EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0595
Case C-595/13: Request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden lodged on 21 November 2013 — Staatssecretaris van Financiën, other party: Fiscale Eenheid X NV cs
Kawża C-595/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs
Kawża C-595/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil- 21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs
ĠU C 39, 8.2.2014, p. 7–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-21 ta’ Novembru 2013 — Staatssecretaris van Financiën; il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs
(Kawża C-595/13)
2014/C 39/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Il-parti l-oħra: Fiscale Eenheid X NV cs
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva (1), fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija maħluqa minn iktar minn investitur wieħed li l-uniku għan tagħha huwa li tinvesti l-patrimonju li huma akkumulaw fil-proprjetà immobbli tista’ tiġi ikkunsidrata bħala fond speċjali ta’ investiment fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? |
(2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 13(B) tas-Sitt Direttiva, fil-frażi introduttorja u fil-paragrafu (d)(6) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “immaniġġjar” ikopri wkoll il-ġestjoni effettiva tal-proprjetà immobbli tal-kumpannija li din tal-aħħar fdat f’idejn terzi? |
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).