EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016L/AFI/DCL/56

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
C.DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
56.Dikjarazzjoni mill-Irlanda dwar l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

ĠU C 202, 7.6.2016, p. 356–357 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_56/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/356


56.   Dikjarazzjoni mill-Irlanda dwar l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja

L-Irlanda tafferma l-impenn tagħha lejn l-Unjoni bħala spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li jirrispetta d-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta' l-Istati Membri li fih iċ-ċittadini jingħataw livell għoli ta' sigurezza.

Għaldaqstant, l-Irlanda tiddikjara l-intenzjoni ferma tagħha li teżerċita d-dritt tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja li tieħu sehem fl-adozzjoni ta' miżuri skond it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea safejn hi tqis li jista' jkun.

B'mod partikolari, l-Irlanda ser tipparteċipa safejn ukun possibli fil-miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija.

Barra minn hekk, l-Irlanda tfakkar li skond l-Artikolu 8 tal-Protokoll hija tista' tinnotifika lill- Kunsill bil-miktub li ma tixtieqx tkun aktar koperta mit-termini tal-Protokoll. L-Irlanda bi ħsiebha tirrivedi l-operat ta' dawn l-arranġamenti fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat.


Top