EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000D0253

Id-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2000 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni Socrates

ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/253(1)/oj

32000D0253



Official Journal L 028 , 03/02/2000 P. 0001 - 0015


Id-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-24 ta’ Jannar 2000

li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni "Socrates"

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l- l-Artikoli 149 u 150 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fl-10 ta’ Novembru 1999,

Billi:

(1) t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej jipprovdi li l-azzjoni ta’ dan ta’ l-aħħar għandha tikkontribwixxi, inter alia, għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità u taħriġ; il-miżuri skond dan il-programm għandhom jippromwovu d-dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità bil-ħsieb li jiġi mħajjar it-tagħlim tul il-ħajja;

(2) bid-Deċiżjoni Nru 819/95/EC il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stabbilixxu l-programm ta’ azzjoni tal-Komunità Socrates [5];

(3) il-Kunsill Ewropew straordinarju dwar l-impjiegi li sar fil-Lussemburgu fl-20 u l-21 ta’ Novembru 1997 għaraf il-fatt li l-edukazzjoni matul il-ħajja kollha u t-taħriġ jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni importanti lill-politika dwar l-impjiegi ta’ l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet tax-xogħol, l-addattabilità u l-kultura ta’ intrapreniżmu u biex jiġu promossi opportunitajiet indaqs;

(4) fil-komunikazzjoni tagħha "Lejn Ewropa ta’ Għarfien" il-Kummissjoni stabbiliet linji ta’ gwida għall-ħolqien ta’ żona ta’ edukazzjoni Ewropea miftuħa u dinamika li kapaċi tikseb l-għanijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ matul il-ħajja kollha;

(5) fil-White Paper tagħha "Tgħallem u titgħallem - Lejn soċjetà li titgħallem", il-Kummissjoni dikjarat li l-ħruġ ta’ soċjetà li titgħallem tinvolvi li jiġi inkoraġġit l-akkwist ta’ tagħrif ġdid u għal dan il-għan tiġi provduta l-motivazzjoni li wieħed jitgħallem f’kull opportunità u fil-Green Paper tagħha "Edukazzjoni, taħriġ, riċerka: l-ostakoli ta’ mobilità transnazzjonali", il-Kummissjoni enfasizzat il-vantaġġi tal-mobilità għall-poplu u l-kompetittività fl-Unjoni Ewropea;

(6) l-għan tal-Kummissjoni, flimkien max-xewqa tal-Parlament Ewropew, huwa li tinkiseb rata ta’ parteċipazzjoni ta’ madwar 10 % ta’ l-iskejjel skond l-azzjoni Comenius u ta’ madwar 10 % ta’ l-istudenti fl-attivitajiet ta’ mobilità skond l-azzjoni Erasmus;

(7) hemm il-ħtieġa ta’ promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva u biex titħarrax il-ġlieda kontra l-eskluzzjoni fil-forom kollha tagħha, inkluż ir-razziżmu u x-xenofobija; attenzjoni speċjali għandha tiġi ffokata fuq il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza u t-tkattir ta’ opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel; billi għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-persuni bi bżonnijiet speċjali;

(8) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fid-Deċiżjoni tagħhom dwar iż-żgħażagħ, u l-Kunsill, fid-Deċiżjoni 1999/382/EC dwar it-taħriġ [6], stabbilew programmi ta’ azzjoni tal-Komunità għall-oqsma taż-żgħażagħ u t-taħriġ rispettivament, li jikkontribwixxu flimkien mal-programm Socrates, għall-promozzjoni ta’ Ewropa ta’għarfien

(9) huwa meħtieġ, biex jiġi rinfurzat il-valur miżjud ta’ l-azzjoni tal-Komunità, li l-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tiżgura, fil-livelli kollha, koerenza u komplimentarjetà bejn l-azzjonijiet implimentati fil-kwadru ta’ din id-Deċiżjoni u politika oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet;

(10) huwa meħtieġ li tiġi provduta l-possibiltà ta’ l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet konġunti li jinvolvu l-programm Socrates u programmi oħra tal-Komunità jew azzjonijiet li jkollhom dimensjoni edukattiva, b’hekk tiġi mħajra s-sinerġija u jiġi rinfurzat il-valur miżjud ta’ l-azzjoni tal-Komunità;

(11) Il-Ftehim dwar iż-Zona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) jipprovdi għall-kooperazzjoni akbar fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-pajjiżi ta’ l-Assoċjazzjoni dwar Kummerċ Ewropew ħieles li jieħdu sehem fiż-Zona Ekonomika Ewropea (pajjiżi AEKĦ/ŻEE), mill-oħra.

(12) għandha ssir dispożizzjoni biex il-programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi assoċjati ċentrali u ta’ Lvant ta’ l-Ewropa (CEEC) skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-protokolli addizzjonali tagħhom fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi, ta’ Ċipru, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dak il-pajjiż, kif ukoll ta’ Malta u t-Turkija, iffinanzjati mill-approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

(13) Dan il-programm għandu jiġi segwit regolarment u evalwat b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikun jippermetti għall-aġġustamenti mill-ġdid, partikolarment fil-prijoritajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri; billi l-evalwazzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni esterna li għandha titwettaq minn korpi indipendenti u imparzjali;

(14) skond il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità kif definiti fl-Artikolu 5 tat-Trattat, billi l-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta jikkonċernaw il-kontribuzzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea għall-edukazzjoni ta’ kwalità ma jistgħux suffiċjentement jinkisbu mill-Istati Membri, inter alia, minħabba l-ħtieġa ta’ sħubija multilaterali, mobilità multilaterali u skambju ta’ tagħrif mal-Komunità kollha, jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar mill-Komunità minħabba d-dimensjoni transnazzjonali ta’ l-azzjonijiet u l-miżuri tal-Komunità; din id-Deċiżjoni ma tmurx ’l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet;

(15) it-titjib tas-sistema Ewropea tat-trasferiment ta’ kreditu (ECTS) huwa mezz effettiv biex jiġi żgurat li l-mobilità tilħaq l-għanijiet kollha tagħha; l-universitajiet li jipparteċipaw fil-programm huma nkoraġġiti biex jagħmlu l-aktar użu wiesgħa ta’ l-ECTS;

(16) din id-Deċiżjoni tistabbilixxi, għat-tul kollu tal-programm, kwadru finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-ftehim interistiruzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni [7], dwar id-dixxiplina fl-estimi u t-titjib fil-proċedura ta’ l-estimi;

(17) il-miżuri meħtieġa għal-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/EC tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [8],

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment tal-programm

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, "Socrates", hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ il-programm.

2. Dan il-programm għandu jiġi mplimentat matul il-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2000 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006.

3. Dan il-programm għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ Ewropa ta’ għarfien permezz ta’ l-iżvilupp ta’ dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni u taħriġ permezz tal-promozzjoni ta’ tagħlim tul il-ħajja, ibbażat fuq edukazzjoni nformali u taħriġ. Għandu jappoġġa l-bini tat-tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li x’aktarx iħajjru ċittadinanza attiva u opportunitajiet tax-xogħol.

4. Dan il-programm għandu jsostni u jissupplimenta l-azzjoni meħuda minn u fl-Istati Membri, waqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltà tagħhom għall-kontenut ta’ l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ edukazzjoni u ta’ sistemi ta’ taħriġ, u d-diversità tagħhom kulturali u lingwistika.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

Sabiex il-programm jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ edukazzjoni ta’ kwalità u jħajjar it-tgħalim matul il-ħajja kollha, filwaqt li jirrispetta r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri, l-għanijiet tiegħu għandhom ikunu:

(a) li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni fil-livelli kollha u biex jiġi faċilitat aċċess transnazzjonali wiesgħa għar-riżorsi edukattivi fl-Ewropa waqt li jiġu promossi opportunitajiet indaqs fl-oqsma kollha ta’ l-edukazzjoni;

(b) li jippromwovi titjib kwantitattiv u kwalitattiv tal-għarfien ta’ l-ilsna ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dawk l-ilsna li huma l-anqas użati b’mod wiesgħa u l-anqas mgħallma b’mod wiesgħa, sabiex iwasslu għall-ftehim akbar u solidarjetà bejn il-popli ta’ l-Unjoni Ewropea u tiġi promossa dimensjoni interkulturali ta’ edukazzjoni;

(ċ) li jippromwovi kooperazzjoni u mobilità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, b’mod partikolari billi:

- jiġi mħajjar il-iskambju bejn istituzzjonijiet edukattivi,

- jippromovi tagħlim miftuħ u f’ċertu distanza,

- iħajjar it-titjib fl-għarfien ta’ diplomi u perjodi ta’ studju,

- jiżviluppa l-iskambju ta’ tagħrif,

u jgħin biex jitneħħew l-ostakoli f’dan ir-rigward;

(d) iħajjar l-innovazzjoni fl-iżvilupp ta’ prattiċi edukattivi u materjali, inkluż, fejn xieraq, l-użu ta’ teknoloħiji ġodda, u biex jesplora kwistjonijiet ta’ politika ta’ interess komuni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni.

Artikolu 3

Azzjonijiet tal-Komunità

1. L-għanijiet ta’ dan il-programm kif imniżżla fl-Artikolu 2 għandhom jiġu segwiti permezz ta’ l-azzjonijiet li ġejjin, li l-kontenut ta’ operazzjoni u l-proċeduri ta’ applikazzjoni tagħhom huma mfissra fl-Anness:

Azzjoni 1 | Edukazzjoni skolastika (Comenius); |

Azzjoni 2 | Edukazzjoni għola (Erasmus); |

Azzjoni 3 | Edukazzjoni tal-adulti u mezzi oħra edukattivi (Grundtvig); |

Azzjoni 4 | Tagħlim u tagħlim ta’ l-ilsna (Lingua); |

Azzjoni 5 | Tagħlim miftuħ u minn distanza; teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni fil-qasam edukattiv (Minerva); |

Azzjoni 6 | Osservazzjoni u innovazzjoni; |

Azzjoni 7 | Azzjonijiet konġunti; |

Azzjoni 8 | Miżuri li jakkumpanjaw |

2. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati permezz tat-tipi ta’ miżuri li ġejjin, fil-forma ta’ operazzjonijiet transnazzjonali li jistgħu jikkombinaw diversi mill-miżuri:

(a) appoġġ għall-mobilità transnazzjonali tal-poplu fil-qasam ta’ l-edukazzjoni fl-Ewropa;

(b) appoġġ għall-użu ta’ teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni (ICT) fl-edukazzjoni;

(ċ) appoġġ għall-iżvilupp ta’ networks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jiffaċilitaw il-iskambju ta’ esperjenzi u prattika kif imiss;

(d) il-promozzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ ilsna u l-ftehim tal-kulturi differenti;

(e) appoġġ għall-proġetti pilota innovattivi bażati fuq is-sħubija transnazzjonali maħsuba biex tiżviluppa l-innovazzjoni u l-kwalità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni;

(f) titjib kontinwu fil-materjal ta’ referenza tal-Komunità permezz ta’

- l-osservazzjoni u l-analiżi ta’ politika adukattiva nazzjonali,

- l-osservazzjoni u t-tixrid ta’ prattika kif imiss u innovazzjoni,

- skambjukomprensiv ta’ tagħrif.

Artikolu 4

Aċċess għall-programm

1. Taħt il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni speċifikata fl-Anness, dan il-programm huwa immirat b’mod partikolari lejn:

(a) tfal ta’ l-iskola, studenti u oħrajn li jitgħallmu;

(b) impjegati involuti direttament fl-edukazzjoni;

(ċ) it-tipi kollha ta’ istituzzjonijiet edukattivi speċifikati minn kull Stat Membru;

(d) il-persuni u l-korpi responsabbli għas-sistemi ta’ edukazzjoni u politika f’livell lokali, reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri.

2. Korpi pubbliċi jew privati li jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet edukattivi jistgħu wkoll jieħdu parti fl-attivitajiet addattati taħt dan il-programm, b’mod partikolari:

- korpi u organizzazzjonijiet lokali u reġjonali,

- assoċjazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet ta’ studenti, ta’ tfal ta’ l-iskola, ta’ l-għalliema u tal-ġenituri,

- kumpanniji u konsortia, organizzazzjonijiet tal-kummerċ u l-Kmamar tal-Kummerċ u l-Industrija

- imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tagħhom fil-livelli kollha,

- ċentri u korpi ta’ riċerka.

Artikolu 5

Implimentazzjoni tal-programm u kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni għandha

- tiżgura l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità koperti b’dan il-programm b’konformità ma’ l-Anness.

- tikkonsulta ma’ l-imsieħba soċjali u l-assoċjazzjonijiet relevanti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni f’livell Ewropew u għandhom jinformaw lill-kumitat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 8(1) bl-opinjonijiet tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom

- jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw it-tmexxija effiċjenti tal-programm fil-livell ta’ l-Istat Membru billi jinvolvu l-partijiet kollha konċernati fl-edukazzjoni skond il-prattika nazzjonali,

- iwaqqfu struttura addattata għall-amministrazzjoni koordinata ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet tal-programm fil-livell ta’ l-Istat Membru (aġenziji nazzjonali Socrates),

- jagħmlu minn kollox biex jaddottaw dawk il-miżuri hekk li jqisu xierqa biex jitneħħaw ostakoli amministrattivi għall-aċċess tal-programm,

- jieħdu l-passi biex jiżguraw li sinerġiji potenzjali ma’ programmi oħra tal-Komunità jiġu realizzati fil-livell ta’ l-Istat Membru.

3. Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni ma ’l-Istati Membri, għandha tiżgura

- it-transizzjoni bejn dawk l-azzjonijiet imwettqa fil-kwadru tal-programm ta’ qabel fil-qasam ta’ l-edukazzjoni (Socrates, imwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 819/95/EC) u dawk li għandhom jiġu implimentati skond dan il-programm,

- it-tixrid tar-riżultati ta’ l-azzjonijiet imwettqa fil-kwadru tal-programm ta’ qabel fil-qasam ta’ l-edukazzjoni (Socrates) u dawk li għandhom jiġu mplimentati skond dan il-programm,

- it-tagħrif xieraq, pubbliċità u insegwiment fir-rigward ta’ l-azzjonijiet appoġġati skond dan il-programm.

Artikolu 6

Azzjonijiet konġunti

Bħala parti mill-proċess ta’ bini ta’ Ewropa ta’ għarfien, il-miżuri li jinsabu f’dan il-programm jistgħu jiġu implimentati skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 8(2) bħala azzjonijiet konġunti ma’ programmi relatati tal-Komunità u azzjonijiet, partikolarment Leonardo da Vinci u Żgħażagħ kif ukoll programmi tal-Komunità fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u teknoloġiji ġodda.

Artikolu 7

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jirrelataw mal-kwistjonijiet li hemm referenza għalihom hawn taħt għandhom jiġu addottati skond il-proċedura ta’ amministrazzjoni li hemm referenza għaliha fl- l-Artikolu 8(2).

(a) il-pjan tax-xogħol ta’ kull sena, inklużi l-prijoritajiet, temi għal azzjonijiet konġunti u l-għażla tal-kriterji u l-proċeduri;

(b) l-appoġġ finanzjarji li għandu jiġi provdut mill-Komunità (ammonti, tul u min jirċevih) u l-linji ġenerali ta’ gwida għall-implimentazzjoni tal-programm;

(ċ) l-estimi ta’ kull sena u t-tqassim tal-fondi skond l-azzjonijiet differenti tal-programm;

(d) it-tqassim tal-fondi fost l-Istati Membri għall-azzjonijiet li għandhom jiġu amministrati fuq bażi ta’ deċentralizzazzjoni;

(e) l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm u għat-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati;

(f) Il-proposti tal-Kummissjoni għall-għażla tal-proġetti, inklużi dawk taħt l-azzjoni 7 (Azzjonijiet konġunti).

2. Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jirrelataw mal-kwistjonijiet l-oħra kollha għandhom jiġu addottati skond il-proċedura ta’ konsultazzjoni irli hemm referenza għaliha fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 8

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom ikunu applikabbli, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu preskritt fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandu jkun iffissat għal xahrejn.

3. Meta issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/EC għandhom ikun applikabbli, wara li jingħata kont tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

4. Il-Kumitat għandu jadotta ir-regoli tiegħu ta’ proċedura.

Artikolu 9

Kooperazzjoni ma’ kumitati oħra ta’ programmi u tagħrif dwar inizjattivi oħra tal-Komunità

1. Il-Kumitat għandu jistabbilixxi kooperazzjoni regolari u strutturata mal-Kumitat imwaqqaf fil-kwadru tal-programm ta’ azzjoni Leonardo da Vinci għall-implimentazzjoni ta’ politika tal-Komunità dwar taħriġ vokazzjonali kif ukoll mal-Kumitat imwaqqaf skond il-kwadru tal-programm ta’ azzjoni taż-Żgħażagħ tal-Komunità.

2. Biex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dan il-programm ma’ miżuri oħra li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11, il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat regolarment infurmat dwar l-inizjattivi tal-Komunità meħuda fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 10

Finanzjament

1. Il-kwadru finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1 qiegħed b’dan jiġi stabbilit għall-EUR 1850 million.

2. L-approprjazzjonijiet ta’ kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità ta’ l-estimi fil-limiti tal-perspettiv finanzjarju.

Artikolu 11

Konsistenza u komplimentarjetà

1. Il-Kummissjoni għandha, b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tiżgura l-konsistenza sħiħa u l-komplementarjetà ma’ politika oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet. Il-programm għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-Komunità fl-qosma ta’ l-ugwaljanza, opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel u l-promozzjoni ta’ inklużjoni soċjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura konnessjoni effiċjenti bejn dan il-programm u programmi u azzjonijiet fil-qasam ta’ l-edukazzjoni mwettqa fil-kwadru tal-kooperazzjoni tal-Komunità ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet kompetenti internazzjonali.

2. Fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-programm, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu kont tal-prijoritajiet iffissati fil-linji ta’ gwida dwar l-impjiegi addottati mill-Kunsill, bħala parti minn strateġija koordinata dwar l-impiegi.

Artikolu 12

Il-parteċipazzjoni mill-pajjiżi ta’ l-AEKĦ/ŻEE, il-pajjiżi assoċjati ta’ l-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant (CEEC), Ċipru, Malta u t-Turkija

Dan il-programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’

- l-pajjiżi AEKĦ/ŻEE skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

- il-pajjiżi assoċjati ċentrali u l-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant (CEEC) skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-diversi Ftehim Ewropej, fil-protokolli addizzjonali tagħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ Assoċjazzjoni rispettivi;

- Ċipru, iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dak il-pajjiż.

- Malta u t-Turkija, iffinanzjat mill-approprjazzjonijiet addizzjonali skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Artikolu 13

Kooperazzjoni internazzjonali

Skond dan il-programm, il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skond il-proċeduri stabbilita fl-Artikolu 8(2), għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti, b’mod partikolari l-Kunsill ta’ l-Ewropa.

Artikolu 14

Sorveljanza u evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha regolarment timmonitorja dan il-programm b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri. Ir-riżultati tal- monitoraġġ u l-proċess ta’ evalwazzjoni għandhom jiġu utilizzati waqt l-implimentazzjoni tal-programm.

Din is-sorveljanza għandha tinkludi r-rapporti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 u attivitajiet speċifiċi.

2. Dan il-programm għandu jiġi evalwat regolarment mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri. Din l-evalwazzjoni hija maħsuba biex tistma r-relevanza, l-effettività u l-impatt ta’ l-azzjonijiet implimentati fr-rigward ta’ l-għanijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2. Għandha wkoll teżamina l-impatt tal-Programm kollu kemm hu.

Din l-evalwazzjoni għandha wkoll teżamina l-komplementarjetà bejn l-azzjoni taħt dan il-programm u dik skond politika oħra relevanti tal-Komunità, strumenti u azzjonijiet.

Skond il-kriterji stabbiliti bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 8(2), għandu jkun hemm evalwazzjonijiet esterni regolari indipendenti ta’ dan il-programm.

3. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2003 u sat-30 ta’ Ġunju 2007, rispettivament, ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan il-programm.

4. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni:

- mas-sħubija ta’ l-Istati Membri ’l ġodda, rapport tal-konsegwenzi finanzjarji tas-sħubija fuq dan il-programm, segwit, fejn xieraq, bi proposti finanzjarji biex jittrattaw il-konsegwenzi finanzjarji ta’ din is-sħubija fuq il-programm, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fl-estimi u t-titjib fil-proċedura ta’ l-estimi u mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Berlin f’Marzu 1999. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jieħdu deċiżjoni fuq dawk il-proposti kemm jista’ jkun malajr,

- rapport interim ta’ evalwazzjoni dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm sat-30 ta’ Ġunju 2004,

- komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm sal-31 ta’ Diċembru 2006,

- rapport ta’ evalwazzjoni ex post sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Jannar 2000.

Għall-Parlament

Il-President

N. Fontaine

Ewropew Għall-Kunsill

Il-President

J. Gama

[1] ĠU C 314, tat-13.10.1998, p. 5.

[2] ĠU C 410, tat-30.12.1998, p. 2.

[3] ĠU C 51, tat-22.2.1999, p. 77.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Novembru 1998 (ĠU C 359, tat-23.11.1998, p. 60), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1998 (ĠU C 49, tat-22.2.1999, p. 42), Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Frar 1999 ĠU C 153, ta’ l-1.6.1999, p. 24) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 1999 (għada mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1999.

[5] ĠU L 87, ta’ l-20.4.1995, p. 10. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 576/98/EC (ĠU L 77, ta’ l-14.3.1998, p. 1).

[6] ĠU L 146, tal-11.6.1999, p. 33.

[7] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. INTRODUZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

1. L-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom jiġu implimentati permezz ta’ l-azzjonijiet imniżżla f’dan l-Anness fuq il-bażi tal-miżuri tal-Komunità deskritti fl-Artikolu 3.

2. Id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mall-iskeda ta’ żmien, il-kundizzjonijiet għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-kriterji ta’ eliġibilità u l-għażla għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8(2) u pubblikati regolarment mill-Kummissjoni fil- "Linji ta’ Gwida Socrates għall-Applikanti". Barra minn hekk, is-sejħiet għall-proposti għandhom jiġu publikati, waqt li jispeċifikaw l-aħħar dati li fihom għandhom jintbagħtu l-proposti.

3. Fil-kuntest ta’ l-attivitajiet li jinvolvu l-mobilità ta’ persuni, għandha tiġi provduta tħejjija adegwata lingwistika biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jkollhom il-kompetenza meħtieġa fl-ilsien/ilsna ta’ tagħlim fl-istabbiliment li jospita. Għandhom isiru arranġamenti organizzattivi xierqa fl-istabbilimenti ta’ dak li jibgħat u dak li jospita biex jiġi żgurat li jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-attività ta’ mobilità in kwistjoni.

4. Il-proġetti koordinati minn universitajiet taħt l-azzjonijiet varji tal-programm gġandhom jiffurmaw parti mill-"kuntratt istituzzjonali" ta’ l-istituzzjonijiet konċernati kif hemm provdut fl-Azzjoni 2.

5. Jistgħu jittieħdu miżuri ta’ sostenn biex jippromwovu l-aċċess u l-parteċipazzjoni minn persuni bi bżonnijiet edukattivi speċjali. Fejn xieraq, jistgħu jittieħdu azzjonijiet pożittivi sabiex jippromovu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel. Għandhom jiġu partikolarment inkoraġġiti attivitajiet li jagħmlu enfasi speċjali fuq aspetti interkulturali jew biex jippromovu l-kompetenza f’ilsna oħra, b’mod partikolari f’dawk l-ilsna anqas użati u dawk anqas mgħallma tal-Komunità. Il-promozzjoni ta’ kull tip ta’ tagħlim miftuħ u f’ċertu distanza, kif ukoll l-użu xieraq ta’ teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni, għandha tiġi mħajra fl-azzjonijiet kollha tal-programm. Taħt l-azzjonijiet kollha tal-programm, għandha tingħata attenzjoni partikolari għat-tixrid tar-riżultati.

II. AZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ

Dan l-Anness fih żewġ tipi prinċipali ta’ azzjonijiet:

- l-ewwel tip, Azzjonijiet 1 sa 3, huma mmirati lejn it-tlett stadji bażiċi ta’ edukazzjoni matul il-ħajja kollha (skola, universita, oħrajn);

- it-tieni tip, Azzjonijiet 4 sa 8, jikkonċernaw miżuri trasversali f’oqsma bħal ilsna, teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) għall-għanijiet ta’ edukazzjoni, inkluż b’mod partikolari multimedja edukattiva u l-iskambju ta’ tagħrif, kif ukoll kwistjonijiet ta’ interess orizzontali bħal innovazzjoni, tixrid tar-riżultati, azzjonijiet konġunti u l-evalwazzjoni tal-programm.

AZZJONI 1: | "Comenius": EDUKAZZJONI SKOLASTIKA |

Azzjoni 1.1 | Sħubija bejn l-iskejjel |

Azzjoni 1.2 | Taħriġ inizjali u waqt ix-xogħol ta’ impjegati involuti fl-edukazzjoni skolastika |

Azzjoni 1.3 | Networks relatati mas-sħubija bejn l-iskejjel u t-taħriġ ta’ impjegati nvoluti fl- edukazzjoni skolastika |

AZZJONI 2: | "Erasmus": EDUKAZZJONI OGHLA |

Azzjoni 21. | Kooperazzjoni interuniversitarja Ewropea |

Azzjoni 2.2 | Mobilità ta’ studenti u għalliema ta’ l-università |

Azzjoni 2.3 | Networks tematiċi |

AZZJONI 3: | "GRUNDTVIG": EDUKAZZJONI ADULTA U MODI OHRA TA’ EDUKAZZJONI |

AZZJONI 4: | "Lingua": TGĦALLEM U TITGĦALLEM L-ILSNA |

AZZJONI 5: | "MINERVA": TAGĦLIM MIFTUĦ U MINN DISTANZA, TEKNOLOĠIJI TA’ INFORMAZZJONI U TA’ KOMUNIKAZZJONI FIL-QASAM TA’ L-EDUKAZZJONI |

AZZJONI 6: | OSERVAZZJONI U INNOVAZZJONI |

Azzjoni 6.1: | Osservazzjoni ta’ sistemi edukattivi, politika u innovazzjoni |

Azzjoni 6.2: | Inizjattivi innovattivi li jirrispondu għall-ħtiġijiet ġodda |

AZZJONI 7: | AZZJONIJIET KONĠUNTI |

AZZJONI 8: | MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT |

AZZJONI 1: "COMENIUS": EDUKAZZJONI SKOLASTIKA

Il-Comenius ifittex li jtejjeb il-kwalità u jsaħħaħ id-dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni skolastika, b’mod partikolari billi jħajjar kooperazzjoni transnazzjonali bejn l-iskejjel u jikkontribwixxu għal żvilupp professjonali mtejjeb ta’ impjegati direttament involuti fis-settur ta’ l-edukazzjoni skolastika, u jippromovi t-tagħlim ta’ l-ilsna u l-għarfien interkulturali.

Azzjoni 1.1: Sħubija bejn l-iskejjel

1. Il-Komunità tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ sħubija multilaterali bejn l-iskejjel. Sħubija bħal din tista’ tinvolvi wkoll korpi oħra addattati, bħal stabbilimenti li jħarrġu l-għalliema, istituzzjonijiet lokali u awtoritajiet, stabbilimenti tan-negozju jew kulturali kif ukoll organizzazzjonijiet tal-ġenituri, tat-tfal ta’ l-iskola u organizzazzjonijiet oħra relevanti.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal dan li ġej:

(a) proġetti li jiffukaw fuq suġġett wieħed jew aktar ta’ interess komuni għall-iskejjel parteċipanti, li jinvolvu:

- l-parteċipazzjoni tat-tfal ta’ l-iskola fit-tħejjija tal-proġetti u l-attivitajiet tal-proġetti, inkluża mobilità relatata mal-proġett, fejn japplika,

- il-mobilità ta’ għalliema biex iħejju jew jimmonitorjaw proġett jew biex jgħallmu fi Stat Membru ieħor, inkluż placement għal taħriġ fl-impriża,

- l-iżvilupp ta’ materjal tat-tagħlim u l-iskambju ta’ prattika kif xieraq;

(b) proġetti immirati speċifikament lejn it-tagħlim u t-tagħlim ta’ l-ilsna uffiċjali tal-Komunità, flimkien ma’ dak Irlandiż (wieħed mill-ilsna li fih huma mħejjija t-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej) u l-Lëtzeburgesch (ilsien mitkellem fit-territorju kollu tal-Lussemburgu), inklużi r-reġjuni tal-fruntiera ta’ l-Istati Membri, l-ilsna uffiċjali tal-Komunità fir-reġjuni ġirien ta’ l-Istati Membri l-oħra. Il-proġetti jistgħu jkunu bilaterali, speċjalment meta jkunu mmirati lejn dawk l-ilsna li jkunu anqas użati jew anqas mgħallma u għandhom jinkludu l-iskambju ta’ tfal ta’ l-iskola b’żieda ma’ l-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-punt (a);

(ċ) proġetti immirati lejn il-promozzjoni ta’ għarfien interkulturali u b’mod partikolari dawk maħsuba li jgħinu fil-ġlieda kontra l-razziżmu u x-xenofobija jew li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċjali ta’ tfal ta’ ħaddiema immigranti, żingari jew vjaġġaturi fuq xogħol;

(d) proġetti li jindirizzaw kwistjonijiet relatati ma’ tfal ta’ l-iskola bi ħtiġijiet edukattivi speċjali, b’attenzjoni partikolari għall-integrazzjoni ta’ dawk it-tfal ta’ l-iskola fil-mainstream schooling.

3. L-iskejjel li jixtiequ li jieħdu sehem f’din l-azzjoni għandhom jibgħatu deskrizzjoni qasira ta’ l-attivitajiet li jkollhom il-ħsieb li jwettqu matul is-sena ta’ l-iskola li jkun imiss fil-kwadru ta’ dan il-programm ("Pjan Comenius"). Il-Pjan Comenius għandu jippermetti lill-aġenziji nazzjonali Socrates li jagħtu kont ta’ l-iżvilupp totali ta’ l-attivitajiet Ewropej ta’ l-iskola rispettiva meta jagħmel l-għażla taħt din l-azzjoni.

Azzjoni 1.2: Taħriġ inizjali u waqt ix-xogħol ta’ impjegati nvoluti fl-edukazzjoni skolastika

1. Il-Komunità għandha tappoġġa l-proġetti multilaterali mwettqa minn stabbilimenti u korpi attivi fit-taħriġ inizjali jew fuq ix-xogħol ta’ impjegati direttament involuti f’edukazzjoni skolastika. Il-parteċipazzjoni ta’ skejjel u oħrajn involuti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni deskritt fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni għandha tiġi mħajjra, kif ukoll l-involviment ta’ korpi ta’ sorveljanza f’livell reġjonali u lokali, fejn japplika.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal dan li ġej:

Azzjonijiet ta’ mobilità:

(a) il-mobilità mwettqa għall-għan ta’ taħriġ inizjali, inklużi perjodi ta’ taħriġ prattiku, għajnuna fl-ilsna u placement għal taħriġ fl-impriża;

(b) mobilità mwettqa għall-għan ta’ taħriġ waqt ix-xogħol u l-aġġornar tal-kapaċitajiet ta impjegati mħarrġa fl-edukazzjoni ta’ l-iskejjel;

(ċ) mobilità ta’ tul ta’ żmien limitat, inklużi korsijiet ta’ immersjoni, għall-għalliema ta’ l-ilsna, taħriġ mill-ġdid ta’ l-impjegati bħala għalliema ta’ l-ilsna, għalliema kwalifikati maħsuba li jirritornaw lura fi żmien qasir bħala għalliema ta’ l-ilsna u għalliema oħra ta’ dixxiplini oħra meħtieġa jew li jixtiequ jgħallmu ilsien barrani;

Il-proġetti multilaterali ta’ kooperazzjoni jikkonċernaw:

(d) kontribuzzjonijiet għall-iżvilupp tal-kurrikula, korsijiet, moduli jew materjal tat-tagħlim fil-kuntest tat-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea ta’ edukazzjoni skolastika;

(e) attivitajiet ta’ taħriġ u skambju ta’ tagħrif li jikkonċerna l-amministrazzjoni ta’ l-iskola u servizzi relatati bħal gwida u pariri;

(f) attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ u skambju ta’ tagħrif maħsuba li jtejjbu l-għarfien interkulturali fl-edukazzjoni skolastika jew biex jippromvowu l-integrazzjoni u titjib fil-kisbiet edukattivi ta’ tfal ta’ ħaddiema immigranti, żingari u vjaġġaturi u vjaġġaturi fuq xogħol;

(g) attivitajiet li jikkonċernaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħaddiema nvoluti fl-edukazzjoni ta’ tfal ta’ l-iskola li jkunu f’riskju u tfal ta’ l-iskola bi bżonnijiet edukattivi speċjali.

Azzjoni 1.3: Networks relatati mas-sħubija bejn l-iskejjel u t-taħriġ ta’ impjegati nvoluti fl-edukazzjoni skolastika

Il-Komunità għandha tippromovi n-networking ta’ sħubiji bejn l-iskejjel u ta’ proġetti li jikkonċernaw it-taħriġ ta’ impjegati involuti fl-edukazzjoni skolastika, sostnuti mill-azzjonijiet 1.1 u 1.2 rispettivament, biex tkun tista’ sseħħ il-kooperazzjoni fuq suġġetti ta’ interess komuni, it-tixrid ta’ riżultati u prattika kif imiss u diskussjoni dwar l-aspetti kwalitattivi u innovattivi ta’ l-edukazzjoni skolastika. In-networks tat-taħriġ ta’ l-impjegati għandhom jiġu żviluppati, fejn xieraq, b’kooperazzjoni mill-qrib man-"networks tematiċi" ta’ l-università li għalihom tipprovdi l-azzjoni Erasmus.

AZZJONI 2: "Erasmus": EDUKAZZJONI OGHLA

L-Erasmus ifittex li jtejjeb il-kwalità u jsaħħaħ id-dimensjoni Ewropea ta’ edukazzjoni ogħla, biex iħajjar kooperazzjoni transnazzjonali bejn universitajiet, biex tingħata spinta lill-mobilità Ewropea fis-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla u biex tittejjeb it-trasparenza u l-għarfien akkademiku ta’ studju u kwalifikazzjonijiet mal-Komunità kollha.

L-universitajiet li jipparteċipaw jikkonkludu "kuntratti istituzzjonali" mal-Kummissjoni li jkopru l-attivitajiet kollha approvati Erasmus. Dawk il-kuntratti normalment ikunu ta’ tlett snin u jistgħu jiġġeddu.

Azzjoni 2.1: Kooperazzjoni interuniversitarja Ewropea

1. Il-Komunità tappoġġa attivitajiet interuniversitarji ta’ kooperazzjoni inkluż l-iżvilupp ta’ proġetti innovattivi, mwettqa minn universitajiet flimkien ma’ imsieħba fi Stati Membri oħra, bil-parteċipazzjoni, fejn japplika, ta’ persuni oħra nvoluti fl-edukazzjoni, kif imfisser fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal dan li ġej:

(a) l- organizzazzjoni ta’ mobilità ta’ studenti u għalliema universitarji;

(b) l-iżvilupp konġunt u l-implimentazzjoni ta’ kurrikula, moduli, korsijiet intensivi jew attivitajiet edukattivi oħra, inklużi attivitajiet multidixxiplinarji u t-tagħlim ta’ suġġetti f’ilsna oħra;

(ċ) konsolidazzjoni, estensjoni u aktar żvilupp tas-sistema Ewropea tat-trasferiment tal-kreditu (ECTS), li hija maħsuba biex tiffaċilita l-għarfien akkademiku fi Stati Membri oħra.

Azzjoni 2.2: Mobilità ta’ studenti u għalliema ta’ l-università

1. Il-Komunità tappoġġa attivitajiet ta’ mobilità transnazzjonali li jikkonċernaw:

(a) studenti, skond il-punt 2;

(b) għalliema ta’ l-università, bil-għan li jwettqu xogħol ta’ tagħlim li x’aktarx itejjeb id-dimensjoni Ewropea jew iwessa’ l-firxa ta’ korsijiet offruti mill-universitajiet konċernati.

2. Studenti li, wara li jtemmu għall-anqas l-ewwel sena tagħhom ta’ l-istudji, iqattgħu minn tlett xhur sa 12-il xaħar fi Stat Membru ieħor fil-kwadru ta’ din l-azzjoni, jitqiesu bħala "Studenti Erasmus", irrispettivament jekk ikunux ingħataw appoġġ finanzjarju skond il-punt 3. Dawk il-perjodi għandhom għarfien sħiħ taħt id-diversi ftehim interuniversitarji i jagħmlu parti mill-kuntratti istituzzjonali u jistgħu jinkludu placements integrati fl-impriża fejn xieraq. L-universitajiet li jospitaw m’għandhomx jitolbu ħlas għat-tagħlim lill-istudenti Erasmus. Studenti bi bżonnijiet speċjali għandhom jingħataw attenzjoni partikolari.

3. Għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal:

- mobilità ta’ l-istudenti. L-Istati Membri jistgħu, fl-għoti ta’ għotjiet tal-Komunità, jagħtu kont kif imiss tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-applikanti. Billi l-kontribuzzjoni tal-Komunità tkopri biss parti minn-nefqa tal-mobilità ta’ l-istudenti, l-Istati Membri huma mistiedna biex jgħinu billi jipprovdu l-fondi meħtieġa. Għal dan il-għan, għotjiet u self disponibbli għal studenti fl-Istat Membru ta’ oriġini għandhom jibqgħu jitħallsu matul il-perjodu ta’ studju fl-Istat Membru li jospita;

- il-mobilità ta’ għalliema universitarji;

- miżuri preparatorji, skond it-Taqsima IV B, punt 4.

Azzjoni 2.3: Networks tematiċi

Il-Komunità tippromovi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni ta’ networks tematiċi, fejn kull wieħed jippermetti li gruppi kbar ta’ universitajiet jikkooperaw dwar suġġetti li jirrelataw ma’ dixxiplina waħda jew aktar jew fuq kwistjonijiet oħra ta’ interess komuni biex tixxerred l-innovazzjoni, jiġi faċilitat it-it-tixrid tal-prattika tajba, tiġi mħajjra d-diskussjoni fuq l-aspetti kwalitattivi u innovattivi ta’ l-edukazzjoni ogħla, jittejbu l-metodi tat-tagħlim u jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ programmi konġunti u korsijiet speċjalizzati. Għandu jiġi mħajjar l-involviment tar-rappreżentanti ta’ soċjetajiet ta’ l-għerf, assoċjazzjonijiet professjonali u ċrieki soċjo-ekonomiċi. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-tixrid tar-riżultati.

AZZJONI 3: "GRUNDTVIG": EDUKAZZJONI GHALL-ADULTI U MODI EDUKATTIVI OHRA

1. Bħala appoġġ għall-azzjoni 1 (edukazzjoni skolastika) u l-azzjoni 2 (edukazzjoni ogħla), Grundtvig ifittex li jħajjar id-dimensjoni Ewropeja ta’ tagħlim tul il-ħajja, biex jikkontribwixxi - permezz ta’ kooperazzjoni transnazzjonali mtejba - għall-innovazzjoni u disponibilità aħjar, aċċessibilità u kwalità ta’ toroq oħra edukattivi, u biex jippromovi t-tagħlim ta’ l-ilsna. L-azzjoni hija għalhekk indirizzata lejn persuni li, ikun x’ikun l-istadju fil-ħajja tagħhom, ifittxu l-aċċess għat-tagħrif u l-kompetenzi fil-kwadru ta’ edukazzjoni formali jew mhux formali jew permezz ta’ tagħlim awtonomu, u b’hekk iżidu l-għarfien interkulturali tagħhom u l-opportunitajiet ta’ impieg u jtejbu l-kapaċità tagħhom għall-progress fl-edukazzjoni u jieħdu rwol sħiħ u attiv fis-soċjetà.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għall-proġetti transnazzjonali u iniżjattivi li jfittxu li jippromovu:

(a) t-talbiet individwali adulti għall-attivitajiet u l-parteċipazzjoni tagħhom f’tagħlim tul il-ħajja;

(b) l-akkwist jew l-aġġornament ta’ kompetenzi għall-persuni nieqsa mill-edukazzjoni bażika u kwalifikazzjonijiet;

(ċ) l-iżvilupp, il-iskambju u t-tixrid ta’ approċċi innovattivi edukattivi u prattika kif imiss, inkluż l-iżvilupp u t-tixrid ta’ moduli u materjal addattat ta’ tagħlim;

(d) l-iżvilupp ta’ tagħrif u ta’ servizzi ta’ sostenn għall-adulti li jkunu qed jitgħallmu u għal dawk li jipprovdu l-edukazzjoni adulta, inklużi servizzi relatati mal-gwida u l-għoti ta’ pariri;

(e) l-iżvilupp ta’ għodda u metodi biex jiġi stmat, validat jew iċċertifikat it-tagħrif, il-kapaċitajiet u l-kompetenzi akkwistati mill-adulti li jkunu qed jitgħallmu, inkluż permezz ta’ tagħlim bl-esperjenza jew awtonomu jew permezz ta’ edukazzjoni mhix formali;

(f) kompetenza aħjar f’ilsna oħra tal-Komunità jew għarfien internazzjonali mtejjeb fost l-adulti li jkunu qed jitgħallmu u dawk involuti fil-provvista ta’ edukazzjoni adulta;

(g) l-iżvilupp ta’ taħriġ inizjali jew fuq ix-xogħol għall-impjegati edukattivi li jaħdmu f’dan is-settur;

(h) żjajjar u skambji, għal persuni inklużi dawk li jipprovdu edukazzjoni adulta jew taħriġ lill-edukaturi adulti;

(i) proġetti indirizzati lejn persuni adulti li jkunu qed jitgħallmu bi bżonnijiet speċjali edukattivi.

3. Il-Komunità tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ networks Ewropej biex jissaħħu r-rabtiet bejn il-partijiet varji involuti f’dan l-qasam biex ikunu jistgħu jikkooperaw fuq bażi aktar stabbli dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni u biex jittejjeb l-għarfien tagħhom tad-dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni.

AZZJONI 4: "LINGUA": TAGHLIM U TAGHLIM TA’ L-ILSNA

1. L-għan ta’ l-azzjoni Lingua huwa li jsostni miżuri transversali li jirrelataw mat-tagħlim ta’ l-ilsna, bil ħsieb li jgħin il-promozzjoni u tiġi mantnuta d-diversità lingwistika ġewwa l-Komunità, biex itejjeb il-kwalità tat-tagħlim ta’ l-ilsna u t-tagħlim u biex jiġi faċilitat l-aċċess għall-opportunitajiet tat-tagħlim ta’ l-ilsna matul il-ħajja kollha mfassal għall-ħtiġiet individwali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-intensifikar ta’ kuntatti transnazzjonali fil-professjoni tat-tagħlim ta’ l-ilsna u fost dawk responsabbli għall-politika tat-tagħlim ta’ l-ilsna mal-Komunità kollha fis-setturi kollha edukattivi. B’dan il-mod, il-Lingua tikkumplimenta kif ukoll ittejjeb miżuri relatati mal-promozzjoni tat-tagħlim ta’ l-ilsna taħt azzjonijiet oħra ta’ dan il-programm, b’mod partikolari l-azzjonijiet 1, 2 u 3.

2. F’dan il-kuntest, it-tagħlim ta’ l-ilsna jkopri t-tagħlim u t-tagħlim bħala ilsna barranin ta’ l-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità, flimkien ma’ dak Irlandiż (wieħed mill-ilsna li fihom huma mħejjija t-Trattati li jistabbilixxu il-Komunitajiet Ewropej) u l-Lëtzeburgesch (ilsien mitkellem fit-territorju kollu tal-Lussemburgu). Għandha tingħata attenzjoni speċjali mal-programm kollu għall-promozzjoni ta’ dawk l-ilsna anqas użati u anqas mgħallma.

3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għall-proġetti transnazzjonali tat-tagħlim ta’ l-ilsna u attivitajiet li ġejjin:

(a) attivitajiet li jġibu l-għarfien maħsuba biex jiġbdu l-attenzjoni ta’ l-importanza tat-tagħlim ta’ l-ilsna u d-disponibilità ta’ l-opportunitajiet tat-tagħlim ta’ l-ilsna;

(b) attivitajiet li jfittxu li jippromovu u/jew iferrxu innovazzjonijiet u prattika kif imiss, tat-tagħlim minn kmieni ta’ ilsna jew komprensjoni multilingwistika;

(ċ) l-iżvilupp u l-iskambju ta’ kurrikula, produzzjoni ta’ materjal ġdid tat-tagħlim u titjib fl-metodi u l-għodda għall-għarfien tal-kompetenza ta’ l-ilsna;

(d) l-iskambju ta’ tagħrif u networking transnazzjonali ta’ ċentri ta’ riżorsi;

(e) l-iżvilupp ta’ miżuri biex jippromwovu l-kompetenza f’ilsna barranin kif meħtieġ f’sitwazzjonijiet speċifiċi u kuntesti, sal-limitu li dawn ma jkunux relattati ma’ professjonijiet speċifiċi;

(f) l-indirizzar ta’ kwistjonijiet li jirrelataw mat-tagħlim u t-tagħlim ta’ ilsna li joħorġu minn aktar tkabbir tal-Komunità.

AZZJONI 5: "MINERVA" TAGĦLIM MIFTUĦ U MINN DISTANZA, TEKNOLOĠIJI TA’ INFORMAZZJONI U TA’ KOMUNIKAZZJONI FIL-QASAM TA’ L-EDUKAZZJONI

1. L-għan ta’ din l-azzjoni huwa li jappoġġa miżuri transversali li jirrelataw ma’ tagħlim miftuħ u minn distanza (ODL) u l-użu ta’ teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni (ICT), inkluża l-multimedja, fil-qasam ta’ l-edukazzjoni. Waqt li jiżviluppa, l-proċess jikkumplimenta u jtejjeb il-miżuri li jikkorrispondu skond kif provduti f’azzjonijiet oħra ta’ dan il-programm.

Dawn il-miżuri jservu għan tripplu:

- biex jippromwovi ftehim aħjar fost l-għalliema, dawk li jitgħallmu, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u l-pubbliku in ġenerali ta’ l-implikazzjonijiet ta’ l-ODL u, b’mod partikolari l-ICT għall-edukazzjoni, u l-użu kritiku u responsabbli ta’ għodda u metodi li jutilizzaw teknoloġiji bħal dawk għal għanijiet edukattivi,

- biex isostnu l-għarfien tal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-konsiderazzjonijiet pedagogiċi jingħataw il-piż kif imiss fl-iżvilupp ta’ prodotti edukattivi bażati fuq l-ICT, notevolment il-multimedja, u

- biex jippromwovi l-aċċess għal metodi aħjar u riżorsi edukattivi u għar-riżultati miksuba, b’mod partikolari permezz ta’ skambju transnazzjonali ta’ tagħrif, esperjenzi u prattika kif imiss.

2. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal dan li ġej:

(a) proġetti u studji immirati li jgħinu dawk involuti fl-edukazzjoni biex jifhmu u jisfruttaw il-proċessi innovattivi li qed isiru, b’mod partikolari dawk li jirrelataw ma’ l-użu ta’ l-ICT fit-tagħlim u t-tagħlim, l-iżvilupp ta’ strumenti innovattivi u approċċi, u l-metodi biex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-istima ta’ kwalità ta’ prodotti edukattivi bażati fuq l-ICT u servizzi;

(b) proġetti biex jiżviluppaw u jittestjaw metodi ġodda, moduli u riżorsi għall-ODL u l-ICT;

(ċ) proġetti għall-iżvilupp u l-interkonnessjoni ta’ servizzi u sistemi li jipprovdu tagħrif lill-għalliema, lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u persuni oħra involuti fl-edukazzjoni dwar metodi edukattivi u riżorsi li jutiliżżaw l-ODL u l-ICT;

(d) attivitajiet li jappoġġaw il-iskambju ta’ idejat u esperjenzi li jirrelataw mal-ODL u l-użu ta’ l-ICT fl-edukazzjoni, b’mod partikolari in-networking taċ-ċentri tar-riżorsi, istituzzjonijiet tat-taħriġ ta’ l-għalliema, esperti, dawk li jiedu d-deċiżjonijiet u koordinaturi tal-proġetti fuq suġġetti ta’ interess komuni.

AZZJONI 6: OSERVAZZJONI U INNOVAZZJONI

Din l-azzjoni tikkontribwixxi għat-titjib fil-kwalità u t-trasparenza tas-sistemi edukattivi u tkompli l-proċess ta’ l-edukazzjoni innovattiva fl-Ewropa permezz tal-iskambju ta’ tagħrif u esperjenzi, l-identifikazzjoni ta’ prattika kif imiss, l-analiżi komparattiva tas-sistemi u l-politika f’dan il-qasam, u d-diskussjoni u l-analiżi ta’ kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-politika edukattiva li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

Azzjoni 6.1: Osservazzjoni ta’ sistemi edukattivi, politika u innovazzjoni

1. Waqt li tagħmel l-aħjar użu tas-sistemi eżistenti fejn possibbli, din l-azzjoni tikkonsisti f’dan li ġej:

(a) il-ġbir ta’ tagħrif deskrittiv u statistiku, u analiżi komparattiv tas-sistemi edukattivi u l-politika fl-Istati Membri;

(b) l-iżvilupp ta’ metodi għall-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ l-edukazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ kriterji addattati u indikaturi;

(ċ) l-iżvilupp u l-aġġornar tad-databases u riżorsi oħra ta’ tagħrif dwar esperimenti innovattivi;

(d) it-tixrid ta’ esperjenzi li jirriżultaw mill-attivitajiet relevanti sostnuti fil-livell tal-Komunità u dak ta’ l-Istat Membru;

(e) l-iffaċilitar ta’ rikonoxximent ta’ diplomi, kwalifiki u perjodi ta’ tagħlim fil-livelli kollha ta’ edukazzjoni fl-Istati Membri l-oħra.

2. Għal dan il-għan, l-għajununa finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għal:

(a) network ta’ tagħrif dwar edukazzjoni fl-Ewropa, "Eurydice", li jinkludi l-Unit Ewropew stabbilit mill-Kummissjoni u unitajiet imwaqqfa mill-Istati Membri biex ikun jista’ jagħmel kontribuzzjoni sħiħa għall-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni. B’mod partikolari n-network jista’ jintalab biex jiġbor u jiskambja tagħrif dwar is-sistemi edukattivi u l-politika, biex jiżviluppa databases, biex jagħmel studji komparattivi u biex iħejji indikaturi. Il-Eurydice għandu jfittex, fejn meħtieġ, l-appoġġ relevanti minn esperti esterni;

(b) l-organizzazzjoni ta’ u l-parteċipazzjoni fi żjajjar ta’ studju multilaterali "Arion" għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-maniġers anzjani ta’ istituzzjonijiet edukattivi fis-setturi kollha ta’ l-edukazzjoni, maħsuba biex tiffaċilita l-iskambju ta’ tagħrif u esperjenzi dwar suġġetti ta’ interess komuni għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid addattat tar-riżultati tal-żjajjar u jippromovu l-interattività tagħhom ma’ azzjonijiet oħra f’dan il-programm;

(ċ) in-networking ta’ istituti u korpi kwalifikati oħra simili ingaġġati f-analiżi tas-sistemi edukattivi u politika, kif ukoll tal-korpi involuti fl-evalwazzjoni tal-kwalità edukattiva;

(d) studji, analiżi, proġetti pilota, seminars, skambju ta’ esperti u azzjonijiet oħra addattati li jirrelataw ma’ kwistjonijiet ta’ interess komuni politiku edukattiv li jġibu flimkien lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-prijorità tat-temi li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill. Il-Kummissjoni tista’ titlob is-servizzi ta’ grupp ta’ esperti biex jgħinha biex tiżgura kemm ikun ta’ min jorbot fuqu x-xogħol analitiku mwettaq fil-kwadru ta’ dawn l-attivitajiet. L-arranġamenti biex jiġi stabbilit il-grupp għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni;

(e) attivitajiet maħsuba biex jippromovu l-għarfien ta’ diplomi, kwalifiki u perjodi tat-tagħlim, notevolment studji, analiżi, proġetti pilota u l-iskambju ta’ tagħrif u esperjenzi. In-network tal-Komunità dwar iċ-ċentri ta’ tagħrif nazzjonali ta’ għarfien akkademiku (NARIC) għandu jagħmel kontribuzzjoni sħiħa f’dan ir-rigward. B’mod partikolari, għandu jiġbor u jxerred tagħrif awtentifikat li huwa meħtieġ għall-għan ta’ l-għarfien akkademiku, waqt li wieħed iżomm f’moħħu s-sinerġiji ma’ l-għarfien professjonali tad-diplomi.

3. Fl-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib b’mod partikolari ma’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), iċ-Centru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), il-Fondazzjoni Ewropea tat-Taħriġ (ETF) u organizzazzjonijiet internazzjonali simili, notevolment il-Kunsill ta’ l-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD) u l-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tal-Ġnus Maqgħuda(Unesco).

Azzjoni 6.2: Inizjattivi innovattivi li jirrispondu għall-ħtiġijiet li jinqalgħu

B’żieda ma’ l-attivitajiet ta’kooperazzjoni li għalihom jipprovdu l-azzjonijiet l-oħra tal-programm preżenti, il-Komunità tista’ tappoġġa proġetti transnazzjonali u studji mmirati li jgħinu l-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet f’settur speċifiku wieħed jew aktar ta’ l-edukazzjoni. Is-suġġetti li għandhom jingħataw prijorità għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill u riveduti regolarment biex tkun tista’ ssir l-addattazzjoni għall-ħtiġiet ’il ġodda li jinqalgħu matul il-perjodu kopert b’dan il-programm.

AZZJONI 7: AZZJONIJIET KONĠUNTI

1. Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni, l-appoġġ tal-Komunità jista’ jiġi provdut fil-kwadru ta’ dan il-programm għal azzjonijiet konġunti ma’ programmi oħra tal-Komunità u azzjonijiet li jippromovu Ewropa ta’ għarfien, b’mod partikolari l-Leonardo da Vinci u l-programmi għaż-Żgħażagħ.

2. Azzjonijiet konġunti bħal dawk jistgħu jitwettqu b’sejħiet komuni għall-proposti fuq temi magħżula ta’ interess komuni li ma jkunux esklussivament koperti bi programm wieħed konċernat, li għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8(2), tad-Deċiżjoni u miftiehma mal-kumitati tal-programmi l-oħra u azzjonijiet involuti.

3. Għandhom jittieħu l-passi meħtieġa biex jippromovu l-kuntatt reġjonali u lokali bejn dawk li jieħu parti f’dan il-programm u fil-programmi Leonardo da Vinci u taż-Żgħażagħ.

AZZJONI 8: MIŻURI TA’ AKKUMPANJAMENT

1. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità tista’ tingħata għall-inizjattivi li ġejjin immirati lejn il-promozzjoni tal-għanijiet ta’ dan il-programm, iżda dawk l-inizjattivi ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna taħt xi azzjonjiet oħra tal-programm:

(a) attivitajiet li jqajmu l-kuxjenza għall-promozzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, inkluż appoġġ għall-kompetizzjonijiet addattati u attivitajiet oħra maħsuba biex itejjbu id-dimensjoni Ewropea ta’ l-edukazzjoni;

(b) attivitajiet transnazzjonali mwettqa minn assoċjazzjonijiet u korpi oħra mhux governattivi attivi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, kif ukoll korpi oħra li għandhom x’jaqsmu mal-gwida u pariri edukattivi;

(ċ) konferenzi u simposja dwar innovazzjonijiet fis-setturi magħżula mill-programm;

(d) attivitajiet immirati lejn it-taħriġ tal-persuni involuti fl-amministrazzjoni tal-proġetti Ewropej ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzjoni;

(e) miżuri biex jitjiebu u jixxerdu r-riżultati tal-proġetti u l-attivitajiet imwettqa bl-appoġġ ta’ dan il-programm jew tal-fażi tiegħu ta’ qabel;

(f) attivitajiet li jinvolvu l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b’mod partikolari l-Kunsill ta’ l-Ewropa, skond l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni.

2. Għandha tiġi provduta għajnuna finanzjarja tal-Komunità biex tappoġġa l-attivitajiet ta’ l-aġenziji nazzjonali tas-Socrates imwaqqfa mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni, u biex tiżgura il-monitoraġġ effettiv u l-evalwazzjoni ta’ dan il-programm.

3. Fit-twettiq tal-programm, il-Kummissjoni jista’ jkollha rikors għall-esperti u għall-organizzazzjonijiet ta’ għajnuna teknika, li l-finanzjament tiegħu jista’ jiġi provdut mill-kwadru finanzjarju sħiħ tal-programm. B’żieda, il-Kummissjoni tista’ torganizza dawk is-seminars, colloquia jew laqgħat oħra ta’ esperti li x’aktarx ikunu jistgħu jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-programm, u jwettqu l-azzjonijiet addattati ta’ tagħrif, pubblikazzjoni u tixrid ta’ informazzjoni.

III. PROCEDURI TA’ GHAŻLA

Il-proċeduri għall-proposta u l-għażla ta’ l-attivitajiet li hemm referenza għalihom f’dan l-Anness huma kif ġej:

1. Azzjonijiet deċentralizzati

L-azzjonijiet li ġejjin, li taħthom jittieħdu d-deċiżjonijiet ta’ l-għażla mill-Istati Membri, huma meqjusa bħala "deċentralizzati":

(a) - Azzjoni 1.1 (Sħubija bejn l-iskejjel)

- Azzjoni 1.2, punt 2(a), (b), (ċ) (Azzjonijiet ta’ mobilità fi ħdan is-sħubija fit-taħriġ ta’ impjegati edukattivi fl-iskejjel)

- Azzjoni 3, punt 2(h) (Vistu u skambju fl-edukazzjoni adulta)

- Azzjoni 6.1, punt 2(b) (żjajjar ta’ studju Arion)

- żjajjar ta’ preparazzjoni taħt l-azzjonijiet kollha.

It-talbiet għall-għajnuna finanzjarja mibgħuta taħt dawn l-azzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-aġenziji nazzjonali Socrates maħtura mill-Istati Membri skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni. L-Istati Membri, bl-għajnuna ta’ l-aġenziji nazzjonali Socrates, għandhom jagħmlu l-għażla u jallokaw l-għajnuna finanzjarja lill-applikanti magħżula skond il-linji ta’ gwida ġenerali stabbiliti taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni.

(b) Azzjoni 2.2, punt 3 (Mobilità ta’ studenti u għalliema universitarji)

L-għoti ta’ l-għajnuna finanzjarja lill-istudenti u lill-għalliema universitarji għal assenjamenti ta’ mobilità skond il-kuntratti istituzzjonali msemmija fl-azzjoni 2.1 u għall-organizzazzjoni tal-mobilità ta’ studenti u għalliema universitarji mwettqa mill-Istati Membri bl-għajnuna ta’ l-aġenziji nazzjonali Socrates nominati skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni, waqt li jingħata kont l-prestazzjoni fil-passat ta’ l-universitajiet konċernati, skond linji ta’ gwida ġenerali li għandhom jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni.

2. Azzjonijiet ċentralizzati

L-azzjonijiet li ġejjin, li taħthom jittieħdu d-deċiżjonijiet ta’ l-għażla mill-Kummissjoni, huma meqjusa bħala "ċentralizzati":

(a) - Azzjoni 1.2, punt 2(d), (e), (f), (g) (Attivitajiet ta’ kooperazzjoni multilaterali)

- Azzjoni 3, punt 2(a) to (g) u (i) (Attivitajiet ta’ kooperazzjoni multilaterali)

- Azzjoni 4 (Lingua)

- Azzjoni 5 (Minerva)

- Azzjoni 6.2 (Inizjattivi innovativi).

Għall-għażla tal-proġetti taħt dawn l-azzjonijiet, għandha tapplika l-proċedura li ġejja:

(i) il-koordinaturi tal-proġett għandhom jibgħatu proposta tal-proġett lill-Kummissjoni u jibgħatu kopja lill-aġenzija nazzjonali nominata mill-Istat Membru rispettiv;

(ii) il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ l-esperti ndipendenti għandha tistma l-proposti tal-proġett. L-aġenzija nazzjonali jistgħu jipprovdu lill-Kummissjoni bl-istima tagħhom ta’ dawn il-proposti;

(iii) fil-każi fejn l-istima tal-Kummissjoni ma tkunx taqbel ma’ l-istima li tirċievi mill-aġenzija nazzjonali fil-pajjiż koordinatur dwar il-kwalità jew jekk il-proġett ikunx addattat, il-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta’ l-Istat Membru, tikkonsulta ma’ l-Istat Membru konċernat. It-tul ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni m’għandux ikun aktar minn ġimgħatejn;

(iv) il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-kumitat proposta fuq l-għażla finali (proġetti li għandhom jiġi appoġġati u l-ammonti li għandhom jingħataw) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni;

(v) wara li tirċievi l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-lista magħżula u talloka l-ammonti li għandhom jingħataw.

F’ċerti każi, minħabba b’mod partikolari l-iskali u n-natura ta’ l-attivitajiet in kwistjoni, tista’ tiġi adottata proċedura b’żewġ fażijiet. F’dawk il-każi, il-proċedura stabbilita hawn fuq għandha tiġi preċeduta bis-sottomissjoni u l-għażla tal-proposti minn qabel. Id-deċiżjoni f’dan ir-rigward u l-arranġamenti għall-għażla minn qabel għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni.

(b) - Azzjoni 1.3 (Networks relatati mas-sħubija bejn l-iskejjel u t-taħriġ ta’ impjegati involuti fl-edukazzjoni skolastika)

- Azzjoni 2.1 (Kooperazzjoni interuniversitarja Ewropea)

- Azzjoni 2.3 (Networks tematiċi Erasmus)

- Azzjoni 3.3 (Networks fl-edukazzjoni adulta)

- Azzjoni 6.1, punt 2(a), (ċ), (d), (e) (Osservazzjoni)

- Azzjoni 8 (Miżuri li jakkumpanjaw)

Proposti għall-proġetti taħt dawn l-azzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, fil-każ ta’ l-azzjonijiet 1.3, 2.3 u 3.3 bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti, għandha tistma l-proġetti proposti. Id-deċiżjonijiet dwar il-proġetti proposti għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni wara li tirċievi l-opinjoni tal-kumitat skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni.

Il-proċedura b’żewġ fażijiet li hemm referenza għaliha fil-paragrafu finali tat-Taqsima III.2(a) għandha tapplika għall-azzjonijiet 1.3, 2.3 u 3.3 taħt l-istess kundizzjonijiet kif imniżżla f’dak il-paragrafu.

3. Azzjonijiet konġunti

Il-proċeduri għall-għażla taħt l-Azzjoni 7 tal-programm (Azzjonijiet konġunti) għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni. Fejn xieraq, il-proċeduri fissati hawn fuq jistgħu jiġu addattati biex jilħqu l-ħtiġiet speċjali ta’ l-Azzjonijiet Konġunti in kwistjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex tiżgura l-aqwa koordinazzjoni bejn dawn il-proċeduri u dawk addottati fi ħdan il-programmi jew l-azzjonijiet l-oħra tal-Komunità li bihom huma implimentati l-Azzjonijiet Konġunti in-kwistjoni.

4. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Istati Membri, għandha tagħmel minn kollox biex tiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ l-għażla jiġu mgħarrfa lill-applikanti l-aktar tard sa ħames xhur wara d-data ta’ l-egħluq għas-sottomissjoni ta’ l-applikazzjonijiet taħt l-azzjoni in-kwistjoni. Għall-proġetti magħżula skond il-proċedura b’żewġ fażijiet provduta taħt il-punt 2(a) u (b), din għandha tirreferi biss għat-tieni stadju ta’ l-għażla (proposta sħiħa tal-proġett).

5. Il-Kummissjoni u, fil-kaz ta’ azzjonijiet deċentralizzati, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw l-aħjar koordinazzjoni bejn il-proċeduri u l-limiti ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-għażla ta’ l-applikazzjonijiet għall-appoġġ f’dan il-programm u l-programmi tal-Komunità fl-oqsma tat-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ rispettivament.

IV. DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

A. Azzjonijiet deċentralizzati

1. Il-fondi tal-Komunità maħsubha biex jipprovdu appoġġ finanzjarju taħt l-azzjonijiet identifikati bħala deċentralizzati fit-Taqsima III, punt l, għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri skond il-formoli li ġejjin:

(a) ammont minimu li għandu jiġi stabbilit skond id-disponibilità ta’ l-estimi għall-azzjoni konċernata għandu jiġi allokat lil kull Stat Membru;

(b) il-bqija għandha tiġi allokata lill-Istati Membri varji fuq il-bażi ta’:

(i) id-differenza ta’ l-għoli tal-ħajja bejn l-Istat Membru ta’ oriġini u l-Istat Membru li jospita;

(ii) id-distanza u l-ispiża ta’ l-ivvjaġġar bejn l-Istat Membru ta’ oriġini u l-Istat Membru li jospita għandhom jiġu kalkolati waqt li jingħata kont ta’ l-aktar prezz baxx ta’ l-ivvjaġġar għall-vjaġġ konċernat;

(iii) in-numru totali tal-pajjiż ta’:

- tfal ta’ l-iskola u għalliema fl-edukazzjoni skolastika għall-azzjoni 1.1 (Sħubija bejn -iskejjel) u Azzjoni 1.2 punt 2(a), (b), (ċ) (Azzjonijiet ta’ mobilità fi ħdan is-sħubija fit-taħriġ ta’ impjegati edukattivi fl-iskejjel)

- studenti f’edukazzjoni ogħla għall-Azzjoni 2.2, punt 3 (Mobilità ta’ l-istudenti). In-numru ta’ gradwati għandu jkun limitat fl-iskop tiegħu bħala fattur sussidjarju u komplementari li għandu jiġi stabbilit skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni għall-kwalifikazzjoni, fejn xieraq, l-allokazzjoni ta’ l-Istati Membri;

- għalliema universitarji għall-Azzjoni 2.2, punt 3 (Mobilità ta’ għalliema universitarji)

2. Il-fondi tal-Komunità hekk imqassma għandhom jiġu amministrati mill-Istati Membri bl-għajnuna ta’ l-aġenziji nazzjonali Socrates li għalihom previst fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni.

3. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi b’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinkoraġġixxi parteċipazzjoni bilanċjata fil-livell tal-Komunità, nazzjonali u, fejn xieraq, fil-livell nazzjonali, u, fil-każ ta’ edukazzjoni ogħla, ma’ l-oqsma varji ta’ l-istudji. Il-proporzjon allokat għal dawn il-miżuri m’għandux jeċċedi l-5 % ta’ l-estimi ta’ kull sena għall-finanzjament ta’ kull waħda mill-Azzjonijiet in-kwistjoni.

4. L-arranġamenti għall-allokazzjoni tal-fondi lil kull Stat Membru għall-attivitajiet ta’ mobilità provduta fl-Azzjoni 3, punt 2(h) (Żjajjar u skambju fl-edukazzjoni adulta) u 6.1, punt 2, it-tieni indent (Arion), għall-organizzazzjoni tal-mobilità ta’ l-istudenti u l-għalliema universitarji skond it-Taqsima III. l.(b), għall-appoġġ ta’ żjajjar preparatorji u għall-miżuri preparatorji li hemm referenza għalihom fit-Taqsima IV, punt B.4 għandhom jiġu deċiżi mill-Kummissjoni wara li tirċievi l-opinjoni tal-kumitat skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni.

B. Dispożizzjonijiet oħra

1. Wara konsiderazzjoni xierqa għall-kwalità u l-kwantità ta’ applikazzjonijiet għall-appoġġ Finanzjarju, il-linji ta’ gwida li ġejjin se jittieħdu in-konsiderazzjoni meta r-riżorsi jiġu allokati skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni;

(a) ir-riżorsi li għandhom jiġu kommessi taħt l-Azzjoni 1 (Comenius) m’għandhomx ikunu anqas minn 27 % ta’ l-estimi totali disponibbli għal dan il-programm;

(b) ir-riżorsi li għandhom jiġu kommessi taħt l-Azzjoni 2 (Erasmus) m’għandhomx ikunu anqas minn 51 % ta’ l-estimi totali disponibbli għal dan il-programm;

(ċ) ir-riżorsi li għandhom jiġu kommessi taħt l-Azzjoni 3 (Grundtvig) m’għandhomx ikunu anqas minn 7 % ta’ l-estimi totali disponibbli għal dan il-programm;

(d) ir-riżorsi li għandhom ikunu kommessi għall-għajnuna finanzjarja għall-aġenziji nazzjonali Socrates taħt l-Azzjoni 8.2 u għall-għajnuna teknika taħt l-Azzjoni 8.3 m’għandhomx jeċċedu 4,5 % ta’ l-estimi totali ta’ kull sena disponibbli għal dan il-programm.

Il-perċentwali ta’ hawn fuq huma indikattivi u jistgħu jiġu addattati skond l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni;

2. Bħala regola ġenerali, l-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni mogħtija għall-proġetti taħt dan il-programm huma maħsubha parzjalment biex jibbilanċjaw in-nefqa stmata meħtieġa biex isiru l-attivitajiet konċernati u tista’ tkopri perjodu massimu ta’ tlett snin, suġġett għar-reviżjoni perjodika tal-progress miksub. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità m’għandhiex normalment teċċedi l-75 % tan-nefqa totali ta’ xi proġett speċifiku, ħlief fil-każ ta’ miżuri li jakkumpanjaw. L-għajnuna tista’ tingħata bil-quddiem biex tippermetti li jsiru l-żjajjar preparatorji dwar il-proġetti in-kwistjoni.

L-ammont li għandu jsir disponibbli fl-estimi ta’ kull sena tal-programm għall-attivitajiet taħt l-Azzjoni 8.1 (f) m’għandux jeċċedi EUR 250000.

3. Għandu jingħata kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ għajnuna tal-Komunità li għandu jingħata.

4. Fir-rigward ta’ attivitajiet li jinvolvu l-mobilità ta’ persuni, l-għajnuna tal-Komunità tista’ tingħata biex tgħin li tiġi żgurata preparazzjoni adegwata għall-perjodu mgħoddi fi Stat Membru ieħor. Miżuri preparatorji bħal dawk jistgħu jinkludu b’mod partikolari korsijiet ta’ l-ilsna, tagħrif dwar aspetti soċjali u kulturali ta’ l-Istat Membru li jospita, eċċ.

V. TIFSIRIET

Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

1. "kumpannija" tfisser il-kumpanniji kollha fis-settur pubbliku jew privat ikun x’ikun id-daqs tagħhom, l-istatus legali jew is-settur ekonomiku li joperaw fih, u t-tipi kollha ta’ attivitajiet ekonomiċi, inkluża l-ekonomija soċjali;

2. "dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet" tfisser kull kategorija ta’ impjegati bi dmirijiet ta’ amministrazzjoni, ta’ stima, ta’ taħriġ, ta’ gwida u ta’ spezzjoni fil-qasam ta’ l-edukazzoni u l-persuni responsabbli għal dan il-qasam fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u fi ħdan il-ministeri;

3. "gwida u għoti ta’ pariri" tfisser firxa ta’ attivitajiet bħal tagħrif, stima, orjentazzjoni u pariri biex jgħinu lil dawk li jitgħallmu li jagħmlu l-għażliet tagħhom li jirrelataw ma’ programmi ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ jew opportunitajiet tax-xogħol;

4. "tagħlim tul il-ħajja" tfisser l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni jew taħriġ offruti lill-persuni matul il-ħajja kollha tagħhom biex ikunu jistgħu kontinwament jakkwistaw, jaġġornaw u jaddattaw dak li jafu, il-kapaċitajiet u l-kompetenzi;

5. "tagħlim miftuħ u minn distanza" tfisser kull forma ta’ edukazzjoni flessibbli, sew jekk tinvolvi l-użu ta’ tagħrif jew teknoloġiji ta’ komunikazzjoni sew jekk le;

6. "proġett" ifisser kull attività transnazzjonali ta’ kooperazzjoni żviluppata flimkien f’raggruppar formali jew informali ta’ organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet;

7. "tifel ta’ l-iskola" tfisser persuni miktuba f’dik il-kapaċità fi "skola" kif definita f’dan l-Anness;

8. "ċentru ta’ riżorsi" tfisser korp imqabbad fil-produzzjoni, ġbir jew tixrid ta’ dokumentazzjoni, materjali jew metodoloġiji li jirrelataw ma’ settur ta’ attività indirizzat minn dan il-programm, bħal ilsna jew teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni li jirrelataw ma’ l-edukazzjoni;

9. "skola" tfisser kull tip ta’ istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali (taż-żgħar, primarja jew sekondarja), vokazzjonali jew teknika u, eċċezzjonalment, fil-każ ta’ miżuri biex jippromovu it-tagħlim ta’ l-ilsna, istituzzjonijiet li ma jkunux skola li jipprovdu taħriġ ta’ apprendistat;

10. "imsieħba soċjali" tfisser, fil-livell nazzjonali organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem jew tal-ħaddiema b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi u, fil-livell tal-Komunità, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem jew tal-ħaddiema li jieħdu parti fid-djalogu soċjali fil-livell tal-Komunità;

11. "student" ifisser persuni reġistrati f’ "universitajiet" kif definiti f’dan l-Anness, ikun x’ikun il-qasam ta’ l-istudju, biex isegwu kors ta’ edukazzjoni ogħla li jwassal għal grad jew diploma, sa u inkluż il-livell ta’ dottorat;

12. "għalliema/impjegati edukattivi" tfisser persuni li, permezz tad-dmirijiet tagħhom, huma nvoluti direttament fil-proċess edukattiv fl-Istati Membri, skond l-organizzazzjoni tas-sistema rispettiva edukattiva;

13. "università" tfisser kull tip ta’ istituzzjoni għolja edukattiva, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew prattika, li toffri kwalifiki jew diplomi f’dak il-livell, jissejħu x’jissejħu stabbilimenti bħal dawk fl-Istati Membri;

14. "għalliem universitarju" tfisser kull kategorija ta’ persuni mpjegati f’dik il-kapaċità f’"università" kif definita f’dan l-Anness.

--------------------------------------------------

Top