EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 32019R0802

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/802 tas-17 ta' Mejju 2019 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2019/3460

ĠU L 132, 20.5.2019, blz. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Juridische status van het document Van kracht

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/802/oj

20.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/802

tas-17 ta' Mejju 2019

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 26(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 (2) fiha l-iżbalji fl-Artikolu 1(1) u (2) fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(2)

Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/775 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Mejju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/775 tat-28 ta' Mejju 2018 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fir-rigward tar-regoli biex jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju ta' ikel (ĠU L 131, 29.5.2018, p. 8).


Naar boven