EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0501

Kawża C-501/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit- 3 ta’ Diċembru 2009 — Lothar Lohmeyer vs Finanzamt Minden

ĠU C 63, 13.3.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Lothar Lohmeyer vs Finanzamt Minden

(Kawża C-501/09)

2010/C 63/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lothar Lohmeyer

Konvenut: Finanzamt Minden

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel”, li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), għandu jinftiehem fis-sens li jkopri biss affarijiet tal-ikel “għal take-away”, bħall-ikel li normalment jinbiegħ fi kjosks tal-ikel, jew fis-sens li jkopri wkoll ikel, jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ “affarijiet ta’ l-ikel” li jinsab fil-Kategorija 1 tal-Anness H tad-Direttiva 77/388 jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-ikel, jew platti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 77/388 għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri anki l-provvista ta’ ikel, jew ta’ platti ta’ ikel, ippreparat reċentement, li l-akkwirent ma jixtrix bl-iskop ta’ take-away iżda jikkonsmah fil-post filwaqt li juża l-attrezzaturi għal dan il-għan, bħal, pereżempju, xkafef, imwejjed żgħar jew strutturi simili?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


Top