EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0525

Kawża C-525/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – Association France Nature Environnement vs Premier ministre u Ministre de la Transition écologique et solidaire

ĠU C 35, 1.2.2021, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – Association France Nature Environnement vs Premier ministre u Ministre de la Transition écologique et solidaire

(Kawża C-525/20)

(2021/C 35/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Association France Nature Environnement

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de la Transition écologique et solidaire

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (1), għandu jkun interpretat bħala li jippermetti lill-Istati Membri, meta jawtorizzaw programm jew proġett, li ma jikkunsidrawx l-impatti temporanji tagħhom fuq żmien qasir u mingħajr konsegwenzi fit-tul fuq l-istat tal-ilma tal-wiċċ?

2)

Fl-affermattiv, liema kundizzjonijiet għandhom jissodisfaw dawn il-programmi u l-proġetti fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva u b’mod partikolari tal-paragrafi 6 u 7 tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275, rettifika fil-ĠU 2019, L 260, p. 70.


Top