaqbel mal-pjanijiet ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE;

(d) l-operatur jista' juri lill-awtorità kompetenti li l-emissjonijiet taħt iċ-ċirkostanzi kollha, huma b'mod sinifikanti taħt il-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni għall-metalli tqal, diossini u furans imfassla fl-Anness II u fl-Anness V; din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tagħrif dwar il-kwalità ta' l-iskart ikkonċernat u l-kejl ta' l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu msemmija;

(e) il-kriterji tal-kwalità u ż-żmien ġdid għall-kejl perjodiku jkunu speċifikati fil-permess; u

(f) id-deċiżjonijiet kollha dwar il-frekwenza tal-kejl imsemmi f'dan il-paragrafu, imsaħħa bit-tagħrif dwar l-ammont u l-kwalità ta' l-iskart ikkonċernat, għandhom ikunu kkomunikati kull sena lill-Kummissjoni.

8. Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-qbil mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fil-kondizzjonijiet li ġejjin u għall-ossiġenu bi qbil mal-formola kif imsemmi fl-Anness VI:

(a) Temperatura 273K, pressjoni 101,3 kPa, 11 % ta' ossiġenu, gass niexef, fil-gass ta' l-exhaust ta' l-impjanti ta' inċinerazzjoni;

(b) Temperatura 273K, pressjoni 101,3 kPa, 3 % ta' ossiġenu, gass niexef, fil-gass ta' l-exhaust ta' l-inċinerazzjoni taż-żejt skart kif definit fid-Direttiva 75/439/KEE;

(ċ) Meta l-iskart huwa inċinerat jew ko-inċinerat f'atmosfera arrikkita fl-ossiġenu, ir-riżultati tal-kejl jistgħu jiġu standardizzati f'kontenut ta' ossiġenu mniżżel mill-awtorità kompetenti li jirriflettu ċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ individwali;

(d) fil-każ ta' ko-inċinerazzjoni, ir-riżultati tal-kejl għandhom jiġu standardizzati f'kontenut ta' ossiġenu totali kif ikkalkulat fl-Anness II.

Meta l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu huma mnaqqsa bit-trattament tal-gass ta' l-exhaust fl-impjant ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni li jittratta skart riskjuż, l-istandardizzazzjoni fir-rigward ta' kull kontenut ta' l-ossiġenu pprovdut fl-ewwel sottoparagrafu għandu jkun magħmul biss jekk il-kontenut ta' l-ossiġenu mkejjel matul l-istess u mfassal għas-sustanzi li jniġġsu in kwistjoni jaqbeż il-kontenut ta' l-ossiġnu ta' l-istandard rilevanti.

9. Ir-riżultati kollha tal-kejl għandhom ikunu rrekordjati, ipproċessati u ppreżentati b'mod xieraq sabiex l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jivverifikaw il-qbil mal-kondizzjonijiet tal-ħidma permessi u mal-valuri tal-limitu ta' emissjonijiet imniżżla f'din id-Direttiva bi qbil mal-proċeduri li jridu jiġu deċiżi minn dawk l-awtoritajiet.

10. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjoni għall-arja għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk:

(a) - l-ebda mill-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżu kwalunkwe mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet mfassla fl-Anness V (a) jew fl-Anness II;

- is-97 % tal-valur medju ta' kull jum matul is-sena ma jaqbiżx il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni mfassal fl-Anness V(e) fl-ewwel inċiż;

(b) jew l-ebda mill-valuri medji ta' kull nofs siegħa ma jaqbżu l-ebda mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fl-Anness V (b), kolonna A jew, fejn relevanti, is-97 % tal-valuri medji ta' kull nofs siegħa matul is-sena ma jaqbżux l-ebda mill-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness V (b), kolonna B;

(ċ) l-ebda mill-valuri medji matul il-perjodu tal-kampjunar imfassla għall-metalli tqal u għad-diossini u għall-furans ma jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imniżżla fl-Anness V (ċ) u (d) jew fl-Anness II;

(d) id-disposizzjonijiet ta' l-Anness V(e), it-tieni inċiż jew ta' l-Anness II, huma milħuqa.

11. Il-valuri medji ta' kull nofs siegħa u l-medji ta' l-għaxar minuti għandhom jiġu ddeterminati matul il-ħin tal-ħidma effettiv (il-perjodi ta' x'ħin jinxtgħel u jintefa' huma esklużi jekk m'hemmx skart li qiegħed jiġi inċinerat) mill-valuri mkejla wara li jiġi mnaqqas il-valur ta' l-intervall kunfidenzjali speċifikat f'punt 3 ta' l-Anness III. Il-valuri medji ta' kull jum għandhom jiġu ddeterminati minn dawk il-valuri medji validati.

Biex jinkiseb valur medju validu ta' kuljum, mhux iżjed mill-valuri medji ta' ħames nofs siegħat f'kwalunkwe ġurnata m'għandhom jiġu mormija minħabba l-malfunzjoni jew manutenzjoni tas-sistema kontinwa ta' kejl. Mhux aktar minn għaxar valuri medji kull jum għal kull sena għandhom jiġu mormija minħabba l-malfunzjoni jew manutenzjoni tas-sistemi kontinwi ta' kejl.

12. Il-valuri medji matul il-perjodu tal-kampjunar u l-valuri medji fil-każ tal-kejl perjodiku tal-HF,HCL u SO2 għandhom jiġu ddeterminati bi qbil mal-ħtiġiet ta' l-Artikolu 10(2) u (4) u ta' l-Anness III.

13. Il-Kummissjoni, li taġixxi bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17, għandha tiddeċiedi, hekk kif tekniċi xierqa ta' kejl ikunu disponibbli fil-Komunità, id-data minn meta l-kejl kontinwu tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' l-arja għall-metalli tqal, diossini u furans għandhom jitwettqu bi qbil ma' l-Anness III.

14. Il-kejl li ġej għandu jitwettaq fil-punt tar-rimi ta' l-ilma ħażin:

(a) kejl kontinwu tal-parametri msemmija fl-Artikolu 8(6)(b);

(b) kejl kuljum tal-kampjuni fuq il-post ta' solidi sospiżi; L-Istati Membri jistgħu jipprovdu alternattivament għall-kejl ta' kampjunar rappreżentattiv li jiċċirkola proporzjonalment matul perjodu ta' 24 siegħa;

(ċ) mill-anqas kejl kull xahar ta' kampjun rappreżentattiv ta' ċirkolazzjoni proporzjonali tar-rimi matul perjodu ta' 24 siegħa tas-sustanzi kkontaminanti msemmija fl-Artikolu 8(3) rigward l-oġġetti 2 sa 10 fl-Anness IV;

(d) mill-anqas kull sitt xhur kejl ta' diossini u furans; għalkemm kejl wieħed għal mill-inqas kull tliet xhur għandu jitwettaq għall-ewwel tnax-il xahar ta' ħidma. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodi ta' kejl fejn ġew imfassla l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi jew sustanzi li jniġġsu oħra.

15. Is-sorveljar tal-massa tas-sustanzi li jniġġsu fl-ilma ħażin li jiġi ttrattat għandu jiġi magħmul bi qbil mal-leġislazzjoni tal-Komunità u mniżżel fil-permess, kif ukoll il-frekwenza tal-kejl.

16. Il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-ilma għandhom jitqiesu bħala mħarsa jekk:

(a) għat-total tas-solidi sospiżi (is-sustanza kontaminanti numru 1), il-95 % u l-100 % tal-valuri mkejlin ma jaqbżux il-valuri rispettivi tal-limitu ta' emissjonijiet kif imfassla fl-Anness IV;

(b) għall-metalli tqal (is-sutanzi kontaminanti numri 2 sa 10) mhux aktar minn kejl wieħed fis-sena jaqbeż il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV; jew, jekk L-Istat Membru jipprovdi għal aktar minn 20 kampjun fis-sena, mhux aktar mill-5 % tal-kampjuni jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV;

(ċ) għad-diossini u għall-furans (is-sustanzi kontaminanti numru 11), il-kejl ta' darbtejn fis-sena ma jaqbiżx il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet imfassla fl-Anness IV.

17. Jekk il-kejl meħud juri li l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-arja jew għall-ilma mniżżla f'din id-Direttiva ġew maqbuża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati mingħajr dewmien.

Artikolu 12

Aċċess għat-tagħrif u parteċipazzjoni pubblika

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE [24] u għad-Direttiva 96/61/KE, applikazzjonijiet għal permessi ġodda ta' impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni għandhom jiġu disponibbli f'lokazzjoni waħda jew aktar li huma aċċessibbli għall-pubbliku, bħal uffiċċji ta' l-awtorità lokali, għall-perjodu xieraq sabiex dan jista' jikkummenta fuqhom qabel l-awtorità kompetenti tilħaq deċiżjoni. Dik id-deċiżjoni, li tinkludi mill-anqas kopja waħda tal-permess, u kwalunkwe aġġornamenti li jiġu wara, għandom ukoll jiġu disponibbli għall-pubbliku.

2. Għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni, b'kapaċità nominali ta' żewġ tunnellati jew aktar fis-siegħa u minkejja l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 96/61/KE, rapport annwali pprovdut mill-operatur lill-awtorità kompetenti dwar il-ħidma u l-moniteraġġ ta' l-impjant għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Dan ir-rapport għandu, bħala ħtieġa minima, jagħti rendikont tal-ħidma kontinwa tal-proċess u ta' l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma ikkumparat ma' l-istandards ta' l-emissjonijiet f'din id-Direttiva. Lista ta' l-impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni b'kapaċità nominali ta' inqas minn żewġ tunnellati fis-siegħa għandha tkun imħejjija mill-awtorità kompetenti u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 13

Kondizzjonijiet abnormali ta' l-operat

1. L-awtorità kompetenti għandha tniżżel fil-permess il-perjodu massimu permessibbli ta' kwalunkwe twaqqif tekniku inevitabbli, disturbanzi, jew fallimenti ta' l-apparat ta' purifikazzjoni jew l-apparat ta' kejl, li matulu l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi rregolati li jiġu mormija fl-arja u fl-ilma ħażin li jiġi ppurifikat jistgħu jaqbżu l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti.

2. Fil-każ ta' ksur, l-operatur għandu jnaqqas jew jagħlaq il-ħidma kemm jista' jkun malajr sakemm ħidma normali tista' tiġi rrestawrata.

3. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 6(3)(ċ), l-impjant ta' inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni jew il-linja ta' l-inċinerazzjoni m'għandhomx taħt l-ebda ċirkostanza jkomplu jinċeneraw l-iskart għall-perjodu ta' iktar minn erbgħa siegħat mingħajr interruzzjoni fejn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet jinqabżu; barra minn hekk, id-dewmien kumulattiv tal-ħidma taħt dawn il-kondizzjonijiet f'temp ta' sena għandu jkun inqas minn 60 siegħa. Id-dewmien tas-60 siegħa japplika għal dawk il-linji ta' l-impjant kollha li huma konnessi ma' l-apparat ewlieni tat-tindif tal-gass taċ-ċumnija.

4. Il-kontenut kollu tat-trab fl-emissjonijiet fl-arja ta' impjant ta' l-inċinerazzjoni m'għandux jaqbeż taħt l-ebda ċirkostanza l-150 mg/m3 espressi bħala medja ta' kull nofs siegħa; barra minn hekk il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet fl-arja għall-CO u TOC m'għandhomx jinqabżu.

Artikolu 14

Klawżola ta' reviżjoni

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/61/KE, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 2008 ibbażat fuq l-esperjenza li għaddew minnha sabiex tiġi applikata din id-Direttiva, b'mod partikolari għall-impjanti ġodda, u fuq il-progress li ntlaħaq bil-metodi ta' teknika ta' kontroll ta' l-emissjonijiet u fuq l-esperjenza ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jiġi bbażat fuq l-iżvilupp ta' l-istat tat-teknoloġija, fuq l-esperjenza tal-ħidma ta' l-impjanti u fuq il-ħtiġiet ta' l-ambjent. Dan ir-rapport għandu jinkludi sezzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni ta' l-Anness II.1.1. u b'mod partikolari fuq il-vijabilità ekonomika u teknika tal-fran tas-siment eżistenti kif imsemmi fin-nota ta' l-aħħar ta' l-Anness II.1.1. li jirrispettaw il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet tan-NOx għall-fran ġodda tas-siment imfassla f'dak l-Anness. Ir-rapport, kif xieraq, għandu jkollu miegħu proposti għar-reviżjoni tad-disposizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva. Iżda, il-Kummissjoni għandha, jekk jixraq, tipproponi emendi għall-Anness II.3 qabel l-imsemmi rapport, jekk nixxiegħat ewlenija ta' skart huma diretti għat-tipi ta' impjanti ta' ko-inċinerazzjoni barra minn dawk trattati fl-Anness II.1 u II.2.

Artikolu 15

Rapportaġġ

Ir-rapporti fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/692/KEE. L-ewwel rapport għandu jkopri mill-anqas l-ewwel perjodu ta' tliet snin sħaħ wara t-28 ta' Diċembru 2002 u għandu jħares il-perjodi msemmija fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/67/KE u fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 96/61/KE. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha telabora l-kwestjonarju xieraq fil-ħin.

Artikolu 16

L-addattazzjoni futura tad-Direttiva

Il-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 17(2), għandha temenda l-Artikoli 10, 11 u 13 u l-Annessi I u III sabiex jaddattawhom mal-progress teknoloġiku jew ma' sejbiet ġodda dwar il-benefiċċji għas-saħħa jekk ikun hemm tnaqqis ta' l-emissjonijiet.

Artikolu 17

Kumitat Regolatorju

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat regolatorju.

2. Fejn referenza hija magħmula għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit li jkun ta' tliet xhur.

3. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

Artikolu 18

Tħassir

Dawn li ġejjin għandhom ikunu mħassra mit-28 ta' Diċembru 2005:

(a) L-Artikolu 8(1) u l-Anness tad-Direttiva 75/439/KEE;

(b) Id-Direttiva 89/369/KEE;

(ċ) Id-Direttiva 89/429/KEE;

(d) Id-Direttiva 94/67/KE.

Artikolu 19

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati taħt din id-Direttiva. Il-penali hekk provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u disważivi. l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2002 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b' kull emeda li tiġi wara.

Artikolu 20

Disposizzjonijiet transitorji

1. Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet transitorji speċifiċi li hemm ipprovduti fl-Anness ta' din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom jgħoddu għall-impjanti eżistenti mit-28 ta' Diċembru 2005.

2. Għall-impjanti ġodda, li huma impjanti li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' "impjanti ta' l-inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni eżistenti" fl-Artikolu 3(6) jew paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, din id-Direttiva, minflok id-Direttivi msemmija fl-Artikolu 18, għandha tgħodd mit-28 ta' Diċembru 2002.

3. Impjanti li ma jiċċaqalqux jew dawk li jiċċaqalqu li l-għan tagħhom huwa l-ġe-nerazzjoni ta' l-enerġija jew il-produzzjoni ta' oġġetti materjali u li qegħdin jaħdmu u li għandhom fejn meħtieġ permess li jaqbel mal-leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità u li jibdew jikko-inċineraw l-iskart mhux iktar tard mit-28 ta' Diċembru 2004 għandhom jitqiesu bħala impjanti tal-ko-inċinerazzjoni eżistenti.

Artikolu 21

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva mhux aktar tard mit-28 ta' Diċembru 2002. Huma għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom jiġu akkompanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif jagħmlu din ir-referenza għandhom jiġu mniżżla mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 23

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Diċembru 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

F. Védrine

[1] ĠU C 13, tas-17.1.1998, pġ. 6 uĠU C 372, tat-2.12.1998, pġ. 11.

[2] ĠU C 116, tat-28.4.1999, pġ. 40.

[3] ĠU C 198, ta' l-14.7.1999, pġ. 37.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, pġ. 249), il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 1999 (ĠU C 25, tat-28.1.2000, pġ. 17) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000 (għadha mhiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjal). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2000 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2000.

[5] ĠU C 138, tas-17.5.1993, pġ. 1 uĠU L 275, ta' l-10.10.1998, pġ. 1.

[6] ĠU C 76, tal-11.3.1997, pġ. 1.

[7] ĠU L 257, ta' l-10.10.1996, pġ. 26.

[8] ĠU L 163, ta' l-14.6.1989, pġ. 32. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[9] ĠU L 203, tal-15.7.1989, pġ. 50. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[10] ĠU L 163, tad-29.6.1999, pġ. 41.

[11] ĠU L 365, tal-31.12.1994, pġ. 34.

[12] ĠU L 194, tal-25.7.1975, pġ. 39. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 350/96/KE (ĠU L 135, tas-6.6.1996, pġ. 32).

[13] Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta' Novembru 1990, li jistabbilixxi r-regolamenti veterinarji għar-rimi u l-ħidma ta' l-iskart ta' l-annimali, għat-tpoġġija tiegħu fis-suq u għal prevenzjoni ta' patoġeni fl-għalf li joriġina mill-annimali jew mill-ħut u li jemenda id-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51). Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[14] Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, tat-30.5.1991, pġ. 40) Direttiva kif emendata mid-Direttiva 98/15/KE (ĠU L 67, tas-7.3.1998, pġ. 29).

[15] Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta' Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġjar tal-kwalità ta' l-arja ambjentali (ĠU L 296, tal-21.11.1996, pġ. 55).

[16] Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mormija fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità (ĠU L 129, tat-18.5.1976,pġ.23). Direttiva kif emendata minn l-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[17] Direttiva 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar il-landfill ta' l-iskart (ĠU L 182, tas-16.7.1999, pġ. 1).

[18] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[19] ĠU L 377, tal-31.12.1991, pġ. 20. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 94/31/KE. (ĠU L 168, tat-2.7.1994, pġ. 28).

[20] ĠU C 194, tal-25.7.1975, pġ. 23. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

[21] Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE tat-23 ta' Marzu 1993 dwar il-kontenut tal-kubrit ta' ċerti karburanti likwidi (ĠU L 74, tas-27.3.1993, pġ. 81). Direttiva kif emendata mid-Direttiva 1999/32/KE (ĠU L 121, 11.5 1999, pġ. 13).

[22] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/3/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1993 li twaqqaf lista ta' skart skond l-Artikolu 1a tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart (ĠU L 5, tas-7.1.1994, pġ. 15).

[23] ĠU L 30, tas-6.2.1993, pġ. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2408/98 (ĠU L 298, tas-7.11.1998, pġ. 19).

[24] Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE tas-7 ta' Ġunju 1990 dwar il-liberta għall-aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent (ĠU L 158, tat-23.6.1990, pġ. 56). Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Fatturi ta' l-ekwivalenza għad-dibenżo-p-dijossini u dibenżofurani

Għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni totali (TE) tad-dijossini u furani, il-konċentrazzjonijiet massi tad-dibenżo-p-dijossini u dibenżofurani li ġejjin għandhom jiġu mmultiplikati bil-fatturi ta' l-ekwivalenza li ġejjin qabel jiġu ssommati:

| | Fatturi ta' l-ekwivalenza tossiċi |

2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzodioxin (TCDD) | 1 |

1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzodioxin (PeCDD) | 0,5 |

1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDD) | 0,1 |

1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzodioxin (HpCDD) | 0,01 |

— Octachlorodibenzodioxin (OCDD) | 0,001 |

2,3,7,8 | — Tetrachlorodibenzofuran (TCDF) | 0,1 |

2,3,4,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,5 |

1,2,3,7,8 | — Pentachlorodibenzofuran (PeCDF) | 0,05 |

1,2,3,4,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,7,8,9 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 |

2,3,4,6,7,8 | — Hexachlorodibenzodioxin (HxCDF) | 0,1 |

1,2,3,4,6,7,8 | — Heptachlorodibenzodioxin (HpCDF) | 0,01 |

1,2,3,4,7,8,9 | — Heptachlorodibenzofuran (HpCDF) | 0,01 |

— Ochtachlorodibenzofuran (OCDF) | 0,001 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

DETERMINAZZJONI TAL-VALURI TAL-LIMITU TA' L-EMISSJONIJIET GĦAL KO-INĊINERAZZJONI TA' L-ISKART.

Il-formola li ġejja (regola tat-taħlit) għandha tiġi applikata kull meta valur speċifiku tal-limitu ta' l-emissjonijiet "C" ma ġietx imniżżla f'tabella f'dan l-Anness.

Il-valur tal-limitu ta' kull kontaminat relevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass ta' l-exhaust li joħorġu mill-ko-inċinerazzjoni ta' l-skart għandhom jkunu kkalkolati kif ġej:

+++++ TIFF +++++

Vskart :

Il-volum tal-gass ta' l-exhaust li joħroġ mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart iddeterminat biss mill-iskart bl-inqas valur kalorifiku speċifikat fil-permess u standardizzat fil-kondizzjonijiet mogħtija f'din id-Direttiva.

Jekk ir-rilaxx tas-sħana li joħroġ mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart perikoluż jammonta għal inqas mill-10 % tal-ħruġ totali tas-sħana fl-impjant, Vskart għandu jkun ikkalkolat minn kwantità (mistħajla) ta' skart li meta jkun inċinerat ir-rilaxx tas-sħana jkun indaqs għall-10 %, bir-rilaxx totali tas-sħana ffissat.

Cskart : il-valuri tal-limtu ta' l-emissjonijiet imniżżla għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni fl-Anness V għall-kontaminanti relevanti u monossidu tal-karbonju.

Vproċ : il-volum tal-gass ta' l-exhaust li joħroġ mill-proċess ta' l-impjant li jinkludi l-kombustjoni ta' karburanti awtorizzati li huma wżati normalment (bl-esklużjoni ta' l-iskart) stabbilit fuq il-bażi ta' kontenuti ta' l-ossiġnu li fuqhom l-emissjonijiet jridu jiġu standardizzati kif mniżżel fir-regolamenti tal-Komunità jew dawk nazzjonali. Fin-nuqqas ta' regolamenti għal dan it-tip ta' impjant, għandu jiġi wżat il-kontenut ta' l-ossiġnu reali fil-gass ta' l-exhaust mingħajr ma jiġi mraqqaq biż-żieda ta' arja mhiex neċċessarja għall-proċess. L-istandardizzazzjoni f'kondizzjonijiet oħra huma mogħtija f'din id-Direttiva.

Cproċ : il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli ta' dan l-Anness għal ċerti setturi ta' l-industrija jew f'każ ta' nuqqas ta' tabella bħal din jew dawk il-valuri, valuri tal-limitu tal-emissjonijiet ta' kontaminanti relevanti u monossidu tal-karbonju fil-gass taċ-ċuminija ta' l-impjanti li jħarsu l-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali għal dawk l-impjanti meta jaħarqu l-karburanti normalment awtorizzati (eskluż l-iskart). Fin-nuqqas ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu użati l-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet preskritti fil-permess. Fin-nuqqas ta' dawn il-valuri fil-permess għandhom jiġu użati l-konċentrazzjonijiet massi reali.

C : il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet jew il-kontenut ta' l-ossiġnu kif preskritti fit-tabelli ta' dan l-Anness għal ċerti setturi ta' l-industrija u għal ċerti sustanzi li jniġġsu jew f'każ ta' nuqqas ta' dik it-tabella jew dawk il-valuri jew valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet totali ta' CO u s-sustanzi li jniġġsu relevanti jieħdu l-post tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fl-Annessi speċifiċi ta' din id-Direttiva. Il-kontenut ta' l-ossiġnu totali li għandu jieħu l-post tal-kontenut ta' l-ossiġnu għal l-istandardizzazzjoni huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut hawn fuq u jirrispetta l-volumi parżjali.

L-Istati Membri jistgħu jniżżlu regoli li jiggvernaw l-eżenzjonijiet ipprovduti f'dan l-Anness.

II.1. Disposizzjonijiet speċjali għall-fran tas-siment li jikko-inċineraw l-iskart

Il-valuri medji ta' kull jum (għall-kejl kontinwu) Perjodi ta' kampjunar u ħtiġiet ta' kejl kif preskritt fl-Artikolu 7. Il-valuri kollha f'mg/m3 (Diossini u furani f'ng/m3). Valuri medji ta' nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta' kull jum.

Ir-riżultati tal-kejl magħmula biex jivverifikaw il-konformità mal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għandhom jiġu standardizzati fil-kondizzjonijiet li ġejjin: Temperatura 273 K, pressa 101,3 kPa, 10 % ossiġnu, gass niexef.

II.1.1. C - valuri totali tal-limiti ta' l-emissjonijiet

Sustanza li tniġġes | C |

Trab Totali | 30 |

HCI | 10 |

HF | 1 |

NOx għall-impjanti eżistenti | 800 |

NOx għall-impjanti ġodda | 500 [1] |

Cd + Tl | 0,05 |

Hg | 0,05 |

Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V | 0,5 |

Diossini u furani | 0,1 |

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għal NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-fran eżistenti tas-siment għall-proċess imxarrab jew għall-fran tas-siment li jaħarqu inqas minn tliet tunnellati kull siegħa, iżda l-permess jipprevjieni valur totali tal-limitu ta' l-emissjonijet għal NOx ta' mhux iżjed minn 1200 mg/m3.

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għat-trab jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti jew għall-fran tas-siment li jaħarqu inqas minn tliet tunnellati kull siegħa, iżda l-permess jipprevjeni valur totali tal-limitu ta' l-emissjonijet ta' mhux iżjed minn 50 mg/m3.

II.1.2. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet għal SO2 U TOC

Sustanza li tniġġes | C |

SO2 | 50 |

TOC | 10 |

Eżenzjonijiet jisgħtu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti f'każijiet fejn TOC U SO2 ma joħorġux mill-inċinerazzjoni ta' l-iskart.

II.1.3. Valur tal-limitu ta' l-emissjoni għal CO

Valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għal CO jistgħu jiġu mfassla mill-aworità kompetenti.

II.2. Disposizzjonijiet speċjali għall-impjanti kombustivi li jikko-inċineraw l-iskart

II.2.1 Valuri medji ta' kull jum

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 88/609/KEE u fil-każ fejn, għall-impjanti kbar, valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed severi huma mfassla skond leġislazzjoni futura tal-Komunità, dawn għandhom jieħdu l-post, għall-impjanti u sustanzi li jniġġsu kkonċernati, il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet kif preskritti fit-tabelli li ġejjin (Cproċ). F'dak il-każ, it-tabelli li ġejjin għandhom jiġu addattati mingħajr dewmien għal dawn il-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet iżjed stretti bi qbil mal-proċeduri mniżżlin fl-Artikolu 17.

Valuri medji ta' nofs siegħa huma meħtieġa biss biex jikkalkulaw il-valuri medji ta' kull jum.

proċ:

Cproċ għall-karburanti solidi espressi f'mg/Nm3 (Kontenut ta' l-O2 ta' 6 %):

Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 - 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth |

SO2

każ ġenerali | | 850 | 850 sa 200(tnaqqis lineari minn 100 sa 300 MWth) | 200 |

karburanti indiġni | | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 90 % | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 92 % | jew r-rata ta' disulfurizzazzjoni ≥ 95 % |

NOx | | 400 | 300 | 200 |

Trab | 50 | 50 | 30 | 30 |

Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità, il-valur tal-limitu ta' l-emissjoni għall-NOx ma japplikax għall-impjanti li jikko-inċineraw skart perikoluż biss.

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għan-NOx u SO2 jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-impjanti ta' ko-inċinerazzjoni eżistenti bejn 100 u 300 MWth li jużaw teknoloġija ta' sodda fluwidifikata u li jaħarqu karburanti solidi sakemm il-permess jara minn qabel valur ta' Cproċ ta' mhux iktar minn 350 mg/Nm3 għan-NOx u mhux iżjed minn 850 sa 400 mg/Nm3 (tnaqqis linjari minn 100 sa 300 MWth) għal SO2.

Cproċ għall-bijomassa espress f'mg/Nm3 (kontenut ta' l-O2 ta' 6 %):

"Bijomassa" tfisser: Prodotti li jikkonsistu kollha kemm huma jew parti minnhom minn materja veġetali mill-agrikoltura jew mill-forestrija, li jistgħu jintużaw għall-iskop ta' l-irkupru tal-kontenut ta' l-enerġija tagħhom, kif ukoll bħala skart imniżżel fl-Artikolu 2(2)(a)(i) sa (v).

Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth |

SO2 | | 200 | 200 | 200 |

NOx | | 350 | 300 | 300 |

Trab | 50 | 50 | 30 | 30 |

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għan-NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti għall-impjanti tal-ko-inċinerazzjoni eżistenti bejn 100 u 300 MW li jużaw teknoloġija ta' sodda fluwidifikata u jaħarqu l-bijomassa sakemm il-permess jara minn qabel valur ta' Cproċ ta' mhux iktar minn 350 mg/Nm3.

Cproċ għall-karburanti likwidi espressi f'mg/Nm3 (O2 Kontenut ta' 3 %):

Sustanzi li jniġġsu | < 50 MWth | 50 sa 100 MWth | 100 sa 300 MWth | > 300 MWth |

SO2 | | 850 | 850 sa 200(tnaqqis lineari minn 100 sa 300 MWth) | 200 |

NOx | | 400 | 300 | 200 |

Trab | 50 | 50 | 30 | 30 |

II.2.2. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet

C espress f'mg/Nm3 (O2 kontenut ta' 6 %). Il-valuri medji kollha fuq il-perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu:

Sustanzi li jniġġsu | C |

Cd + Tl | 0,05 |

Hg | 0,05 |

Sb + As + Pb + Cr + Co + Cu + Mn + Ni + V | 0,5 |

C espress f'mg/Nm3 (O2 kontenut 6 %). Il-valuri medji kollha mkejlin fil-perjodu tal-kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu:

Sustanzi li jniġġsu | C |

Diossini u furani | 0,1 |

II.3. Disposizzjonijiet speċjali għas-setturi industrijali li jikko-inċeneraw l-iskart mhux koperti taħt II.1 jew II.2

II.3.1. C - valuri totali tal-limitu ta' l-emissjonijiet:

C espress f'ng/Nm3. Il-valuri medji kollha mkejlin fil-perjodu tal-kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu:

Sustanzi li jniġġsu | C |

Diossini u furani | 0,1 |

C espress f'mg/Nm3. Il-valuri medji kollha fuq perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu:

Sustanzi li jniġġsu | C |

Cd + Tl | 0,05 |

Hg | 0,05 |

[1] Għall-implimentazzjoni tal-valuri tal-limiti ta' l-emissjonijiet NOx fran tas-siment li qegħdin jaħdmu u li għandhom permess li jaqbel mal-leġislazzjoni tal-Komunità u li jibdew jikko-inċineraw l-iskart wara d-data msemmija fl-Artikolu 20(3) ma jitqisux bħala impjanti ġodda.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Tekniċi ta' kejl

1. Kejl għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja u l-ilma għandhom jitwettqu f'mod rappreżentattiv.

2. Kampjunar u analiżi tas-sustanzi li jniġġsu kollha li jinkludi diossini u furani kif ukoll metodi ta' kejl ta' referenza biex tikkalibra sistemi awtomatizzati ta' kejl għandhom jitwettqu kif imfassla minn CEN-standards. Jekk CEN standards mhumiex disponibbli, l-ISO standards, standards nazzjonali jew internazzjonali li jassiguraw l-għotja ta' data ta' kwalità xjentifika ekwivalenti għandhom japplikaw.

3. Fil-livell tal-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet ta' kull jum, il-valuri tal-95 % f'intervalli li tafdahom ta' riżultat wieħed imkejjel m'għandux jaqbeż il-persentaġġi tal-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet li ġejjin:

Monossidu tal-karbonju: | 10 % |

Diossidu tal-kubrit: | 20 % |

Diossidu tan-nitroġenu: | 20 % |

Trab totali: | 30 % |

Karbonju organiku totali | 30 % |

Kloru idroġenju | 40 % |

Floru idroġenju | 40 % |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-iskargar ta' ilma mormi li ġej mit-tindif tal-gassijiet ta' l-exhaust.

Sustanzi li jniġġsu | Valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet f'konċentrazzjonijiet massi tal-kampjuni mhux iffiltrati |

| |

1. Solidi sospiżi totali kif mniżżlin fid-Direttiva 91/271/KEE | 95 %30 mg/l | 100 %45 mg/l |

2. Merkurju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg) | 0,03 mg/l |

3. Kadmju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd) | 0,05 mg/l |

4. Talljum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala talljum (Tl) | 0,05 mg/l |

5. Arseniku u l-komponimenti tiegħu, espress bħala arseniku (As) | 0,15 mg/l |

6. Ċomb u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb) | 0,2 mg/l |

7. Kromjum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kromju (Cr) | 0,5 mg/l |

8. Ram u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ram (Cu) | 0,5 mg/l |

9. Nikel u l-komponimenti tiegħu, espress bħala nikel (Ni) | 0,5 mg/l |

10. Żingu u l-komponimenti tiegħu, espress bħala żingu (Zn) | 1,5 mg/l |

11.Diossini u furani, definiti bħala t-total tad-diossini u furani individwali evalwati skond l-Anness I | 0,3 ng/l |

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għas-solidi sospiżi totali jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' inċinerazzjoni sakemm il-permess jara minn qabel li 80 % tal-valuri mkejlin ma jaqbżux 30mg/l u li l-ebda minnhom ma jaqbżu 45 mg/l.

--------------------------------------------------

ANNESS V

IL-VALURI TAL-LIMITU TA' L-EMISSJONIJIET TA' L-ARJA

(a) Valuri medji ta' kull jum

Trab Totali | 10 mg/m3 |

Sustanzi tal-gassijiet u organiċi tal-fwar, espressi bħala karbonju organiku totali | 10 mg/m3 |

Kloru idroġenju (HCl) | 10 mg/m3 |

Floru idroġenju (HF) | 1mg/m3 |

Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 50 mg/m3 |

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżisteni b'kapaċità nominali li taqbeż 6 tunnellati kull siegħa jew għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġodda. | 200 mg/m3 [1] |

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżisteni b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati jew inqas kull siegħa. | 400 mg/m3 [1] |

Eżenzjonijiet ta' NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' ko-inċinerazzjoni:

- b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati fis-siegħa, sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 500mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2008,

- b'kapaċità nominali ta' 6 tunnellati fis-siegħa imma bl-istess kapaċità jew inqas minn 16-il tunnellata fis-siegħa sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 400mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2010,

- b'kapaċità nominali ta' 16 tunnellati fis-siegħa imma 25 tunnellata fis-siegħa u li ma jipproduċux skargar ta' l-ilma, sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma jaqbżux 400mg/m3 u dan sa l-1 ta' Jannar 2008,

Sa l-1 ta' Jannar 2008, eżenzjonijiet għat-trab jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' l-inċinerazzjoni sakemm il-permess jara minn qabel li l-valuri medji ta' kuljum ma' jaqbżux 20mg/m3.

(b) Valuri medji tan-nofs siegħa

| (100 %) A | (97 %) B |

Trab Totali | 30 mg/m3 | 10 mg/m3 |

Sustanzi tal-gassijiet u organiċi tal-fwar, espressi bħala karbonju organiku totali | 20 mg/m3 | 10 mg/m3 |

Kloru idroġenju (HCl) | 60 mg/m3 | 10 mg/m3 |

Floru idroġenju (HF) | 4 mg/m3 | 2 mg/m3 |

Dijossidu tal-kubrit (SO2) | 200 mg/m3 | 50 mg/m3 |

Monossidu tan-nitroġenu (NO) u dijossidu tan-nitroġenu (NO2), espressi bħala dijossidu tan-nitroġenu għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni eżistenti b'kapacità nominali li taqbeż 6 tunnellati kull siegħa jew għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni ġodda. | 400 mg/m3 [2] | 200 mg/m3 [2] |

Sa l-1 ta' Jannar 2010, eżenzjonijiet ta' l-NOx jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti eżistenti ta' l-inċinerazzjoni b'kapaċità nominali ta' bejn 6 u 16- il tunnellata fis-siegħa, sakemm il-valur medju ta' nofs siegħa ma jaqbiżx 600mg/m3 għall-kolonna A jew 400mg/m3 għall-kolonna B.

(ċ) Il-valuri medji kollha fuq il-perjodu tal-kampjunar ta' 30 minuta bħala minimu u ta' 8 siegħat bħala massimu:

Kadmju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kadmju (Cd) | total ta' 0,05 mg/m3 | total ta' 0,1 mg/m3 [3] |

Talljum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala talljum (Tl) |

Merkurju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala merkurju (Hg) | 0,05 mg/m3 | 0,1 mg/m3 [3] |

Antimonju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala antimonju (Sb) | total ta' 0,5 mg/m3 | total ta' 1 mg/m3 [3] |

Arseniku u l-komponimenti tiegħu, espress bħala arseniku (As) |

Ċomb u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ċomb (Pb) |

Kromjum u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kromju (Cr) |

Kobalt u l-komponimenti tiegħu, espress bħala kobalt (Co) |

Ram u l-komponimenti tiegħu, espress bħala ram (Cu) |

Manganeżju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala manganeżju (Mn) |

Nikel u l-komponimenti tiegħu, espress bħala nikel (Ni) |

Vanadju u l-komponimenti tiegħu, espress bħala vanadju (V) |

Dawn il-valuri medji jkopru wkoll formi ta' gass u fwar ta' l-emissjonijiet relevanti tal-metalli tqal kif ukoll il-komposti tagħhom.

(d) Il-valuri medji għandhom jitkejlu fuq perjodu ta' kampjunar ta' 6 siegħat bħala minimu u 8 siegħat bħala massimu. Il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet jirreferi għal konċentrazzjoni totali ta' dijossini u furani kkalkulati bl-użu ta' kunċett ta' l-ekwivalenza tossika skond l-Anness I.

Dijossini u Furani | 0,1 ng/m3 |

(e) L-valuri tal-limitu ta' l-emissjonijiet għall-konċentrazzjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) li ġejjin ma jistgħux jinqabżu fil-gassijiet tal-kombustjoni (il-fażijiet tal-bidu u tat-tmiem huma esklużi).

- 50 milligrammi/m3 ta' gass tal-kombustjoni iddeterminat bħala valur medju ta' kuljum;

- 150 milligrammi/m3 ta' gass tal-kombustjoni li huwa mill-inqas il-95 % tal-kejl kollu ddeterminat bħala il-valuri medji ta' l-10 minuti jew 100mg/m3 ta' gass tal-kombustjoni tal-kejl kollu ddeterminat bħala l-valuri medji ta' nofs siegħa meħudin f'kwalunkwe perjodu ta' 24 siegħa.

Eżenzjonijiet jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti għall-impjanti ta' l-inċinerazzjoni li jużaw it-teknoloġija tas-sodda fluwidifikata sakemm il-permess jara bil-quddiem il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju (CO) ta' mhux iktar minn 100mg/m3 bħala valur medju ta' kull siegħa.

(f) L-Istati Membri jistgħu jniżżlu regoli li jiggvernaw l-eżenzjonijiet ipprovduti f'dan l-Anness.

[1] Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti (tal-Komunità) il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għan-NOx ma japplikax għall-impjanti li jinċeneraw biss skart perikoluż.

[2] Sa l-1 ta' Jannar 2007 u mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni relevanti (tal-Komunità) il-valur tal-limitu ta' l-emissjonijiet għan-NOx ma japplikax għall-impjanti li jinċeneraw biss skart perikoluż.

[3] Sa l-1 ta' Jannar 2007 l-valuri medji għall-impjanti eżistenti li jinċeneraw biss skart perikoluż u għal minn l-permess ta' ħidma ġie mogħti qabel l-31 ta' Diċembru 1996.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Il-formola biex tiġi kkalkulata l-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet fil-persentaġġ standard tal-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu

+++++ TIFF +++++

ES = Il-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet ikkalkulati fil-persentaġġ standard tal-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu.

EK = Il-konċentrazzjoni ta' l-emissjonijiet ikkalkulat

OS = Il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu standard

OK = Il-konċentrazzjoni ta' l-ossiġnu kkalkulat

--------------------------------------------------

Top