EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008R0767-20220803

Consolidated text: Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/767/2022-08-03

02008R0767 — MT — 03.08.2022 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2008

dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)

(ĠU L 218 13.8.2008, p. 60)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (KE) Nru 810/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 2009

  L 243

1

15.9.2009

►M2

REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ġunju 2013

  L 182

1

29.6.2013

►M3

REGOLAMENT (UE) 2017/2226 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Novembru 2017

  L 327

20

9.12.2017

►M4

REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019

  L 135

27

22.5.2019

►M5

REGOLAMENT (UE) 2021/1134 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021

  L 248

11

13.7.2021

►M6

REGOLAMENT (UE) 2021/1152 TAL-PARLAMENT U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021

  L 249

15

14.7.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 117, 3.5.2019, p.  13 (2017/2226)

►C2

Rettifika, ĠU L 458, 22.12.2021, p.  541 (Nru 767/2008)




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 767/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Lulju 2008

dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-għan, il-funzjonalitajiet ta' u r-responsabbiltajiet għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), kif stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/512/KE. Huwa jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet għal viżi ta' perjodu qasir u dwar deċiżjonijiet li jittieħdu dwar dan, inkluż id-deċiżjoni dwar jekk tkunx annullata, revokata jew estiża l-viża, sabiex tiġi ffaċilitata l-eżaminazzjoni ta' tali applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati.

▼M4

Billi taħżen data tal-identità, data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u għall-assistenza fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fil-VIS bil-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 ta' dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 2

Għan

Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, l-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex:

(a) 

tiffaċilita l-proċedura ta' l-applikazzjoni għal viża;

(b) 

jiġi evitat in-nuqqas ta' osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni ta' l-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' l-applikazzjoni;

(ċ) 

tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;

(d) 

jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju ta' l-Istati Membri;

(e) 

tgħin fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe persuna li jista' jkun ma tissodisfax, jew ma' tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju ta' l-Istati Membri;

(f) 

tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003;

(g) 

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull Stat Membru.

Artikolu 3

Disponibilità tad-data għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati oħra serji

1.  
L-awtoritajiet maħtura ta' l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet speċifiċi u wara talba bil-miktub jew elettronika motivata, ikollhom aċċess għad-data miġbura fil-VIS imsemmija fl-Artikoli 9 sa 14 jekk ikun hemm raġunijiet raġjonevoli li jwasslu biex il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tkun meqjusa li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-qbid u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati serji oħra. Il-Europol jista' jaċċessa l-VIS fil-limiti tal-mandat tiegħu u meta meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.
2.  
Il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq permezz ta' kuntatt(i) ta' aċċess ċentrali li għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-aċċess għall-konsultazzjoni tal-VIS mill-awtoritajiet maħtura ta' l-Istati Membri u mill-Europol għal skopijiet ta' prevenzjoni, identifikazzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji ( 2 ). L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn kuntatt wieħed ta' aċċess ċentrali sabiex jirriflettu l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali u legali tagħhom. F'każ eċċezzjonali ta' urġenza, il-kuntatt(i) ta' aċċess ċentrali jistgħu jirċievu talbiet bil-miktub, elettroniċi jew orali u jivverifikaw biss ex-post jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess ikunux sodisfatti, inkluż il-fatt jekk kienx jeżisti każ eċċezzjonali ta' urġenza. Il-verifika ex-post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed wara l-ipproċessar tat-talba.
3.  
Id-data miksuba mill-VIS skond id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhiex tkun trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali. Madanakollu, f'każ eċċezzjonali ta' urġenza, data bħal din tista' tiġi ttrasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali esklussivament għall-għanijiet ta' prevenzjoni, ta' qbid ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bi qbil mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dettalji ta' dawn it-trasferimenti jinżammu u għandhom jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data fuq talba. It-trasferiment tad-data mill-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS għandu jkun suġġett għal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.
4.  
Dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għal kwalunkwe obbligi li jaqgħu taħt il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-komunikazzoni ta' informazzjoni dwar kwalunkwe attività kriminali, identifikata mill-awtoritajiet kif msemmi fl-Artikolu 6 waqt it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom lill-awtoritajiet responsabbli għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati kriminali relatati.

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw:

1. 

“viża” tfisser:

▼M1

(a) 

“viża uniformi” kif imfissra fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( 3 );

▼M1 —————

▼M1

(c) 

“viża għal tranżitu fl-ajruport” kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

(d) 

“viża b’validità territorjali limitata” kif definit fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

▼M1 —————

▼B

2. 

►C2  sticker tal-viża ◄ ” tfisser il-format uniformi tal-viżi kif imfisser bir-Regolament (KE) Nru 1683/95;

3. 

“l-awtoritajiet tal-viża” tfisser l-awtoritajiet li f'kull Stat Membru huma responsabbli għall-eżaminazzjoniu għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża jew għal deċiżjoniet dwar jekk jiġux annullati, revokati jew estiżi viżi, inklużi l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' viżi fil-fruntiera skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 415/2003 tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-kwistjoni tal-viżi fuq il-fruntieri, inkluż il-ħruġ ta' dawn il-viżi lill-baħrin li jkunu fi transitu ( 4 );

4. 

“formola ta' l-applikazzjoni” tfisser il-formola uniformi ta' applikazzjoni għal viżi fl-Anness 16 għall-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;

5. 

“applikant” tfisser kwalunkwe persuna suġġetta għall-ħtieġa tal-viża skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża meta jaqsmu fruntiera esterna u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ( 5 ), li ppreżentat applikazzjoni għal viża;

6. 

“membri tal-grupp” tfisser applikanti li huma obbligati għal raġunijiet legali biex jidħlu jew iħallu t-territorju ta' l-Istati Membri flimkien;

7. 

“dokument ta' l-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' tiżdied viża;

8. 

“Stat Membru responsabbli” tfisser l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS;

9. 

►C2  “verifika” tfisser il-proċess ta’ tqabbil ta’ settijiet ta’ data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità mitluba (verifika one-to-one); ◄

10. 

►C2  “identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi ddeterminata l-identità ta’ persuna permezz ta’ tfittxija fil-bażi tad-data ma’ settijiet multipli ta’ data (verifika “one-to-many”); ◄

11. 

“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, numri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;

▼M4

12. 

“data tal-VIS” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f'konformità mal-Artikoli 9 sa 14;

13. 

“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);

14. 

“data dwar il-marki tas-swaba” tfisser id-data relattiva għall-ħames marki tas-swaba' tas-saba' l-werrej, tas-saba' tan-nofs, tas-saba' taċ-ċurkett, tas-saba' ż-żgħir u tas-saba' l-kbir mill-id tal-lemin u meta preżenti mill-id tax-xellug.

▼B

Artikolu 5

Kategoriji ta' data

1.  

Il-kategoriji li ġejjin biss għandhom jiġu rrekordjati fil-VIS:

(a) 

data alfanumerika dwar l-applikant u dwar viżi mitluba, maħruġa, irrifjutati, annullati, revokati jew estiżi msemmija fl-Artikoli 9(1) u (4) u fl-Artikoli 10 sa 14;

(b) 

ritratti msemmija fl-Artikolu 9(5);

(ċ) 

data ta' marki tas-swaba' msemmija fl-Artikolu 9(6);

(d) 

links għal applikazzjonijiet oħra msemmija fl-Artikoli 8(3) u (4).

▼M4

1a.  
Is-CIR għandu jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (c), (5) u (6), u d-data li jifdal tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.

▼B

2.  
Il-messaġġi trażmessi bl-infrastruttura tal-VIS, msemmija fl-Artikolu 16, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), m'għandhomx jiġu rrekordjati fil-VIS, bla ħsara għar-rekordjar ta' l-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data skond l-Artikolu 34.

▼M5

Artikolu 5a

Lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-ġestjoni tal-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

Artikolu 6

Aċċess għad-dħul, l-emendar, it-tħassir u l-konsultazzjoni ta' data

1.  
Aċċess għall-VIS għad-dħul, emendar jew tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skond dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża.

▼M6

2.  

L-aċċess għall-VIS sabiex tiġi kkonsultata d-data għandu jiġi riżervat esklussivament għall-persunal awtorizzat kif xieraq ta’:

(a) 

l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22 g sa 22 m, u l-Artikolu 45e ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, deżinjati skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-finijiet tal-Artikoli 18c u 18d ta’ dan ir-Regolament u għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2018/1240; u

(c) 

l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-Unjoni li huma kompetenti għall-finijiet tal-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/817.

Tali aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għall-prestazzjoni tal-kompiti ta’ dawk l-awtoritajiet u l-korpi tal-Unjoni skont dawk il-finijiet, u proporzjonat għall-objettivi segwiti.

▼B

3.  

Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati għandu jkolhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-Kummissjoni lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 41(4), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika l-għanijiet li għalihom kull awtorità tista' tipproċessa data fil-VIS.

Fi żmien tliet xhur minn meta l-VIS tibda tiffunzjona skond l-Artikolu 48(1), il-Kummissjoni għandha tippubblika lista konsolidata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Fejn ikun hemm emendi, il-Kummissjoni għandha tippubblika darba fl-istess sena lista konsolidata aġġornata.

▼M5

5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-ġestjoni tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċentralizzata tal-lista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.  
Kull awtorità kompetenti awtorizzata biex taċċessa l-VIS skond dan ir-Regolament għandha tiżgura li l-użu tal-VIS huwa neċessarju, xieraq u proporzjonat mat-twettiq tal-kompiti ta' l-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-VIS ma tiddiskriminax kontra applikanti u detenturi tal-viża fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità ta' l-applikant jew tad-detentur tal-viża.



KAPITOLU II

DĦUL U UŻU TA' DATA MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA

Artikolu 8

Proċeduri għad-dħul ta' data ma' l-applikazzjoni

1.  
►M1  Meta l-applikazzjoni hija ammissibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 ◄ , l-awtorità tal-viża għandha toħloq mingħajr dewmien il-fajl ta' l-applikazzjoni, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 9 fil-VIS, safejn dik id-data hija meħtieġa li tkun ipprovduta mill-applikant.
2.  
Meta jkun qed jinħoloq il-fajl ta' l-applikazzjoni, l-awtorità tal-viża għandha tiċċekkja fil-VIS, skond l-Artikolu 15, jekk kinitx ġiet reġistrata fil-VIS applikazzjoni preċedenti ta' l- applikant minn kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri.

▼C2

3.  
Jekk applikazzjoni preċedenti ġiet reġistrata, l-awtorità tal-viża għandha tillinkja kull fajl ġdid ta’ applikazzjoni mal-fajl ta’ applikazzjoni ta’ qabel dwar dak l-applikant.
4.  
Jekk l-applikant qed jivvjaġġa fi grupp jew mal-mara jew ir-raġel u/jew it-tfal, l-awtorità tal-viża għandha toħloq fajl ta’ applikazzjoni għal kull applikant u tillinkja l-fajls ta’ applikazzjoni tal-persuni li qed jivvjaġġaw flimkien.

▼B

5.  
Fejn il-forniment ta' data partikulari mhux meħtieġ għal raġunijiet legali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-ispazji speċifiċi provduti għad-data (data fields) għandhom ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”. Fil-każ tal-marki tas-swaba', is-sistema għandha tippermetti, għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 17, li ssir distinzjoni bejn il-każi fejn m'hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba' jkunu pprovduti għal raġunijiet legali u każi fejn fil-fatt ma jistgħux ikunu pprovduti; wara perjodu ta' erba' snin din il-funzjonalità għandha tiskadi sakemm ma tiġix konfermata minn deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(4).

Artikolu 9

▼M1

Data li għandha tiddaħħal mal-applikazzjoni

▼B

L-awtorità tal-viża għandha ddaħħal id-data li ġejja fil-fajl ta' applikazzjoni:

1. 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

2. 

informazzjoni dwar l-istatus, li tindika li intalbet viża;

3. 

l-awtorità fejn l-applikazzjoni ġiet depożitata, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk l-applikazzjoni ġietx depożitata għand dik l-awtorità li tirrappreżenta Stat Membru ieħor;

4. 

id-data li ġejja li għandha tittieħed mill-formola ta' l-applikazzjoni:

▼M4

(a) 

il-kunjom; l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); id-data tat-twelid; is-sess;

(aa) 

il-kunjom tat-twelid (kunjom/kunjomijiet ta' qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità kurrenti u n-nazzjonalità mat-twelid;

(b) 

it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(c) 

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar;

(ca) 

l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ tiegħu;

▼B

(d) 

post u data ta' l-applikazzjoni;

(f) 

▼C2

dettalji tal-persuna li qed toħroġ stedina u/jew hija responsabbli li tħallas l-ispejjeż tal-ħajja ta’ l-applikant matul is-soġġorn, li huma:

▼B

(i) 

fil-każ ta' persuna fiżika, il-kunjom u l-isem u l-indirizz tal-persuna;

(ii) 

fil-każ ta' kumpanija, jew organizzazzjoni oħra, l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/organizzazzjoni oħra, u l-kunjom u l-isem tal-persuna ta' kuntatt ta' dik il-kumpanija/organizzazzjoni;

▼M1

(g) 

Stat(i) Membru(i) destinatarji u tul tas-soġġorn previst jew tat-tranżitu;

(h) 

għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;

(i) 

id-data prevista għall-wasla fiż-żona ta’ Schengen u d-data prevista għat-tluq miż-żona ta’ Schengen;

(j) 

Stat Membru tal-ewwel dħul;

(k) 

l-indirizz tal-applikant;

▼B

(l) 

l-impjieg attwali u min iħaddem; għall-istudenti: l-isem ►M1  tal-istabbiliment edukattiv; ◄

(m) 

fil-każ ta' minorenni, kunjom u isem (ismijiet) ►M1  tas-setgħa tal-ġenituri jew tal-kustodja legali ◄ ta' l-applikant;

5. 

ritratt ta' l-applikant, skond ir-Regolament (KE) Nru 1683/95;

6. 

marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni.

▼M5

L-applikant għandu jindika l-okkupazzjoni attwali (grupp ta’ impjieg) tiegħu minn fuq lista predeterminata.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi l-lista predeterminata ta’ okkupazzjonijiet (gruppi ta’ xogħol).

Artikolu 9h

Implimentazzjoni u manwal

2.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi f’manwal il-proċeduri u r-regoli meħtieġa għall-konsultazzjonijiet, il-verifiki u l-valutazzjonijiet.

Artikolu 9j

Indikaturi ta’ riskji speċifiċi

2.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 48a biex tiddefinixxi ulterjorment ir-riskji relatati mas-sigurtà jew mal-immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija abbażi ta’:

(a) 

statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u ta’ rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;

(b) 

statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet għal viża minħabba riskju għas-sigurtà, riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju għoli ta’ epidemija assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża;

(c) 

statistika ġġenerata mill-VIS f’konformità mal-Artikolu 45a u mill-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn l-informazzjoni miġbura permezz tal-formola ta’ applikazzjoni u l-każijiet ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn minn detenturi ta’ viża jew ta’ rifjuti ta’ dħul;

(d) 

informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi ta’ riskji speċifiċi għas-sigurtà jew theddid identifikat minn Stat Membru;

(e) 

informazzjoni sostanzjata b’elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar rati anormali ta’ persuni li baqgħu fit-territorju wara l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni għas-soġġorn u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ detenturi ta’ viża għal Stat Membru;

(f) 

informazzjoni li tikkonċerna riskji għolja speċifiċi ta’ epidemija ipprovduta mill-Istati Membri kif ukoll informazzjoni ta’ sorveljanza epidemjoloġika u valutazzjonijiet tar-riskji pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u tifqigħ ta’ mard irrappurtat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-riskji, kif definit f’dan ir-Regolament u fl-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li fuqhom iridu jkunu bbażati l-indikaturi ta’ riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

Ir-riskji speċifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas kull sitt xhur u, fejn neċessarju, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni ġdid f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

Artikolu 10

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li nħarġet

1.  

Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tinħareġ viża, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża nħarġet;

(b) 

l-awtorità li ħarġet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab, u jekk dik l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;

(ċ) 

il-post u d-data tad-deċiżjoni li tinħareġ il-viża;

(d) 

it-tip ta' viża;

▼M3

(da) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet b’validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009;

▼B

(e) 

in-numru ►C2  tal-isticker tal-viża ◄ ;

(f) 

it-territorju fejn id-detentur tal-viża huwa intitolat jivvjaġġa, skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Komuni Konsulari;

(g) 

id-dati tal-bidu u ta' l-iskadenza tal-perjodu ta' validità tal-viża;

(h) 

in-numru ta' dħul awtorizzati bil-viża fit-territorju fejn il-viża hija valida;

(i) 

il-perjodu ►C2  tal-soġġorn ◄ kif awtorizzata mill-viża;

(j) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-viża nħarġet fuq paġna separata skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 333/2002 tat-18 ta' Frar 2002 dwar format uniformi għall-formuli biex titwaħħal il-viża maħruġa mill-Istati Membri lill-persuni li jkollhom dokumenti għall-ivvjaġġar mhux rikonoxxuti mill-Istati Membri li jfasslu l-formula ( 6 );

▼M1

(k) 

jekk applikabbli, l-informazzjoni li tindika li l-isticker tal-viża tkun imtliet manwalment;

▼M3

(l) 

jekk ikun applikabbli, l-istatus tal-persuna li jindika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz huwa membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalih tapplika d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dak ta’ ċittadini tal-Unjoni skont ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, minn naħa waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra.

▼B

2.  
Jekk applikazzjoni tiġi rtirata mill-applikant jew jekk l-applikant ikun waqaf ifittex li jiksibha qabel tittieħed deċiżjoni jekk tinħariġx viża, l-awtorità tal-viża fejn ġiet depożitata l-applikazzjoni għandha tindika li l-applikazzjoni ngħalqet għal dawn ir-raġunijiet u d-data meta l-applikazzjoni ngħalqet.

Artikolu 11

Data li għandha tiġi miżjuda fil-każ li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma jitkompliex

▼M1

Fejn l-awtorità tal-viża li tirrappreżenta Stat Membru ieħor ma tkomplix l-eżami tal-applikazzjoni, hi għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

▼B

1. 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-eżami ta' l-applikazzjoni ma tkompliex;

2. 

l-awtorità li ma komplietx l-eżami ta' l-applikazzjoni, inkluż il-post fejn tinsab;

3. 

il-post u d-data tad-deċiżjoni li l-eżami ma jitkompliex;

4. 

l-Istat Membru kompetenti biex jeżamina l-applikazzjoni.

Artikolu 12

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet irrifjutata

1.  

Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi rrifjutata viża, l-awtorità tal-viża li rrifjutat il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl ta' l-applikazzjoni:

▼M1

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża ġiet irrifjutata u jekk dik l-awtorità ċaħdet f’isem Stat Membru ieħor;

▼B

(b) 

l-awtorità li rrifjutat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(ċ) 

post u data tad-deċiżjoni li tkun irrifjutata l-viża.

▼M1

2.  

Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) li għalihom inċaħdet il-viża, li għandha tkun waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

l-applikant:

(i) 

jippreżenta dokument tal-ivvjaġġar li hu falz jew iffalsifikat;

(ii) 

ma jipprovdix ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn previst;

(iii) 

ma jipprovdix prova ta’ mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għat-tul tas-soġġorn previst jew għar-ritorn tiegħu fil-pajjiż tal-oriġini jew residenza, jew għat-tranżitu lejn pajjiż terz li fih huwa żgur li jiġi ammess, jew mhuwiex f’pożizzjoni li jikseb dawn il-mezzi skont il-liġi;

▼M2

(iv) 

ikun diġà qagħad għal 90 jum waqt il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;

▼M1

(v) 

hu persuna li nħarġitilha twissija fis-SIS għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul;

(vi) 

huwa meqjus bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika kif hemm definit fl-Artikolu 2 il-punt 2 tal-Kodiċi dwar il-Fruntieri ta’ Schengen jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, u partikolarment fejn tkun inħarġet twissija fil-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ Stat Membru għall-fini ta’ ċaħda tad-dħul għal dawk l-istess raġunijiet;

(vii) 

ma jagħtix prova li għandu assigurazzjoni medika tal-ivvjaġġar adegwata u valida, fejn applikabbli;

(b) 

l-informazzjoni sottomessa rigward il-ġustifikazzjoni għall-finijiet u l-kondizzjonijiet għas-soġġorn previst ma kinitx affidabbli;

(c) 

ma setgħatx tiġi aċċertata l-intenzjoni tal-applikant li jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri qabel l-iskadenza tal-viża;

(d) 

ma ġietx ipprovduta biżżejjed evidenza li l-applikant ma kienx f’pożizzjoni li japplika minn qabel għal viża, li tiġġustifika l-applikazzjoni għal viża mal-fruntiera.

Artikolu 13

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża ġiet annullata jew irrevokata

1.  

Fejn ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew irrevokata viża, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità tal-viża, l-awtorità tal-viża li ħadet din id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet annullata jew irrevokata;

(b) 

l-awtorità li annullat jew irrevokat il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(c) 

post u data tad-deċiżjoni.

2.  

Il-fajl tal-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġuni(raġunijiet) għall-annullament jew ir-revoka, li għandhom ikunu:

(a) 

waħda jew aktar mir-raġuni(raġunijiet) elenkati fl-Artikolu 12(2);

(b) 

applikazzjoni tad-detentur tal-viża li jirrevoka l-viża.

▼M3

3.  
Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tiġi annullata jew revokata viża, l-awtorità tal-viża li tkun ħadet id-deċiżjoni għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ stabbilita bir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) (EES) id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) ta’ dak ir-Regolament.

▼B

Artikolu 14

Data li għandha tiġi miżjuda għal viża li ġiet estiża

▼M1

1.  

Fejn ittieħdet deċiżjoni biex tiġi estiża viża, l-awtorità tal-viża li estendiet il-viża għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni:

▼B

(a) 

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża ġiet estiża;

(b) 

l-awtorità li estendiet il-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

(ċ) 

post u data tad-deċiżjoni;

▼M1

(d) 

in-numru tal-isticker tal-viża tal-viża estiża;

▼B

(e) 

id-data tal-bidu u d-data ta' l-iskadenza tal-perjodu estiż;

(f) 

il-perjodu ta' l-estensjoni tal-perjodu ►C2  tal-soġġorn ◄ awtorizzat;

▼M1

(g) 

it-territorju li fih id-detentur tal-viża hu intitolat li jivvjaġġa, jekk il-validità territorjali tal-viża estiża hija differenti minn dik tal-viża oriġinali;

▼B

(h) 

it-tip tal-viża estiża.

2.  

Il-fajl ta' l-applikazzjoni għandu jindika wkoll ir-raġunijiet għall-estensjoni tal-viża, li għandhom ikunu wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a) 

force majeure;

(b) 

raġunijiet umanitarji;

▼M1 —————

▼B

(d) 

raġunijiet personali serji.

▼M3

3.  
L-awtorità tal-viża li tkun ħadet deċiżjoni li testendi l-perijodu ta’ validità, it-tul tas-soġġorn ta’ viża maħruġa, jew it-tnejn, għandha tikseb u tesporta immedjatament mill-VIS lejn l-EES id-data elenkata fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226.

▼B

Artikolu 15

Użu tal-VIS biex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet

1.  
L-awtorità kompetenti tal-viża għandha tikkonsulta l-VIS għall-għanijiet ta' l-eżami ta' l-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati ma' dawk l-applikazzjonijiet, inkluża d-deċiżjoni jekk għandhiex tkun annullata, irrevokata, ►M1  jew tiġi estiża l-viża ◄ skond id-dispożizzjonijiet relevanti.
2.  

Għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha tingħata l-aċċess biex tfittex b'wieħed jew aktar mit-tipi ta' data li ġejjin:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

▼M3

(b) 

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; is-sess;

(c) 

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

▼B

(d) 

il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew l-isem u l-indirizz tal-kumpanija/l-organizzazzjoni l-oħra, msemmija fl-Artikolu 9(4)(f);

(e) 

marki tas-swaba';

(f) 

in-numru ►C2  tal-isticker tal-viża ◄ u d-data tal-ħruġ ta' kwalunkwe viża preċedenti li nħarġet.

3.  
Jekk it-tfittxija b'waħda jew aktar mit-tipi ta' data elenkati fil-paragrafu 2 tindika li data dwar l-applikant hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti tal-viża għandha tingħata l-aċċess għall-fajl(s) ta' l-applikant u għall- ►C2  fajls ta’ applikazzjoni llinkjati ◄ , skond l-Artikolu 8(3) u (4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

▼M3

4.  
Għall-finijiet ta’ konsultazzjoni tal-EES biex teżamina u tieħu deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess biex tfittex fl-EES direttament mill-VIS b’data waħda jew aktar imsemmija f’dak l-Artikolu.
5.  
Fejn it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mhijiex reġistrata fil-VIS jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-viża għandu jkollha aċċess għad-data li tippermetti l-identifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 20.

▼B

Artikolu 16

Użu tal-VIS għall-konsultazzjoni u għat-talbiet għal dokumenti

1.  
Għall-finijiet ta' konsultazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar applikazzjonijiet skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen, it-talba għall-konsultazzjoni u r-risposti għaliha għandhom ikunu trasmessi skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
2.  

L-Istat Membru li huwa responsabbli għall-eżami ta' l-applikazzjoni għandu jittrasmetti t-talba ta' konsultazzjoni flimkien man-numru ta' l-applikazzjoni lill-VIS, b' indikazzjoni ta' l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jridu jiġu kkonsultati.

Il-VIS għandha tittrasmetti t-talba lill-Istat Membru jew l-Istati Membri indikati.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrasmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrasmetti dik it-tweġiba lill-Istat Membru li beda t-talba.

3.  
Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 tista' tapplika wkoll għat-trasmissjoni tad-data dwar il-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata u messaġġi oħra marbuta mal-kooperazzjoni konsulari kif ukoll għat-trasmissjoni ta' talbiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-viża sabiex jgħaddu kopji ta' dokumenti ta' l-ivvjaġġar u dokumenti oħra li jappoġġjaw l-applikazzjoni u għat-trasmissjoni ta' kopji elettroniċi ta' dawn id-dokumenti. L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandhom jirrispondu għat-talba mingħajr dewmien.
4.  
Id-data personali trasmessa skond dan l-Artikolu għandha tintuża unikament għall-konsultazzjoni ta' l-awtoritajiet ċentrali tal-viża u għall-kooperazzjoni konsulari.

Artikolu 17

L-użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika

L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandhom ikollhom l-aċċess li jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-għanijiet ta' rrappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta' l-applikanti individwali:

1. 

informazzjoni dwar l-istatus;

2. 

l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab;

3. 

iċ-ċittadinanza attwali ta' l-applikant;

▼M1

4. 

Stat Membru tal-ewwel dħul;

▼B

5. 

data u post ta' l-applikazzjoni jew tad-deċiżjoni dwar il-viża;

▼M1

6. 

it-tip ta’ viża maħruġa;

▼B

7. 

it-tip ta' dokument ta' vvjaġġar;

8. 

ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar il-viża jew l-applikazzjoni għall-viża;

9. 

l-awtorità kompetenti tal-viża, inkluż il-post fejn tinsab, li rrifjutat l-applikazzjoni għall-viża u d-data tar-rifjut;

10. 

il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża mingħand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b'indikazzjoni ta' dawn l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tar-rifjut;

▼M1

11. 

Għan(għanijiet) prinċipali tal-vjaġġ;

▼B

12. 

il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) tista', mill-punt ta' vista ta' fatt, ma tkunx ipprovduta f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);

13. 

il-każijiet li fihom id-data msemmija fl-Artikolu 9(6) ma kinitx mitluba li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5);

14. 

il-każijiet li fihom persuna, li mill-punt ta' vista ta' fatt tista' ma tipprovdix id-data msemmija fl-Artikolu 9(6), ġiet irrifjutata viża f'konformità mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 8(5).



KAPITOLU III

AĊĊESS GĦAD-DATA MINN AWTORITAJIET OĦRA

▼M3

Artikolu 17a

Interoperabbiltà mal-EES

1.  
Malli tibda titħaddem l-EES, kif previst fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, għandha tiġi stabbilita interoperabbiltà bejn l-EES u l-VIS sabiex tiġi żgurata aktar effiċjenza u ħeffa tal-verifika fuq il-fruntiera. Għal dak l-għan, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi Mezz Sigur ta’ Komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali tal-EES u l-VIS ċentrali. Konsultazzjoni diretta bejn l-EES u l-VIS għandha tkun possibbli biss jekk kemm dan ir-Regolament kif ukoll ir-Regolament 2017/2226 jipprevedu għal dan. Il–ksib mill-VIS ta’ data relatata mal-viża, l-esportazzjoni tagħha fl-EES u l-aġġornament ta’ data mill-VIS lejn l-EES għandhom ikunu proċess awtomatizzat ladarba l-operazzjoni inkwistjoni tinbeda mill-awtorità kkonċernata.
2.  

L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-viża li jkunu qed jużaw il-VIS biex jikkonsultaw l-EES mill-VIS:

(a) 

meta jkunu qed jeżaminaw u jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet għal viżi kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 15(4) ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

sabiex jiksbu u jesportaw id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS lejn l-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.  

L-interoperabbiltà għandha tippermetti lill-awtoritajiet tal-fruntiera li jkunu qed jużaw l-EES biex jikkonsultaw il-VIS mill-EES sabiex:

(a) 

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawhom fl-EES sabiex ikun jista’ jinħoloq jew jiġi aġġornat fl-EES rekord ta’ dħul/ħruġ jew ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża f’konformità mal-Artikoli 14, 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18a ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

jiksbu id-data relatata mal-viża direttament mill-VIS u jimportawha fl-EES fil-każ li viża tiġi annullata, revokata jew estiża f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikoli 13 u 14 ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

jivverifikaw l-awtentiċità u l-validità tal-viża, jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), jew it-tnejn, kif imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d) 

jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża li ma jkollhomx fajl individwali reġistrat fl-EES kinux ġew irreġistrati qabel fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 19a ta’ dan ir-Regolament;

(e) 

jivverifikaw, fejn l-identità ta’ detentur ta’ viża hija vverifikata bl-użu tal-marki tas-swaba’, l-identità ta’ detentur ta’ viża permezz tal-marki tas-swaba’ fil-VIS f’konformità mal-Artikoli 23(2) u 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u l-Artikolu 18(6) ta’ dan ir-Regolament.

4.  
Għat-tħaddim tas-servizz web tal-EES imsemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-VIS għandha taġġorna kuljum il-bażi tad-data separata li tista’ tinqara iżda mhux tiġi modifikata imsemmija fl-Artikolu 13(5) ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ estrazzjoni f’direzzjoni waħda tas-sottogrupp minimu neċessarju ta’ data tal-VIS.
5.  
F’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri neċessarji għall-istabbiliment u għad-disinn ta’ livell għoli tal-interoperabbiltà. Sabiex tiġi stabbilita interoperabbiltà mal-EES, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżviluppa l-evoluzzjonijiet u l-adattamenti meħtieġa tal-VIS ċentrali, tal-interfaċċa nazzjonali f’kull Stat Membru, u tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS ċentrali u l-interfaċċi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jadattaw u jiżviluppaw l-infrastrutturi nazzjonali.

▼M3

Artikolu 18

Aċċess għad-data għall-verifika fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES

1.  

Unikament għall-fini li tiġi vverifikata l-identità tad-detenturi ta’ viża, l-awtentiċità, il-validità temporali u territorjali u l-istatus tal-viża jew jekk ikunux sodisfatti l-kondizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399, jew it-tnejn, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollhom aċċess għall-VIS għat-tfittxija billi jużaw id-data li ġejja:

(a) 

il-kunjom (isem il-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew dokumenti tal-ivvjaġġar; jew

(b) 

in-numru tal-istiker tal-viża.

2.  
Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għandha tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
3.  
B’deroga mill-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, meta titnieda tfittxija fl-EES skont l-Artikolu 23(2) jew (4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti tal-fruntiera tista’ tfittex il-VIS mingħajr ma tagħmel użu mill-interoperabbiltà mal-EES, fejn iċ-ċirkostanzi speċifiċi jitolbu hekk, b’mod partikolari fejn ikun aktar xieraq, minħabba fis-sitwazzjoni speċifika ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li ssir tfittxija bl-użu tad-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew fejn ikun teknikament impossibbili, fuq bażi temporanja, li tiġi kkonsultata d-data tal-EES jew fil-każ li l-EES tieqaf taħdem.
4.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data hija maħżuna fil-VIS dwar viża waħda jew aktar maħruġin jew estiżi li jkunu għadhom fil-perijodu ta’ validità tagħhom skont il-validità territorjali tagħhom għall-qsim tal-fruntiera, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2  llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew rigward il-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

Barra minn hekk, fil-każ ta’ dawk id-detenturi ta’ viża li għal raġunijiet legali ma jeħtieġx li tiġi pprovduta data partikolari jew li fattwalment ma tistax tiġi pprovduta, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tirċievi notifika relatata mal-qasam jew oqsma speċifiċi tad-data kkonċernati li għandhom jiġu mmarkati bħala “mhux applikabbli”.

5.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS iżda li ma tkun reġistrata ebda viża valida, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni kif ukoll f’fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2  llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14 u mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata(i) jew revokata(i) jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħha jew tagħhom tiġi estiża.

6.  

Minbarra l-konsultazzjoni li ssir skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-identità tal-persuna mal-VIS jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tindika li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS u tkun sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-identità tal-persuna ma tkunx tista’ tiġi vverifikata mal-EES f’konformità mal-Artikolu 23(2) u tar-Regolament (UE) 2017/2226 peress illi:

(i) 

id-detentur ta’ viża ma jkunx għadu ġie rreġistrat fl-EES;

(ii) 

l-identità tiġi vverifikata, fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera kkonċernat, bl-użu ta’ marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226;

(iii) 

ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża;

(iv) 

ikun hemm xi raġuni oħra;

(b) 

l-identità tal-persuna tista’ tiġi vverifikata mal-EES iżda japplika l-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) 2017/2226

L-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur ta’ viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Għal detenturi ta’ viża li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 1.

7.  
Għall-fini ta’ verifika tal-marki tas-swaba’ mal-VIS kif previst fil-paragrafu 6, l-awtorità kompetenti tista’ tniedi tfittxija mill-EES għall-VIS.
8.  
Fejn il-verifika tad-detentur ta’ viża jew il-verifika tal-viża ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta’ viża jew l-awtentiċità tal-viża jew ta’ dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri li fihom titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għal data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2).

▼M3

Artikolu 18a

Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta’ dħul/ħruġ jew rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES

Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta’ rekord ta’ dħul/ħruġ jew tar-rekord ta’ ċaħda tad-dħul ta’ detentur ta’ viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta’ verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta’ dak ir-Regolament.

▼M6

Artikolu 18b

Interoperabbiltà mal-ETIAS

1.  
Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-ETIAS, kif determinat f’konformità mal-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-VIS għandha tiġi konnessa mal-ESP biex tippermetti l-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
Il-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 ta’ dak ir-Regolament u l-verifiki sussegwenti previsti fl-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-ESP biex tqabbel id-data maħżuna fl-ETIAS mad-data maħżuna fil-VIS, f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament, bl-użu tad-data fit-tabella ta’ korrispondenza stabbilita fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 18c

Aċċess għad-data tal-VIS mill-Unità Ċentrali tal-ETIAS

1.  
Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tagħha mogħtija lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandu jkollha d-dritt li taċċessa u tfittex data rilevanti tal-VIS f’konformità mal-Artikolu 11(8) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
Meta verifika mill-Unita Ċentrali tal-ETIAS skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tikkonferma korrispondenza bejn data rreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tal-ETIAS u data tal-VIS jew meta wara tali verifika jibqgħu dubji, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 18d

L-użu tal-VIS għall-ipproċessar manwali tal-applikazzjonijiet mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS

1.  
L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għandhom jikkonsultaw il-VIS bl-użu tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-verifiki awtomatizzati skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6) u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament.
2.  
L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess temporanju biex jikkonsultaw il-VIS, f’format li jinqara biss, għall-fini li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240. L-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli 9 sa 14 ta’ dan ir-Regolament.
3.  
Wara konsultazzjoni tal-VIS mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240, persunal awtorizzat b’mod xieraq tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jirreġistra r-riżultat tal-konsultazzjoni biss fil-fajls tal-applikazzjoni tal-ETIAS.

▼B

Artikolu 19

Aċċess għad-data għall-verifika fit-territorju ta' l-Istati Membri

1.  

Għall-uniku fini li tiġi vverifikata l-identità ►C2  tad-detentur ◄ tal-viża u/jew l-awtentiċità tal-viża u/jew jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, ►C2  is-soġġorn ◄ jew ir-residenza fit-territorju ta' l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fit-territorji ta' l-Istati Membri rigward jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fi, ►C2  is-soġġorn ◄ jew ir-residenza fit-territorji ta' l-Istati Membri, għandu jkollhom aċċess sabiex ifittxu bin-numru ►C2  tal-isticker tal-viża ◄ flimkien mal-verifika tal-marki tas-swaba' ►C2  tad-detentur ◄ tal-viża, jew in-numru ►C2  tal-isticker tal-viża ◄ .

Għal ►C2  detenturi ◄ tal-viża li l-marki tas-swaba' tagħhom ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bin-numru ►C2  tal-isticker tal-viża. ◄

2.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar ►C2  id-detentur ◄ tal-viża hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni kif ukoll ta' ►C2  fajls ta’ applikazzjoni llinkjati ◄ skond l-Artikolu 8(4), unikament għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

l-informazzjoni dwar status u d-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(2) u (4);

(b) 

ritratti;

(ċ) 

id-data mdaħħla rigward il-viża(i) maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1  ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14.

3.  
F'ċirkostanzi fejn il-verifika ►C2  tad-detentur ◄ tal-viża jew il-verifika tal-viża tfalli jew fejn hemm dubji dwar l-identità ►C2  tad-detentur ◄ tal-viża, l-awtentiċità tal-viża u/jew tad-dokument ta' l-ivvjaġġar, ►C2  il-persunal ◄ debitament awtorizzat ta' l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollu aċċess għal data skond l-Artikolu 20(1) u (2).

▼M3

Artikolu 19a

Użu tal-VIS qabel jinħolqu fl-EES il-fajls individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

1.  
Għall-fini tal-verifika dwar jekk persuna tkunx ġiet irreġistrata qabel fil-VIS, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri esterni f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jikkonsultaw il-VIS qabel ma joħolqu fl-EES il-fajl individwali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-ħtieġa ta’ viża kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament 2017/2226.
2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn japplika l-Artikolu 23(4) tar-Regolament 2017/2226 u t-tfittxija msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dak ir-Regolament tindika li d-data dwar ċittadin ta’ pajjiż terz ma tkunx reġistrata fl-EES, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollha aċċess biex tfittex fil-VIS billi tuża d-data li ġejja: il-kunjom (isem il-familja); l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid); id-data tat-twelid; in-nazzjonalità jew nazzjonalijiet; is-sess; it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti tad-dokument tal-ivvjaġġar; u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar.
3.  
Unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara tfittxija mnedija fl-EES skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti biex twettaq verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi tfittxija fil-VIS direttament mill-EES billi tuża d-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
4.  
Barra minn hekk, jekk it-tfittxija bid-data msemmija fil-paragrafu 2 tindika li d-data li tirrigwarda ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tivverifika l-marki tas-swaba’ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz mal-marki tas-swaba’ reġistrati fil-VIS. Dik l-awtorità tista’ tniedi l-verifika bħal din mill-EES. Għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li l-marki tas-swaba’ tagħhom ma jkunux jistgħu jintużaw, it-tfittxija għandha ssir biss bid-data alfanumerika prevista fil-paragrafu 2.
5.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-verifika mwettqa skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu jindikaw li d-data dwar il-persuna tkun reġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata l-aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja misjuba fil-fajl ta’ applikazzjoni kkonċernat kif ukoll fil-fajl jew fajls ta’ applikazzjoni ►C2  fajls ta’ applikazzjoni llinkjati ◄ skont l-Artikolu 8(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

l-informazzjoni dwar l-istatus u d-data meħuda mill-formola tal-applikazzjoni, ►C1  imsemmija fil-punti (2) u (4) tal-Artikolu 9; ◄

(b) 

ritratti;

(c) 

id-data msemmija fl-Artikolu 10, 13 u 14 u mdaħħla fir-rigward tal-viża jew viżi maħruġa, annullati jew revokati jew tal-viża jew viżi li l-validità tagħhom tiġi estiża.

6.  
Fejn il-verifika prevista fil-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu ma tirnexxix jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tal-persuna jew l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandu jkollu aċċess għad-data f’konformità mal-Artikolu 20(1) u (2). L-awtorità kompetenti biex twettaq il-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES tista’ tniedi mill-EES l-identifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20.

▼B

Artikolu 20

Aċċess għal data għall-identifikazzjoni

▼M3

1.  

Unikament għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li setgħet ġiet reġistrata qabel fil-VIS jew li jista’ jkun li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri, jew ma għadhiex tissodisfahom, l-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES jew fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk il-kondizzjonijiet għad-dħul, jew is-soġġorn jew ir-residenza fit-territorju tal-Istati Membri jkunux sodisfatti, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dik il-persuna.

▼B

Fejn il-marki tas-swaba' ta' dik il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). It-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b).

2.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' l-applikazzjoni relatata(i), skond l-Artikolu 8(3) u (4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni, l-informazzjoni dwar l-istatus u l-awtorità li quddiemha tressqet l-applikazzjoni;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4);

(ċ) 

ritratti;

(d) 

id-data imdaħħla rigward kwalunkwe viża maħruġa, rrifjutata, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża, ►M1  ————— ◄ jew rigward applikazzjonijiet fejn l-eżami tagħhom twaqqaf, imsemmija fl-Artikoli 10 sa 14.

▼C2

3.  
Fejn il-persuna għandha viża, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel jaċċessaw il-VIS skont l-Artikoli 18 jew 19.

▼B

Artikolu 21

Aċċess għal data sabiex tiġi stabbilita r-responsabilità għall-applikazzjonijiet għall-ażil

1.  

Għall-uniku fini li jiġi stabbilit liema Stat Membru huwa responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-ażil skond l-Artikoli 9 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.

Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.

2.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li viża maħruġa b'data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, u/jew viża estiża sa data ta' skadenza ta' mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għall-ażil, hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti dwar l-ażil għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (g) tal-mara jew tar-raġel u tat-tfal ta' min ikun qed japplika, skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni u l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża, u jekk l-awtorità ħarġithiex f'isem Stat Membru ieħor;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b);

(ċ) 

it-tip ta' viża;

(d) 

il-perjodu ta' validità tal-viża;

(e) 

it-tul maħsub ►C2  tas-soġġorn ◄ fil-pajjiż;

(f) 

ritratti;

(g) 

id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika.

3.  
Il-konsultazzjoni tal-VIS skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir biss mill-awtoritajiet nazzjonali nominati msemmija fl-Artikou 21(6) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003.

Artikolu 22

Aċċess għal data għall-eżami ta' l-applikazzjoni għall-ażil

1.  

Għall-uniku fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom l-aċċess, skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex jagħmlu tfittxija permezz tal-marki tas-swaba' tal-persuna li qed titlob l-ażil.

Fejn il-marki tas-swaba' ta' din il-persuna ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' tfalli, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (ċ). Din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)b.

2.  

Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-punt 1 tindika li viża maħruġa hija rrekordjata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha jkollha l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl ta' l-applikazzjoni u l-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi ta' l-applikant skond l-Artikolu 8(3), u, fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (e), tal-mara jew tar-raġel u t-tfal ta' min ikun qed japplika skond l-Artikolu 8(4), għall-unika fini msemmija fil-paragrafu 1:

(a) 

in-numru ta' l-applikazzjoni;

(b) 

id-data meħuda mill-formola ta' l-applikazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(4) (a), (b) u (c);

(ċ) 

ritratti;

(d) 

id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe viża maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża ►M1  ————— ◄ imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;

(e) 

id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (b) tal-fajl(s) ta' applikazzjoni konnessi dwar il-mara jew ir-raġel u t-tfal ta' min qed japplika.

3.  
Il-konsultazzjoni tal-VIS skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandha ssir biss mill-awtoritajiet nazzjonali nominati msemmija fl-Artikolu 21(6) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003.

▼M5



KAPITOLU IIIa

DĦUL U UŻU TA’ data DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN TWIL U PERMESSI TA’ RESIDENZA

Artikolu 22b

Konsultazzjonijiet tas-sistemi ta’ informazzjoni u l-bażijiet ta’ data

18.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi f’manwal il-proċeduri u r-regoli neċessarji għall-konsultazzjonijiet, il-verifiki u l-valutazzjonijiet.

▼B



KAPITOLU IV

ŻAMMA U EMENDAR TAD-DATA

Artikolu 23

Perjodu ta' żamma għall-ħżin tad-data

1.  

Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta' ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta' rekords imsemmija fl-Artikolu 34.

Dak il-perjodu għandu jibda:

(a) 

ma' l-iskadenza tal-viża, jekk ġiet maħruġa viża;

(b) 

ma' l-iskadenza l-ġdida tal-viża, jekk viża ġiet estiża;

(ċ) 

fid-data tal-ħolqien tal-fajl ta' applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata, ġiet magħluqa jew ma tkomplietx;

(d) 

fid-data tad-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-viża jekk viża ġiet irrifjutata, ġiet annullata, ►M1  ————— ◄ jew irrevokata.

2.  
Ma l-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandu awtomatikament iħassar il-fajl ta' l-applikazzjoni u r-rabtiet għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4).

Artikolu 24

Emendar tad-data

1.  
L-Istat Membru li huwa responsabbli biss għandu jkollu d-dritt li jemenda d-data li huwa ttrasmetta lill-VIS, billi jikkorreġi jew iħassar it-tali data.
2.  
Jekk Stat Membru għandu evidenza li tissuġġerixxi li data pproċessata fil-VIS mhix preċiża jew li dik id-data kienet ipproċessata fil-VIS f'mod li jmur kontra dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli immedjatament. Tali messaġġ jista' jiġi trasmess mill-infrastruttura tal-VIS.
3.  
L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament.

Artikolu 25

Tħassir tad-data bil-quddiem

1.  
Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, il-fajls ta' l-applikazzjoni u l-konnessjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(3) u (4) li huma ►C2  llinkjati ◄ miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajls ta' l-applikazzjoni u l-konnessjonijiet rispettivi.
2.  
Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istat(i) Membru(i) responsabbli mingħajr dewmien jekk applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza tiegħu. Tali messaġġ jista' jiġi trasmess mill-infrastruttura tal-VIS.
3.  
Jekk ir-rifjut ta' viża ġie annullat minn qorti jew bord ta' l-appell, l-Istat Membru li rrifjuta l-viża għandu jħassar id-data msemmija fl-Artikolu 12 mingħajr dewmien malli d-deċiżjoni li jiġi annullat ir-rifjut tal-viża ssir waħda finali.



KAPITOLU V

OPERAZZJONI U RESPONSABILITAJIET

Artikolu 26

It-tmexxija operattiva

1.  
Wara perjodu tranżizzjonali, Awtorità tal-Ġestjoni (l-“Awtorità ta' l-Immaniġġar”), iffinanzjata mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS Ċentrali u ta' l-“Interfaces” Nazzjonali. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, li f'kull ħin, għall-VIS Ċentrali u l-“Interfaces Nazzjonali” tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji.
2.  

L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li se jissemmew hawn taħt relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali:

(a) 

superviżjoni;

(b) 

sigurtà;

(ċ) 

il-koordinazzjoni ta' relazzjonijiet bejn l-Istati Membru u l-fornitur.

3.  

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni bejn il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, b'mod partikulari:

(a) 

kompiti relatati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit;

(b) 

akkwist u tiġdid;

(ċ) 

kwistjonijiet kuntrattwali.

▼M3

3a.  
Mit-30 ta’ Ġunju 2018, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 3.

▼B

4.  
Matul perjodu tranżizzjonali qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tieħu r-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operazzjonali tal-VIS. Il-Kummissjoni tista' tiddelega dak il-kompitu u kompiti relatati ma' l-implimentazzjoni tal-baġit, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 10 ), lill-korpi nazzjonali tas-settur pubbliku, f'żewġ Stati Membri differenti.
5.  

Kull korp nazzjonali tas-settur pubbliku msemmi fil-paragrafu 4, għandu jissodisfa l-kriterji ta' għażla li ġejjin:

(a) 

għandu juri li għandu esperjenza estensiva fit-tħaddim ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;

(b) 

għandu jkollu kompetenza konsiderevoli fil-ħtiġijiet ta' servizzi u sigurtà ta' sistema ta' informazzjoni ta' skala kbira;

(ċ) 

għandu jkollu ►C2  persunal ◄ biżżejjed u bl-esperjenza fil-kompetenza professjonali u bil-ħiliet lingwistiċi xierqa biex jaħdmu f'ambjent ta' koperazzjoni internazzjonali bħal dak meħtieġ mill-VIS;

(d) 

għandu jkollu infrastruttura ta' faċilità sikura u mibnija apposta, li b'mod partikulari tkun kapaċi tappoġġja u tiggarantixxi l-funzjonament kontinwu ta' sistemi ta' l-IT ta' skala kbira; kif ukoll

(e) 

l-ambjent amministrattiv tiegħu għandu jippermettilu li jimplimenta l-kompiti tiegħu tajjeb u li jevita kull konflitt ta' interess.

6.  
Qabel ma ssir xi delega kif imsemmi fil-paragrafu 4 u f'intervalli regolari wara dan, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-delega, il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tad-delega, u l-korpi li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti.
7.  
Fejn il-Kummissjoni tiddelega r-responsabilità tagħha waqt il-perjodu tranżizzjonali skond il-paragrafu 4, hija għandha tiżgura li d-delega tirrispetta bis-sħiħ il-limiti stabbiliti mis-sistema istituzzjonali stipulata fit-Trattat. Hija għandha tiżgura, b'mod partikulari, li d-delega ma taffettwax ħażin xi mekkaniżmu ta' kontroll effettiv taħt il-liġi Komunitarja, sew jekk hu mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti ta' l-Awdituri jew jekk hu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
8.  
L-immaniġġjar operazzjonali tal-VIS għandu jikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex il-VIS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skond dan ir-Regolament, b'mod partikulari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi teknoloġiċi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sistema tiffunzjona fuq livell sodisfaċenti ta' kwalità operazzjonali, b'mod partikulari ż-żmien meħtieġ għall-interrogazzjoni tal-bażi tad-data mill-uffiċċji konsulari, liema żmien għandu jkun qasir kemm jista' jkun.
9.  
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti ►C2  tal-Persunal ◄ ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 ( 11 ), l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tapplika regoli xierqa ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità ►C2  lill-persunal ◄ kollu tagħha li hu meħtieġ li jaħdem b'data tal-VIS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-membri ►C2  tal-persunal ◄ iħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem ta' l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 27

Il-post tas-Sistema Ċentrali ta' Informazzjoni dwar il-Viża

Il-VIS Ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta' superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun ippustjata fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta' riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali f'każ ta' ħsara fis-sistema, għandha tkun ippustjata f'Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

Artikolu 28

Konnessjoni mas-Sistemi Nazzjonali

1.  
Il-VIS għandha tkun imqabbda mas-Sistema Nazzjonali ta' kull Stat Membru permezz ta' l-“Interface” Nazzjonali fl-Istat Membru kkonċernat.
2.  
Kull Stat Membru jrid jaħtar awtorità nazzjonali, li għandha tipprovdi l-aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) għall-VIS, u tqabbad lill-awtorità nazzjonali ma' l-“Interface” Nazzjonali.
3.  
Kull Stat Membru għandu josserva proċeduri awtomatizzati għall-ipproċessar tad-data.
4.  

Kull Stat Membru huwa responsabbli għal:

(a) 

l-iżvilupp tas-Sistema Nazzjonali u/jew l-adattament tagħha għall-VIS skond l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE;

(b) 

l-organizzazzjoni, it-tmexxija, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-Sistema Nazzjonali tiegħu;

(ċ) 

it-tmexxija u l-arranġamenti għall-aċċess ta' l-impjegati debitament awtorizzati ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-VIS skond dan ir-Regolament u li jistabbilixxi u jaġġorna regolarment lista ta' dawn il-membri ►C2  tal-persunal ◄ u tal-profili tagħhom;

(d) 

biex jassorbi l-ispejjeż li jiffaċċjaw is-Sistemi Nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħhom ma' l-“Interface” Nazzjonali, inkluż l-ispejjeż ta' l-investiment u dawk operattivi għall-infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn l-“Interface” Nazzjonali u s-Sistema Nazzjonali.

5.  
Qabel ma jkun awtorizzat jipproċessa data maħżuna fil-VIS, ►C2  il-persunal ◄ ta' l-awtoritajiet li jkollu d-dritt ta' aċċess għall-VIS għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandu jiġi mgħarraf dwar kull reat kriminali u penali relevanti.

Artikolu 29

Responsabilità għall-użu tad-data

1.  

Kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data hija pproċessata b'mod legali, u b'mod partikulari jiżgura li ►C2  persunal ◄ debitament awtorizzat biss ikollu aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skond dan ir-Regolament. L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura b'mod partikulari li:

(a) 

id-data hija miġbura b'mod legali;

(b) 

id-data hija trasmessa b'mod legali lill-VIS;

(ċ) 

id-data hija preċiża u aġġornata meta hija trasmessa lill-VIS.

2.  

L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li l-VIS hija mħaddma skond dan ir-Regolament u r-regoli tagħha ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(2). B'mod partikulari, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha:

(a) 

tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-VIS Ċentrali u ta' l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-il-VIS Ċentrali u l-“Interfaces” Nazzjonali, mingħajr ħsara għar-responsabilitajiet ta' kull Stat Membru;

(b) 

tiżgura li impjegati debitament awtorizzati biss ikollhom aċċess għal data pproċessata fil-VIS għat-twettiq tal-kompiti ta' l-Awtorità tal-Ġestjoni skond dan ir-Regolament.

▼M5

2a.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi u tiżviluppa l-mekkaniżmu u l-proċeduri għat-twettiq ta’ verifiki tal-kwalità u rekwiżiti adatti għall-konformità tal-kwalità tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

3.  
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li hija tieħu skond il-paragrafu 2.

▼M5

Artikolu 29a

Regoli speċifiċi biex tiddaħħal id-data

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni ta’ dawk l-istandards ta’ kwalità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

Artikolu 30

Iż-Żamma tad-data tal-VIS fil-fajls nazzjonali

1.  
Data miksuba mill-VIS għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali biss meta dan huwa meħtieġ f'każ individwali, skond il-għan tal-VIS u f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data, u għal mhux iktar minn kemm huwa neċessarju f'dak il-każ individwali.
2.  
Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' l-Istat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu data li dak l-Istat Membru daħħal fil-VIS.
3.  
Kwalunkwe użu ta' data li ma jkunx konformi mal-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkunsidrat użu ħażin skond il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru.

Artikolu 31

Il-Komunikazzjoni ta' data lil pajjiżi terzi jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali

1.  
Id-data pproċessata fil-VIS skond dan ir-Regolament m'għandhiex tkun trasferita jew issir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali.
2.  

B'deroga mill-paragrafu 1, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m) tista' tiġi trasferita jew tista' ssir disponibbli għal pajjiż terz jew għal organizzazzjoni internazzjonali elenkati fl-Anness jekk dan ikun neċessarju f'każijiet individwali bl-iskop li tkun pruvata l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż għal skopijiet ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni xierqa tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skond l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE, jew hemm fis-seħħ ftehima ta' ammissjoni mill-ġdid bejn il-Komunità u dak il-pajjiż terz, jew japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 26(1)(d) tad-Direttiva 95/46/KE;

(b) 

il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jaqblu li jużaw id-data biss għall-għan li għaliha ingħatat;

(ċ) 

li d-data tiġi trasferita jew tkun disponibbli skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, partikularment ftehimiet ta' ammissjoni mill-ġdid, u l-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru fejn qed tiġi trasferita jew fejn qed tkun disponibbli, inklużi d-dispożizzjonijiet legali rilevanti rigward is-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data; kif ukoll

(d) 

l-Istat(i) Membru(i) li daħħal id-data fil-VIS ta l-kunsens tiegħu.

3.  
Tali trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi jew lejn organizzazzjonijiet internazzjonali m'għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tar-refuġjati u tal-persuni li jitolbu protezzjoni internazzjonali, partikularment f'dak li jirrigwarda “non-refoulement”.

Artikolu 32

Sigurtà tad-data

1.  
L-Istat Membru responsabbli għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u waqt it-trażmissjoni lill-Interface Nazzjonali. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-data li jirċievi mill-VIS.
2.  

Kull Stat Membru għandu, b'rabta mas-Sistema Nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri neċessarji, inkluż pjan ta' sigurtà, sabiex ikun jista':

(a) 

jipproteġi b'mod fiżiku d-data, anke billi joħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-ħarsien ta' infrastruttura kritika;

(b) 

iwaqqaf persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għal impjanti nazzjonali fejn l-Istat Membru jwettaq operazzjonijiet skond il-għanijiet tal-VIS (sorveljanza fid-dħul għall-impjant);

(ċ) 

iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' media tad-data (kontroll tad-data tal-media);

▼C2

(d) 

iwaqqaf l-input mhux awtorizzat ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna (kontroll taż-żamma);

▼B

(e) 

iwaqqaf l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data fil-VIS u kwalunkwe modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta' data pproċessata fil-VIS (kontroll ta' dħul tad-data);

(f) 

jiżgura li persuni awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-VIS ikollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni ta' l-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u permezz ta' modi għal aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' aċċess għad-data);

(g) 

jiżgura li l-awtoritajiet kollha bid-dritt ta' l-aċċess għall-VIS joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni li huma awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data u li jidħlu, jaġġornaw, iħassru u jagħmlu tfittix fid-data u jippermettu li dawn il-profili tagħhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 41 mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal);

(h) 

jiżgura li huwa possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil-liema korpi tista' tiġi trażmessa data personali permezz ta' l-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);

(i) 

jiżgura li huwa possibbli li jkun verifikat u stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-VIS, meta, minn min u għal liema għan (kontroll ta' rekordjar tad-data);

▼C2

(j) 

iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ data personali lejn jew mill-VIS jew matul it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki xierqa ta’ kriptaġġ (kontroll tat-trasport);

▼B

(k) 

jissorvelja l-effettività tal-miżuri ta' sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mas-sorveljanza interna sabiex jiżgura konformità ma' dan ir-Regolament (awtoverifika).

3.  
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2 f'dak li jirrigwarda l-operazzjoni tal-VIS, inkluża l-adozzjoni ta' pjan ta' siġurtà.

Artikolu 33

Responsabbiltà

1.  
Kull persuna jew Stat Membru li, sofra danni kkawżati minn operat ta' ipproċessar illegali jew kull att li mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament tkun/ikun intitolat jirċievi kumpens mill-Istat Membru li huwa responsabbli għad-danni li seħħew. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew in parti, jekk juri li mhux responsabbli għall-ġrajja li tat lok li jseħħu d-danni.
2.  
Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawżaw danni lill-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-Awtorità tal-Ġestjoni jew Stat Membru ieħor naqqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.
3.  
Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mid-dispożizzjonijiet tal-ligi nazzjonali ta' l-Istat Membru konvenut.

Artikolu 34

Żamma ta' rekords

▼M3

1.  

Kull Stat Membru u l-Awtorità tal-Ġestjoni għandhom iżommu rekords tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar ta’ data fil-VIS. Dawk ir-rekords għandhom jindikaw:

(a) 

l-finijiet tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 6(1) u fl-Artikoli 15 sa 22;

(b) 

id-data u l-ħin;

(c) 

it-tip ta’ data mibgħuta kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14;

(d) 

it-tip ta’ data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 17 u l-Artikoli 18(1) u (6), 19(1), 19a(2) u (4), 20(1), 21(1) u 22(1); u

(e) 

l-isem tal-awtorità li tkun qed iddaħħal jew jikseb id-data.

Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jikseb id-data.

▼M3

1a.  
Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data li ssir fil-VIS u fl-EES f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226.

▼B

2.  
Tali rekords jistgħu jintużaw biss għas-sorveljanza tal-ħarsien tad-data, ta' l-ammissibilità ta' l-ipproċessar tad-data, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data. Ir-rekords għandhom jiġu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara perjodu ta' sena wara li jkun skada l-perjodu ta' żamma imsemmi fl-Artikolu 23(1), jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta' sorveljanza li jkunu diġà nbdew.

▼M6

Artikolu 34a

Iż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-finijiet tal-interoperabbiltà mal-ETIAS

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan il-VIS u l-ETIAS skont l-Artikolu 20, il-punt (c)(ii) tal-Artikolu 24(6), u l-punt (b) tal-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandha tinżamm skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

▼B

Artikolu 35

Awto-monitoraġġ

▼C2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta’ data tal-VIS tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma’ dan ir-Regolament u tikkopera, fejn meħtieġ, mal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali.

▼B

Artikolu 36

Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data mdaħħla fil-VIS ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skond il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u disważivi.



KAPITOLU VI

DRITTIJIET U SORVELJANZA TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA

▼M5

Artikolu 36a

Protezzjoni tad-data

1.  
Ir-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-eu-LISA skont dan ir-Regolament.
2.  
Ir-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet tal-viża, tal-fruntieri, tal-ażil u tal-immigrazzjoni meta jwettqu kompiti skont dan ir-Regolament.
3.  
Id-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali maħżuna fil-VIS, inkluż l-aċċess għal dik id-data, għall-finijiet imsemmija fil-Kapitolu IIIb ta’ dan ir-Regolament mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri skont dak il-Kapitolu.
4.  
Ir-Regolament (UE) 2016/794 għandu japplika għall--ipproċessar ta’ data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 37

Dritt ta' informazzjoni

▼M5

1.  

Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal informazzjoni msemmi fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-applikanti u l-persuni msemmija fil-punt (4)(f) tal-Artikoli 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu informati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:

(a) 

l-identità tal-kontrollur imsemmi fl-Artikolu 29(4), inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur;

▼B

(b) 

il-fini li għalihom id-data ser tkun ipproċessata fil-VIS;

▼M5

(c) 

il-kategoriji ta’ min jirċievi d-data, inkluż l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 22l u l-Europol;

(ca) 

il-fatt li l-Istati Membri u l-Europol jistgħu jaċċessaw il-VIS għal finijiet tal-infurzar tal-liġi;

▼B

(d) 

il-perjodu taż-żamma tad-data;

(e) 

il-ġbir tad-data huwa mandatorju għall-eżami ta' l-applikazzjoni;

▼M5

(ea) 

il-fatt li d-data personali maħżuna fil-VIS tista’ tiġi trasferita lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament u lill-Istati Membri f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 ( 12 );

▼M5

(f) 

l-eżistenza tad-dritt li jitolbu aċċess għal data relatata magħhom, id-dritt li jitolbu r-rettifika ta’ data mhux eżatta relatata magħhom, id-dritt li jitolbu li tiġi kkompletata data personali relatata magħhom li ma tkunx kompleta, id-dritt li jitolbu it-tħassir jew ir-restrizzjoni ta’ data personali li tikkonċernahom li tkun ġiet ipproċessata illegalment, kif ukoll id-dritt li jirċievu informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet superviżorji, jew tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data, jekk applikabbli, li għandhom jisimgħu l-ilmenti dwar il-protezzjoni ta’ data personali.

2.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tingħata f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi bil-miktub lill-applikant meta tinġabar id-data, l-immaġni tal-wiċċ u d-data tal-marki tas-swaba’ kif imsemmi fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 22a. It-tfal għandhom jiġu informati b’mod adatt għall-età, inkluż bl-użu ta’ għodod viżwali biex tiġi spjegata l-proċedura tat-teħid tal-marki tas-swaba’.

▼B

3.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tingħata lill-persuni msemmija fl-Artikolu 9(4)(f) fil-formoli li jridu jiġu ffirmati minn dawk il-persuni li jagħtu evidenza ta' stedina, sponsorship u akkomodazzjoni.

▼M5

Fejn ma jkunx hemm tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Artikolu 38

Dritt ta’ aċċess għad-data personali, dritt ta’ rettifika, ikkompletar u tħassir ta’ data personali u dritt ta’ restrizzjoni tal-ipproċessar

1.  
Sabiex teżerċita d-drittijiet tagħha skont l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tiġi informata dwar id-data relatata magħha rreġistrata fil-VIS u dwar l-Istat Membru li daħħalha fil-VIS. L-Istat Membru li jirċievi dik it-talba għandu jeżaminaha u jagħti tweġiba mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba.
2.  
Kwalunkwe persuna tista’ titlob li data dwarha li mhix akkurata tiġi rettifikata u li data rreġistrata b’mod illegali titħassar.

Fejn it-talba tkun indirizzata lill-Istat Membru responsabbli u fejn jinstab li d-data tal-VIS fil-fatt ma tkunx akkurata jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli għandu, f’konformità mal-Artikolu 24(3), jirrettifika jew iħassar dik id-data fil-VIS mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba. L-Istat Membru responsabbli għandu jikkonferma bil-miktub lill-persuna kkonċernata mingħajr dewmien li ħa l-azzjoni sabiex jirrettifika jew iħassar id-data dwarha.

Meta t-talba tkun indirizzata lil Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu tkun indirizzata t-talba għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli fi żmien sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jipproċedi f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għandu jinforma lill-persuni kkonċernati li t-talba tagħhom ġiet trażmessa, lil liema Stat Membru u dwar il-proċedura ulterjuri.

3.  
Meta l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx mal-pretensjoni li d-data rreġistrata fil-VIS fil-fatt mhijiex akkurata jew li ġiet irreġistrata b’mod illegali, huwa għandu mingħajr dewmien jadotta deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex ma għandux l-intenzjoni jirrettifika jew iħassar id-data relatata magħha.
4.  
Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3 għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata b’informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li tikkontesta dik id-deċiżjoni u, fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif tiftaħ rikors jew tressaq ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u informazzjoni dwar kwalunkwe assistenza disponibbli għall-persuna, inkluż dik mill-awtoritajiet superviżorji kompetenti.
5.  
Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 1 jew 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2.
6.  
L-Istat Membru responsabbli għandu jirreġistra f’dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew 2 u kif din ġiet indirizzata. Għandu jqiegħed dak id-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-deċiżjoni li tiġi rrettifikata jew li titħassar id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafi 2 jew b’segwitu għad-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 3.
7.  

B’deroga mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, u biss fir-rigward ta’ data li tinsab fl-opinjonijiet motivati li jkunu rreġistrati fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 9e(6), l-Artikolu 9g(6) u l-Artikolu 22b(14) u (16) bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet skont l-Artikoli 9a u 22b, Stat Membru għandu jieħu deċiżjoni li ma jipprovdix informazzjoni lill-persuna kkonċernata, kompletament jew parzjalment, f’konformità mal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, sal-punt li, u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’konsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat, sabiex:

(a) 

jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għal inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b) 

jiġi evitat li jiġu kompromessi l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c) 

tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d) 

tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali; jew

(e) 

jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna kkonċernata bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed, dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess u r-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti tagħha jimmina kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru għandu jinforma lill-persuna kkonċernata dwar il-possibbiltà li tressaq ilment quddiem awtorità superviżorja jew li titlob rimedju ġudizzjarju.

L-Istat Membru għandu jiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li ma jipprovdix informazzjoni lill-persuna kkonċernata. Dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji.

F’każijiet bħal dawn, il-persuna kkonċernata għandha wkoll tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

Artikolu 39

Kooperazzjoni biex jiġu żgurati d-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikolu 38.
2.  
F’kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha, fuq talba, tassisti u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu li jitlob biex tiġi rettifikata, ikkompletata jew li titħassar data personali relatata miegħu jew biex jiġi ristrett l-ipproċessar ta’ tali data, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma’ xulxin.

Artikolu 40

Rimedji

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679, kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq azzjoni jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta’ aċċess għal, ta’ rettifika, ta’ ikkompletar jew ta’ tħassir ta’d-data relatata magħha previst fl-Artikolu 38 u l-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament. Id-dritt li titressaq tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fejn it-talbiet għal aċċess għal, rettifika, ikkompletar jew tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti fl-Artikolu 38 jew qatt ma ġew trattati mill-kontrollur tad-data.
2.  
L-assistenza tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tibqa’ disponibbli matul il-proċedimenti.

Artikolu 41

Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji

1.  
Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tissorvelja indipendentement il-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali skont dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat.
2.  
L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tissorvelja l-legalità tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri f’konformità mal-Kapitolu IIIb, inkluż l-aċċess għal data personali mill-Istati Membri u t-trażmissjoni tagħha lejn u mill-VIS.
3.  
L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-inqas kull erba’ snin. Ir-riżultati tal-awditu jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 ( 13 ). L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tippubblika kull sena l-għadd ta’ talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni meħuda sussegwentement u l-għadd ta’ rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.
4.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji jkollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament u li jkollhom aċċess għal pariri minn persuni b’biżżejjed għarfien dwar id-data bijometrika.
5.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtoritajiet superviżorji u għandhom, b’mod partikolari, jipprovdulhom informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f’konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji aċċess għar-reġistrazzjonijiet tagħhom u jippermettulhom aċċess f’kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mal-VIS.

Artikolu 42

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data

1.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-eu-LISA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan ir-Regolament u għall-iżgurar li dawn l-attivitajiet jitwettqu f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2018/1725 jew, fir-rigward tal-Europol, mar-Regolament (UE) 2016/794.
2.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għandu jiżgura li jsir awditu tal-attivitajiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-eu-LISA f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-inqas kull erba’ snin. Rapport ta’ dak l-awditu għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġu adottati r-rapporti.
3.  
L-eu-LISA għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data, tagħti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għad-dokumenti kollha u għar-reġistrazzjonijiet tagħha kif imsemmi fl-Artikoli 22s, 34 u 45c u tippermetti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għall-bini kollu tagħha f’kwalunkwe ħin.

Artikolu 43

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data

1.  
L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data, filwaqt li jaġixxu fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jikkooperaw b’mod attiv fi ħdan il-qafas tar-responsabilitajiet rispettivi tagħhom biex jiżguraw is-superviżjoni koordinata tal-VIS u tas-sistemi nazzjonali.
2.  
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta’ superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif ikn neċessarju.
3.  
Għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għandhom jiltaqgħu tal-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-data. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-data għandu jorganizza u jkun responsabbli għall-ispejjeż ta’ dawk il-laqgħat. Għandhom jiġu adottati regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Metodi ta’ ħidma ulterjuri għandhom jiġu żviluppati b’mod konġunt skont il-bżonn.
4.  
Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta’ attivitajiet imwettqa skont dan l-Artikolu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-data lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta’ dak l-Istat Membru.

▼M5 —————

▼B



KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

▼M5

Artikolu 45

Implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-NUIs f’kull Stat Membru u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-NUIs dwar dan li ġej:

(a) 

id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-Sistema Ċentrali tal-VIS inkluż in-network ta’ komunikazzjoni tagħha;

(b) 

aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta’ data personali;

(c) 

aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali;

(d) 

l-iżvilupp ta’ rekwiżiti tas-sigurtà, inkluż aspetti bijometriċi.

2.  

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-miżuri neċċessarji għall-implimentazzjoni teknika tal-funzjonalitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, b’mod partikolari:

(a) 

biex tiddaħħal id-data u jiġu konnessi l-applikazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 8, l-Artikoli 10 sa 14, l-Artikolu 22a u l-Artikoli 22c sa 22f;

(b) 

biex tiġi aċċessata d-data f’konformità mal-Artikolu 15, l-Artikoli 18 sa 22, l-Artikoli 22g sa 22k, l-Artikoli 22n sa 22r u l-Artikoli 45e u 45f;

(c) 

biex issir rettifika, tħassir u tħassir bil-quddiem tad-data f’konformità mal-Artikoli 23, 24 u 25;

(d) 

biex jinżammu u jkun hemm aċċess għar-reġistrazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 34;

(e) 

għall-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni u għall-proċeduri msemmija fl-Artikolu 16;

(f) 

biex tiġi aċċessata d-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika f’konformità mal-Artikolu 45a.

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometriċi fil-VIS.
4.  
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼M5

Artikolu 45c

Aċċess għad-data għall-verifika mit-trasportaturi

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-gateway tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).
5.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-iskema ta’ awtentikazzjoni għat-trasportaturi.Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 45d

Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata d-data mit-trasportaturi

3.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi d-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika li tiġi aċċessata d-data mit-trasportaturi. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

Artikolu 46

L-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet tekniċi tan-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen

Il-mekkaniżmu ta' konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 16 għandu jissostitwixxi n-Netwerk ta' Konsultazzjoni ta' Schengen mid-data stipulata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3) fejn dawk l-Istati Membri kollha li jużaw in-Network ta' Konsultazzjoni ta' Schengen fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament innotifikaw l-arranġamenti legali u tekniċi għall-użu tal-VIS bil-għan li jkun hemm konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża dwar l-applikazzjonijiet tal-viża skond l-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni ta' Schengen.

Artikolu 47

Bidu ta' trażmissjoni

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni li huwa għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS Ċentrali permezz ta' l-Interface Nazzjonali.

Artikolu 48

Bidu ta' l-operati

1.  

Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data meta l-VIS għanda tibda topera, meta:

(a) 

il-miżuri msemmija fl-Artikolu 45(2) ġew adottati;

(b) 

il-Kummissjoni ħabbret it-tlestija b'suċċess ta' eżami komprensiv tal-VIS, li għandu jsir mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri;

(ċ) 

wara l-validazzjoni ta' l-arranġamenti tekniċi, l-Istati Membri avżaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fl-ewwel reġjun iddeterminati skond il-paragrafu 4, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew it-trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor.

2.  
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati ta' l-eżami mwettaq b'konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.
3.  
F'kull reġjun ieħor, il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta t-trażmissjoni tad-data fl-Artikolu 5(1) issir obbligatorja meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali kollha meħtieġa sabiex jiġbru u jitrażmettu d-data msemmija fl-Artikolu 5(1) lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha fir-reġjun ikkonċernat, inkluż l-arranġamenti għall-ġbir u/jew trażmissjoni tad-data f'isem Stat Membru ieħor. Qabel dik id-data, kull Stat Membru jista' jibda l-ħidmiet fi kwalunkwe minn dawn ir-reġjuni, malli jkun innotifika lill-Kummissjoni li għamel l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa sabiex jiġbor u jitrażmetti għall-inqas id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) lill-VIS.
4.  
Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu deċiżi bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(3). Il-kriterji għall-iffissar ta' dawn ir-reġjuni se jkun ir-riskju ta' l-immigrazzjoni illegali, it-theddid lis-sigurtà interna ta' l-Istati Membri u l-probabbilità li jinġabru elementi bijometriċi mill-postijiet kollha f'dan ir-reġjun.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dati tal-bidu tal-ħidmiet f'kull reġjun fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
6.  
L-ebda Stat Membru ma għandu jikkonsulta d-data trażmessa minn Stati Membri oħra lill-VIS qabel ma hu jew xi Stat Membru ieħor li jirrappreżenta dan l-Istat Membru jibda' jdaħħal id-data bi qbil mal-paragrafi 1 u 3.

▼M5

Artikolu 48a

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) u l-Artikolu 22b(18) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-2 ta’ Awwissu 2021. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) u l-Artikolu 22b(18) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 9, l-Artikolu 9h(2), l-Artikolu 9j(2) jew l-Artikolu 22b(18) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M5

Artikolu 49

Proċedura ta’ kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ).
2.  
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 50

Sorveljanza u evalwazzjoni

1.  
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma miri relatati ma' rendiment, benefiċċju meta mqabbel ma spejjeż, sigurtà u kwalità tas-servizz.
2.  
Għall-finijiet ta' manteniment tekniku, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet ta' l-ipproċessar imwettqa fil-VIS.
3.  
Sentejn wara li l-VIS tkun bdiet topera u kull sentejn minn hemm ’il quddiem, l-Awtorità tal-Ġestjoni trid tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-iffunzjonar tekniku tal-VIS u l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tagħha.
4.  
Tliet snin wara li l-VIS tibda topera u kull erba' snin minn hemm ‘il quddiem, il-Kummissjoni trid tipprepara evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-miri u evalwazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet fundamentali, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzoni ta' operati futuri. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-evalwazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

▼M5

Soluzzjoni teknika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ dik id-data skont il-Kapitolu IIIb għall-fini li tiġi ġġenerata l-istatistika msemmija f’dan il-paragrafu. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-ispeċifikazzjonijiet tas-soluzzjoni teknika. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).

▼B

5.  
Qabel it-tmiem tal-perjodi msemmija fl-Artikolu 18(2) il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar il-progress tekniku rigward l-użu tas-sinjali tas-swaba fil-fruntieri esterni u l-implikazzjonijiet tiegħu matul it-tfittxijiet bl-użu tan-numru tal-viża kkombinat mal-verifika tas-sinjali tas-swaba tad-detentur tal-viża, inkluz jekk it-tul ta' żmien ta' tali tfittxija tikkawżax ħin ta' stennija eċċessiv fil-fruntieri. Il-Kummissjoni għandha tressaq l-evalwazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fuq il-bazi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi, jekk meħtieġ, emendi xierqa għal dan ir-Regolament.
6.  
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tħejji r-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5.
7.  
L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 4.
8.  
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tibda' twettaq ir-responsabilitajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-produzzjoni u l-preżentazzjoni tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 51

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2.  
Huwa japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 48(1).
3.  
L-Artikoli 26, 27, 32, 45, 48(1), (2) u (4), u l-Artikolu 49 għandhom japplikaw mit-2 ta' Settembru 2008.
4.  
Waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4), referenzi għall-Awtorità tal-Ġestjoni f'dan ir-Regolament għandhom jinftehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.




ANNESS

Lista ta' organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(2)

1. Organizzazzjonijiet tan-NU (bħall-UNHCR);

2. Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM);

3. Il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar.

▼M6




ANNESS II

Tabella ta’ korrispondenza



Data kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 mibgħuta mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

Id-data tal-VIS korrispondenti msemmija fl-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament li magħha għandha titqabbel id-data fl-ETIAS

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjomijiet

il-kunjom mat-twelid

il-kunjom mat-twelid (isem/ismijiet il-familja ta’ qabel)

l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja))

l-isem/ismijiet

id-data tat-twelid

id-data tat-twelid

il-post tat-twelid

il-post tat-twelid

il-pajjiż tat-twelid

il-pajjiż tat-twelid

is-sess

is-sess

in-nazzjonalità attwali

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid

nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm)

in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet attwali u n-nazzjonalità mat-twelid

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-pajjiż li ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar.



( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226,(UE) 2018/1240,(UE) 2018/1726, (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

( 2 ) Ara paġna 129, ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 3 ) ĠU L 243, 15.4.2009, p. 1

( 4 ) ĠU L 64, 7.3.2003, p. 1.

( 5 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1932/2006 (ĠU L 405, 30.12.2006, p. 23).

( 6 ) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 4.

( 7 ) Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.” (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017. p. 20).

( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

( 10 ) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

( 11 ) ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

( 12 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

( 13 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas- 16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

( 14 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Top