EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0056

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/56/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 243, 18.9.2007, p. 50–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/56/oj

18.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 243/50


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/56/KE

tas-17 ta’ Settembru 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f'dawn l-evalwazzjonijiet jinkludu l-espożizzjoni ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwi jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u jkun tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-istima tal-konsum fid-dieta.

(3)

L-MRLs għall-pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi li ġew mibdula jew użi ġodda. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta' residwi ta' azoxystrobin, chlorothalonil, ioxynil u quinoxyfen.

(4)

Għal hexachlorobenzene, ingħadda tagħrif lill-Kummissjoni li dan il-pestiċida, minħabba kontaminazzjoni ambjentali, jista’ jinstab fiż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, prodott li jiġi kkunsmat bħala ikel f’bosta Stati Membri, f’livelli ogħla mil-limitu tad-determinazzjoni analitika. Għaldaqstant, jinħtieġ li “żerriegħa tal-qargħa ħamra” tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE u li jiġu ffissati MRLs għaż-żerriegħa tal-qargħa ħamra biex il-konsumaturi jitħarsu minn residwi eċċessivi ta’ hexachlorobenzene.

(5)

Għal oxamyl, ġew stabbiliti MRLs temporanji fid-Direttiva 90/642/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE (5), sakemm titressaq id-data tal-provi. Konsegwentement, id-data tal-provi għal oxamyl tressqet u ġiet evalwata. B’riżultat ta’ dan, l-MRLs temporanji għall-oxamyl jistgħu jiġu kkonfermati.

(6)

Għad-deltamethrin, ġew stabbiliti wkoll MRLs temporanji fid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE mid-Direttiva 2006/59/KE, sakemm issir ir-reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istat Membru. Wara eżaminazzjoni ulterjuri, deher li għandu jingħata aktar żmien sabiex ikun żgurat li l-użi tad-deltamethrin awtorizzati fil-livell ta’ l-Istat Membru jingħataw kunsiderazzjoni xierqa. Għaldaqstant, jixraq li tiġi estiża l-validità ta’ l-MRLs temporanji għad-deltamethrin.

(7)

L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġiet assessjata u evalwata skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (6). Skond dawk l-istimi u l-evalwazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(8)

Fil-każ ta' chlorothalonil u ioxynil li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi minn kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġiet assessjata u evalwata skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP – Scientific Committee on Plants), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi (7), ġew meqjusa. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta' żmien qasir.

(9)

Fejn l-użi awtorizzati ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użi awtorizzati, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn l-użi f'pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom imnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell minimu tad-determinazzjoni analitika.

(10)

L-iffissar jew il-modifika ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal ioxynil u quinoxyfen skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta' dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi.

(11)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex ikun jista' jkun hemm sorveljanza u kontroll xierqa ta' l-użi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u biex jitħares il-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta' dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jiġu ffisstati għall-ewwel darba.

(12)

Id-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(13)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Anness I, fil-grupp 4 “Żerriegħa taż-żejt”, tiżdied l-entrata “Żerriegħa tal-qargħa ħamra”.

(2)

L-Anness II huwa emendat skond l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Diċembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).

(2)  ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25).

(4)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

(5)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61.

(6)  Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

(7)  L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998). L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l-14 ta’ Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html


ANNESS I

Fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, il-linja għal “Deltamethrin” tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Residwi tal-Pestiċida

Livelli massimi f’mg/kg

“Deltamethrin (cis-deltamethrin) (1)

2

ĊEREALI


(1)  MRLs temporanji validi sa l-1 ta’ Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri.”


ANNESS II

Fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, il-linja għal “Deltamethrin (cis-deltamethrin)” tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

 

Livelli massimi f’mg/kg

Residwi tal-Pestiċida

tax-xaħam fil-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni ta’ l-annimali u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex 0201 , 0202 , 0203 , 0204 , 0205 , 0206 , 0207 , ex 0208 , 0209 , 0210 , 1601 u 1602

(1) (4)

ta' ħalib tal-baqra u l-krema tal-ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestatura Nru 0401 ; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri. 0401 , 0402 , 0405 00 u 0406 skond

(2) (4)

ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd u isfar tal-bajd tat-tjur elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408

(3) (4)

“Deltamethrin (cis-deltametrin) (1)

fwied u kliewi 0.03 (*), tjur tar-razzett u prodotti tagħhom 0,1, oħrajn 0.5

0,05

0,05  (*)


(*)  jindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika

(1)  MRL temporanju validu sa l-1 ta’ Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri.”


ANNESS III

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen jinbidlu b’dan li ġej:

 

“Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwi massimu (mg/kg)

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs

Azoxystrobin

Chlorothalonil

Deltamethrin (cis-deltamethrin) (1)

Hexachlorobenzene

Ioxynil inklużi l-esteri espressi bħala loxynil

Oxamyl

Quinoxyfen

1.

Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież

 

 

 

0,01  (*)

0,05  (*)  (p)

 

 

(i)

FROTT TAĊ-ĊITRU

1

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

0,02  (*)  (p)

Grejpfrut

 

 

 

 

 

 

 

Lumi

 

 

 

 

 

 

 

Lajm

 

 

 

 

 

 

 

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra)

 

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

 

Larinġ

 

 

 

 

 

 

 

Pomelos

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

(ii)

ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,1  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Lewż

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż tal-Brażil

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta’ l-anakardju

 

 

 

 

 

 

 

Qastan

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż ta' l-Indi

 

 

 

 

 

 

 

Ġellewż

 

 

 

 

 

 

 

Makadamja

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież tal-Pekan

 

 

 

 

 

 

 

Ġwież ta’ l-arznu

 

 

 

 

 

 

 

Pistaċċi

 

 

 

 

 

 

 

Ġewż

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(iii)

FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT)

0,05  (*)

1

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

Tuffieħ

 

 

0,2

 

 

 

0,05  (p)

Lanġas

 

 

 

 

 

 

 

Sfarġel

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,1

 

 

 

0,02  (*)  (p)

(iv)

FROTT TA’ L-GĦADMA

0,05  (*)

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

Berquq

 

1

 

 

 

 

0,05  (p)

Ċirasa

 

 

0,2

 

 

 

0,3  (p)

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili)

 

1

 

 

 

 

0,05  (p)

Għanbaqar

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

0,1

 

 

 

0,02  (*)  (p)

(v)

BERRIES U FROTT ŻGĦIR

 

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

(a)

Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid

2

 

0,2

 

 

 

1  (p)

Għeneb tal-mejda

 

1

 

 

 

 

 

Għeneb ta' l-inbid

 

3

 

 

 

 

 

(b)

Frawli (ħlief dak selvaġġ)

2

3

0,2

 

 

 

0,3  (p)

(c)

Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ)

 

0,01  (*)

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

Tut

3

 

0,5

 

 

 

 

Dewberries

 

 

 

 

 

 

 

Loganberries

 

 

 

 

 

 

 

Ċawsli

3

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

 

0,05  (*)

 

 

 

 

(d)

Frott u berries żgħar oħra (ħlief dak selvaġġ)

0,05  (*)

 

 

 

 

 

2  (p)

Bilberries

 

 

 

 

 

 

 

Cranberries

 

2

 

 

 

 

 

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

 

10

0,5

 

 

 

 

Gooseberries

 

10

0,2

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

 

(e)

Berries u frott salvaġġ

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

0,02  (*)  (p)

(vi)

MIXXELLANJA

 

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Avokado

 

 

 

 

 

 

 

Banana

2

0,2

 

 

 

 

 

Tamal

 

 

 

 

 

 

 

Tin

 

 

 

 

 

 

 

Kiwi

 

 

0,2

 

 

 

 

Kumquats

 

 

 

 

 

 

 

Litchis

 

 

 

 

 

 

 

Mango

0,2

 

 

 

 

 

 

Żebbuġ (konsum domestiku)

 

 

1

 

 

 

 

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt)

 

 

1

 

 

 

 

Papaja

0,2

20

 

 

 

 

 

Passion fruit

 

 

 

 

 

 

 

Ananas

 

 

 

 

 

 

 

Rummien

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

 

2.

Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

 

 

 

0,01  (*)

 

 

 

(i)

ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ

 

 

0,05  (*)

 

 

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Pitrava zokkrija

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija

0,2

1

 

 

0,2  (p)

 

 

Cassava

 

 

 

 

 

 

 

Krafes

0,3

1

 

 

 

 

 

Horseradish

0,2

 

 

 

 

 

 

Artiċokks

 

 

 

 

 

 

 

Zunnarija bajda

0,2

 

 

 

0,2  (p)

 

 

Tursin ta’ l-għeruq

0,2

 

 

 

 

 

 

Ravanell

0,2

 

 

 

 

 

 

Sassefrika

0,2

 

 

 

 

 

 

Patata ħelwa

 

 

 

 

 

 

 

Swedes

 

 

 

 

 

 

 

Turnips

 

 

 

 

 

 

 

Jam

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

(ii)

ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL

 

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Tewm

 

0,5

0,1

 

0,2  (p)

 

 

Basal

 

0,5

0,1

 

0,2  (p)

 

 

Shallots

 

0,5

0,1

 

0,2  (p)

 

 

Il-basal żgħir

2

5

0,1

 

3  (p)

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

 

 

(iii)

ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA

 

 

 

 

0,05  (*)  (p)

 

 

(a)

Solanacea

2

2

 

 

 

 

0,02  (*)  (p)

Tadam

 

 

0,3

 

 

0,02  (p)

 

Bżar

 

 

 

 

 

0,02  (p)

 

Brunġiel

 

 

0,3

 

 

0,02  (p)

 

Okra

 

 

0,3

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

0,2

 

 

0,01  (*)  (p)

 

(b)

Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel

1

 

0,2

 

 

 

0,02  (*)  (p)

Ħjar

 

1

 

 

 

0,02  (p)

 

Gherkins

 

5

 

 

 

0,02  (p)

 

Qarabagħli

 

 

 

 

 

0,03  (p)

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

(c)

Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx

0,5

1

0,2

 

 

0,01  (*)  (p)

0,05  (p)

Bettieħ

 

 

 

 

 

 

 

Squashes

 

 

 

 

 

 

 

Dulliegħ

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Qamħirrum ħelu

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(iv)

ĦXEJJEX BRASSIKA

 

 

 

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,5

3

0,1

 

 

 

 

Brokkli (inkluża l-Calabrese)

 

 

 

 

 

 

 

Pastard

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Brassika bir-ras

0,3

 

0,1

 

 

 

 

Brussels sprouts

 

3

 

 

 

 

 

Kaboċċa tar-ras

 

3

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

0,01  (*)

 

 

 

 

 

(c)

Brassika bil-weraq

5

0,01  (*)

0,5

 

 

 

 

Kaboċċa taċ-Ċina

 

 

 

 

 

 

 

Kale

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(d)

Ġidra

0,2

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

 

(v)

ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦAXIX AROMATIKU FRISK

 

 

 

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(a)

Ħass u simili

3

0,01  (*)

0,5

 

 

 

 

Krexxuni

 

 

 

 

 

 

 

Ħass tal-ħaruf

 

 

 

 

 

 

 

Ħass

 

 

 

 

 

 

 

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa)

 

 

 

 

 

 

 

Rukola

 

 

 

 

 

 

 

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-weraq tat-turnip

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(b)

Spinaċi u simili

0,05  (*)

0,01  (*)

0,5

 

 

 

 

Spinaċi

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-pitravi (chard)

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(c)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

 

(d)

Witloof

0,2

0,01  (*)

0,05  (*)

 

 

 

 

(e)

Ħaxix aromatiku

3

5

0,5

 

 

 

 

Maxxita

 

 

 

 

 

 

 

Kurrat salvaġġ

 

 

 

 

 

 

 

Tursin

 

 

 

 

 

 

 

Weraq tal-karfus

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

(vi)

ĦXEJJEX LEGUMI (friski)

 

 

0,2

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Fażola (bl-imżiewed)

1

5

 

 

 

 

 

Fażola (mingħajr imżiewed)

0,2

2

 

 

 

 

 

Piżelli (bl-imżiewed)

0,5

2

 

 

 

 

 

Piżelli (mingħajr imżiewed)

0,2

0,3

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

 

 

 

 

 

(vii)

ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski)

 

 

 

 

 

0,01  (*)  (p)

 

Asparagu

 

 

 

 

 

 

 

Kardun

 

 

 

 

 

 

 

Karfus

5

10

 

 

 

 

 

Bużbież

5

 

 

 

 

 

 

Qaqoċċ

1

 

0,1

 

 

 

0,3  (p)

Kurrat

2

10

0,2

 

3  (p)

 

 

Rabarbru

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

 

0,05  (*)  (p)

 

0,02  (*)  (p)

(viii)

FAQQIEGĦ

0,05  (*)

 

0,05

 

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

(a)

Faqqiegħ ikkoltivat

 

2

 

 

 

 

 

(b)

Faqqiegħ selvaġġ

 

0,01  (*)

 

 

 

 

 

3.

Żrieragħ imnixxfin

0,1

0,01  (*)

1

0,01  (*)

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

Fażola

 

 

 

 

 

 

 

Għazz

 

 

 

 

 

 

 

Piżelli

 

 

 

 

 

 

 

Lupini

 

 

 

 

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

4.

Żjut ta’ żrieragħ

 

 

 

 

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

Żerriegħa tal-kittien

 

 

 

 

 

 

 

Karawett

 

0,05

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-peprin

 

 

 

 

 

 

 

Ġulġlien

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-ġirasol

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-lift

0,5

 

0,1

 

 

 

 

Żerriegħa tas-sojja

0,5

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-mustarda

 

 

0,1

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qoton

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qanneb

 

 

 

 

 

 

 

Żerriegħa tal-qargħa ħamra

 

 

 

0,05

 

 

 

Oħrajn

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

0,02  (*)

 

 

 

5.

Patata

0,05  (*)

0,01  (*)

0,05  (*)

0,01

0,05  (*)  (p)

0,01  (*)  (p)

0,02  (*)

Patata bikrija

 

 

 

 

 

 

 

Varjazzjonijiet ta’ patata

 

 

 

 

 

 

 

6.

Te (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis)

0,1  (*)

0,1  (*)

5

0,02  (*)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,05  (*)  (p)

7.

Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat

20

50

5

0,02  (*)

0,1  (*)  (p)

0,02  (*)  (p)

0,5  (p)


(*)  Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.

(1)  MRLs temporanji validi sa l-1 ta' Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri.

(p)  Tindika li l-livell massimu ta’ residwi jkun ġie stabbilit proviżorjament skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE.”


Top