EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0102

Kawża C-102/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Finanzamt Düsseldorf-Süd vs SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Offenbach KG (Sitt Direttiva tal-VAT — It-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(5) — Fakultà tal-Istati Membri li jqisu attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi rregolati mid-dritt pubbliku bħala eżenti mit-taxxa skont l-Artikoli 13 jew 28 tas-Sitt Direttiva — Tipi ta’ użu — Dritt għal tnaqqis — Distorzjonijiet sinjifikanti tal-kompetizzjoni)

ĠU C 180, 1.8.2009, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 180/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Finanzamt Düsseldorf-Süd vs SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Offenbach KG

(Kawża C-102/08) (1)

(Sitt Direttiva tal-VAT - It-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(5) - Fakultà tal-Istati Membri li jqisu attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi rregolati mid-dritt pubbliku bħala eżenti mit-taxxa skont l-Artikoli 13 jew 28 tas-Sitt Direttiva - Tipi ta’ użu - Dritt għal tnaqqis - Distorzjonijiet sinjifikanti tal-kompetizzjoni)

2009/C 180/25

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Düsseldorf-Süd

Konvenuta: SALIX Grundstücks-Vermietungsgesellschaft mbH & Co. Objekt Offenbach KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tat-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 4(5) kif ukoll tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p.1) — Klassifikazzjoni bħala attività ekonomika jew bħala amministrazzjoni ta’ proprjetà tal-kiri, għal żmien twil, ta’ uffiċċji u spazji ta’ parkeġġ minn korp ta’ dritt pubbliku — Metodi ta’ eżerċizzju tal-fakultà tal-Istati Membri li jqisu bħala attivitajiet tal-awtorità pubblika l-attivitajiet ta’ korpi ta’ dritt pubbliku eżenti taħt l-Artikoli 13 jew 28 tad-Direttiva 77/388/KEE

Dispożittiv

1)

L-Istati Membri għandhom jintroduċu dispożizzjoni espressa sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-fakultà prevista fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE, tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, li biha attivitajiet partikolari ta’ korpi ta’ dritt pubbliku, eżenti mit-taxxa skont l-Artikolu 13 jew 28 ta’ din id-direttiva, huma kkunsidrati bħala attivitajiet ta’ awtorità pubblika

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(5) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korpi ta’ dritt pubbliku għandhom jitqiesu bħala persuni taxxabbli għall-attivitajiet jew għat-tranżazzjonijiet li jwettqu bħala awtoritajiet pubbliċi, mhux biss meta l-fatt li ma jitqisux bħala persuni taxxabbli, skont l-ewwel jew ir-raba’ subparagrafi tal-imsemmi dispożizzjoni, iwassal għal distorzjonijiet sinjifikanti tal-kompetizzjoni għad-detriment tal-kompetituri privati tagħhom, iżda wkoll meta dan iwassal għal tali distorzjonijiet għad-detriment tagħhom stess.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


Top