EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CJ0475

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-12 ta' Frar 2009.
il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Repubblika tal-Polonja.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) - Mument li fih tkun dovuta t-taxxa.
Kawża C-475/07.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2009:86





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Frar 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja

(Kawża C‑475/07)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq l-elettriku – Direttiva 2003/96/KE – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) – Mument li fih tkun dovuta t-taxxa”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Formulazzjoni mhux ambigwa tat-talbiet tar-rikorrenti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 38(1)(ċ)) (ara l-punti 43,44)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Ħtieġa ta’ traspożizzjoni ċara u preċiża (Artikolu 249 KE) (ara l-punt 49)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Prova tan-nuqqas - Oneru tal-Kummissjoni - Traspożizzjoni insuffiċjenti jew inadegwata ta’ direttiva (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 54)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) – Mument li fih tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku.

Dispożittiv

1)         Billi naqset milli tikkonforma, fl-1 ta’ Jannar 2006, is-sistema tagħha ta’ tassazzjoni tal-elettriku, fir-rigward ta’ meta tkun dovuta t-taxxa fuq l-elettriku, mar-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.

2)         Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top