EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0691

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/691 tal-4 ta' Mejju 2016 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-kaseinati li jittieklu (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2603

ĠU L 120, 5.5.2016, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/691/oj

5.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/691

tal-4 ta' Mejju 2016

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel fil-kaseinati li jittieklu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Dik il-lista tista' tiġi emendata f'konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), b'inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni.

(3)

Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tipprovdi lista ta' addittivi tal-ikel li jistgħu jintużaw fil-kaseinati li jittieklu. Id-Direttiva hija riformulazzjoni tad-Direttiva 83/417/KEE (4) dwar ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem.

(4)

Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tipprovdi ċarezza dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti sustanzi fil-kaseinati li jittieklu li jitqiesu addittivi tal-ikel. Id-dispożizzjonijiet dwar l-addittivi tal-ikel fid-Direttiva (UE) 2015/2203 għandhom ikunu riflessi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(5)

Il-kaseinati li jittieklu jiffurmaw parti mill-prodotti tal-ħalib. Madankollu, dak il-grupp mhuwiex speċifikat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. Għalhekk għandha tiġi stabbilita kategorija tal-ikel bl-isem ta' “Kaseinati li jittieklu” u l-addittivi awtorizzati fil-kaseinati li jittieklu għandhom ikunu inklużi bil-kundizzjonijiet tal-użu rispettivi.

(6)

It-trasferiment se jiżgura li jkun hemm ċarezza ġuridika u ma jintroduċix użi ġodda tal-addittivi tal-ikel. L-użu estiż ta' dawk l-addittivi jikkostitwixxi aġġornament tal-lista tal-Unjoni li mhux mistenni jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, m'hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel.

(7)

Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2015/2203 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati ma' kaseini u kaseinati maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE (ĠU L 314, 1.12.2015, p. 1).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE tal-25 ta' Lulju 1983 dwar l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' ċerti lattoproteini (il-kaseini u l-kaseinati) maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 237, 26.8.1983, p. 25).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti D, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata għall-kategorija tal-ikel “01.8 Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb”:

“01.9

Kaseinati li jittieklu”

(2)

Fil-Parti E, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-aħħar entrata għall-kategorija tal-ikel “01.8 Analogi ta' prodotti tal-ħalib, inklużi whiteners tax-xorb”:

“01.9

Kaseinati li jittieklu

 

E 170

Karbonat tal-kalċju

quantum satis

 

 

 

E 331

Ċitrati tas-sodju

quantum satis

 

 

 

E 332

Ċitrati tal-potassju

quantum satis

 

 

 

E 333

Ċitrati tal-kalċju

quantum satis

 

 

 

E 380

Ċitrat tat-triammonju

quantum satis

 

 

 

E 500

Karbonati tas-sodju

quantum satis

 

 

 

E 501

Karbonati tal-potassju

quantum satis

 

 

 

E 503

Karbonati tal-ammonju

quantum satis

 

 

 

E 504

Karbonati tal-manjeżju

quantum satis

 

 

 

E 524

Idrossidu tas-sodju

quantum satis

 

 

 

E 525

Idrossidu tal-potassju

quantum satis

 

 

 

E 526

Idrossidu tal-kalċju

quantum satis

 

 

 

E 527

Idrossidu tal-ammonju

quantum satis

 

 

 

E 528

Idrossidu tal-manjeżju

quantum satis

 

 


Top