EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0088

Kawża C-88/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 11 ta' Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Conseil d’État — Franza) — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique (Tassazzjoni — Sitt Direttiva VAT — Attività ta’ reprografija — Kunċetti ta’ provvista ta’ oġġetti’ u ta’ provvista ta’ servizzi — Kriterji ta’ distinzjoni)

ĠU C 80, 27.3.2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta' Frar 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill- Conseil d’État — Franza) — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

(Kawża C-88/09) (1)

(Tassazzjoni - Sitt Direttiva VAT - Attività ta’ reprografija - Kunċetti ta’ “provvista ta’ ” oġġetti’ u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kriterji ta’ distinzjoni)

2010/C 80/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État (Franza)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Graphic Procédé

Konvenuta: Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(5), u 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 23 — 62) — Reprografija — Kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex tiġi distinta provvista ta’ oġġetti minn provvista ta’ servizzi fis-sens tas-Sitt Direttiva.

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, l-attività ta’ reprografija tissodisfa l-karatteristiċi ta’ provvista ta’ oġġetti, sa fejn hija limitata għal sempliċi tranżazzjoni ta’ riproduzzjoni ta’ dokumenti fuq materjali peress li d-dritt li jiddisponi minnhom ġie ttrasferiet mir-reprografiku għall-klijent li ordna l-kopji tal-oriġinali. Tali attività għandha tiġi kklassifikata madankollu bħala “provvista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva meta jidher li din tinvolvi provvista ta’ servizzi addizzjonali li jistgħu, fid-dawl tal-importanza li huma għandhom għad-destinatarju tagħhom, taż-żmien li tieħu l-eżekuzzjoni tagħhom, tal-ipproċessar li jeħtieġu d-dokumenti oriġinali u tal-parti tal-ispiża totali li din il-provvista ta’ servizzi tirrappreżenta, ikollhom karattru predominanti fir-rigward tat-tranżazzjoni ta’ provvista ta’ oġġetti, b’mod li huma jikkostitwixxu skop fihom infishom għad-destinatarju tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 16.05.2009.


Top