EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0018

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 {KUMM(2008) 30 finali} {SEG(2008) 54} {SEG(2008) 55}

/* KUMM/2008/0018 finali - COD 2008/0015 */

52008PC0018




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 23.1.2008

KUMM(2008) 18 finali

2008/0015 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

(preżentata mill-Kummissjoni){KUMM(2008) 30 finali}{SEG(2008) 54}{SEG(2008) 55}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

120 |

2008/0015 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[4],

Billi:

1. L-għan aħħari tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, li ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/69/KE tal-15 ta’ Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima[5], huwa li tinkiseb stabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jimpedixxi interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima.

2. Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali Komunitarju[6] jidentifika t-tibdil fil-klima bħala priorità għal azzjoni. Dak il-Programm jirrikonoxxi li l-Komunità hija impenjata li tikseb tnaqqis ta’ 8% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra bejn l-2008 u l-2012 ikkumparat mal-livelli ta’ l-1990, u li, fil-medda aktar fit-tul, l-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra jkollhom jiġu mnaqqsa b’madwar 70% ikkumparati mal-livelli ta’ l-1990.

3. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Jannar 2007 "Il-limitazzjoni tal-bidla klimatika globali għal żewġ gradi Celsius – It-triq ‘il quddiem għal 2020 u wara"[7] tikkjarifika li fil-kuntest ta’ fit-tnaqqis globali previst ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 50% sa l-2050, huwa meħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ 30% fid-dinja żviluppata sa l-2020, li jiżdied għal 60-80% sa l-2050, li dan it-tnaqqis huwa teknikament vijabbli u l-benefiċċji jaqbżu bil-kbir l-ispejjeż, imma li, biex jinkiseb, l-alternattivi ta’ mitigazzjoni għandhom jiġu użati.

4. Il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (CCS) huwa mezz biex jittaffa t-tibdil fil-klima. Tikkonsisti fil-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) mill-impjanti industrijali, it-trasport tiegħu għal sit tal-ħżin u l-injezzjoni tiegħu f’formazzjoni ġeoloġika xierqa għall-iskopijiet ta’ ħżin permanenti.

5. It-Tieni Programm Ewropew dwar it-Tibdil Klimatiku (ECCP II), li ġie stabbilit mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Nirbħu l-Ġlieda Kontra t-Tibdil tal-Klima Dinjija" tad-9 ta’ Frar 2005[8] biex jipprepara u jeżamina l-politika futura dwar il-klima fil-Komunità stabbilixxa Grupp ta’ Ħidma dwar il-Ġbir tal-Karbonju u l-Ħżin Ġeoloġiku. Il-mandat tal-Grupp ta’ Ħidma kien li jesplora s-CCS bħala mezz biex jitnaqqas it-tibdil fil-klima. Il-Grupp ta’ Ħidma ppubblika rapport dettaljat dwar is-suġġett tar-regolamentazzjoni, li kien adottat f’Ġunju 2006. Enfasizza l-bżonn ta’ l-iżvilupp kemm tal-politika kif ukoll tal-qafas regolatorju għas-CCS u ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar riċerka fuq is-suġġett.

6. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Produzzjoni sostenibbli ta’ enerġija elettrika mill-karburanti fossili bil-għan li ma jkun hemm kważi l-ebda emissjoni mill-faħam wara l-2020” ta’ l-10 ta’ Jannar 2007[9] tenniet il-bżonn għal qafas regolatorju bbażat fuq valutazzjoni tar-riskju integrata għat-tnixxija tas-CO2, inkluż rekwiżiti ta’ l-għażla tas-sit iddisinjati biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ tnixxija, reġimi ta’ monitoraġġ u rrappurtar biex jiġu vverifikati l-ħżin u rettifika xierqa ta’ kwalunkwe ħsara li tista’ tiġri. Il-Komunikazzjoni stabbiliet pjan ta’ azzjoni għall-Kummissjoni f’dan il-qasam matul l-2007, li kien jeħtieġ l-iżvilupp ta’ qafas ta’ ġestjoni sod għas-CCS, inkluż xogħol fuq il-qafas regolatorju, il-qafas ta’ l-inċentivi, u l-programmi ta’ sostenn, kif ukoll elementi esterni (kooperazzjoni teknoloġika ma’ pajjiżi ewlenin dwar is-CCS).

7. Il-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 ħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu lejn it-tisħiħ tar-riċerka u l-iżvilupp u lejn l-iżvilupp ta’ qafas tekniku, ekonomiku u regolatorju meħtieġ sabiex jitneħħew l-ostakli legali eżistenti u biex jibda jintuża s-CCS li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent b’impjanti ta’ l-enerġija ġodda li jużaw il-karburanti fossili, jekk ikun possibbli sa l-2020.[10]

8. Fil-livell internazzjonali, l-ostakli legali għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar tneħħew permezz ta’ l-adozzjoni ta’ qafas ta’ ġestjoni tar-riskju relatat kemm taħt il-Konvenzjoni fuq il-Prevenzjoni mit-Tniġġis tal-Baħar mir-Rimi ta’ Skart u Materja Oħra (Konvenzjoni ta’ Londra 1972) kif ukoll taħt il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta’ l-Ambjent Marin tal-Grigal ta’ l-Atlantiku (il-Konvenzjoni OSPAR).

9. Fl-2006, il-Partijiet Kontraenti għall-Protokoll ta’ Londra ta’ l-1996 għall-Konvenzjoni ta’ Londra ta' l-1972 adottaw emendi għall-Protokoll. Dawn l-emendi jippermettu u jirregolaw il-ħżin ta’ nixxiegħat ta’ CO2 mill-proċessi ta’ ġbir tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar.

10. Il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni OSPAR fl-2007 adottaw emendi għall-Annessi tal-Konvenzjoni biex jippermettu l-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt qiegħ il-baħar, Deċiżjoni biex tiġi żgurata l-ħżin li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent ta’ nixxiegħat ta’ dijossidu tal-karbonju f’formazzjonijiet ġeoloġiċi, u Linji Gwida taħt l-OSPAR għall-Valutazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riskju ta’ dik l-attività. Adottaw ukoll Deċiżjoni biex jipprojbixxu t-tpoġġija tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma tal-baħar u fuq qiegħ il-baħar, minħabba l-effetti negattivi potenzjali.

11. Fil-livell tal-Komunità, numru ta’ strumenti leġiżlattivi huma diġà fis-seħħ biex jiġġestixxu wħud mir-riskji ambjentali tas-CCS, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir u t-trasport tas-CO2, u għandhom jiġu użati fejn ikun possibbli.

12. Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis integrat[11] għal ċertu attivitajiet industrijali hija xierqa għar-regolamentazzjoni tar-riskji tal-ġbir tas-CO2 u b’riżultat ta’ dan, għandha tiġi applikata għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku minn stallazzjonijiet koperti minn dik id-Direttiva.

13. Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar il-valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[12] għandha tiġi applikata għall-ġbir u t-trasport tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet ta’ ħżin ġeoloġiku. Għandha tapplika wkoll għas-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva.

14. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 ġewwa t-territorju ta’ l-Istati Membri, iż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fuq il-pjattaformi kontinentali tagħhom. Id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-proġetti ta’ riċerka. Għandha, madankollu, tapplika għall-proġetti ta’ dimostrazzjoni b’ħżin totali intenzjonata ta’ 100 kilo tunnellata jew aktar. Dan il-limitu jidher xieraq ukoll għall-iskopijiet ta’ leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn mill-ambitu territorjali ta’ din id-Direttiva u l-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess.

15. L-Istati Membri għandhom iżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni ġewwa t-territorju tagħhom li minnhom jistgħu jiġu magħżula siti tal-ħżin. L-għażla tas-sit tal-ħżin xieraq hija kruċjali biex jiġi żgurat li s-CO2 maħżun ikun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Sit għandu għalhekk jiġi magħżul bħala sit tal-ħżin biss, jekk ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk fi kwalunkwe każ l-ebda impatti ambjentali jew għas-saħħa ma jkun probabbli li jiġru. Dan għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni ta’ kumpless tal-ħżin potenzjali skond rekwiżiti speċifiċi.

16. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema każijiet tkun meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit. Din it-tip ta’ esplorazzjoni għandha ssir suġġetta għal rekwiżit ta’ permess. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jiġu mogħtija fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati. Sabiex jiġu protetti u inkoraġġati l-investimenti fl-esplorazzjoni, il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal żmien limitat, li matulu d-detentur tal-permess għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora l-kumpless tal-ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jiġu permessi l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless matul dan iż-żmien.

17. Is-siti tal-ħżin m’għandhomx jiġu mħaddma mingħajr permess għall-ħżin. Il-permess għall-ħżin għandu jkun l-istrument prinċipali biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti sostanzjali tad-Direttiva jintlaħqu u li l-ħżin ġeoloġiku għalhekk iseħħ b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

18. L-abbozzi kollha tal-permessi għall-ħżin għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tal-permessi fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar il-permess u għandhom jiġġustifikaw kull tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni fil-livell tal-Komunità għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

19. L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin inter alia jekk tkun ġiet notifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, jekk ir-rapporti sottomessi mill-operaturi jew l-ispezzjonijiet imwettqa juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew jekk issir konxja b’xi nuqqas ieħor mill-operatur milli jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-permess. Wara l-irtirar ta’ permess, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin. Sadanittant, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin inkluż l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw. Safejn huwa possibbli, l-ispejjeż magħmula għandhom jiġu rkuprati mingħand l-operatur preċedenti.

20. Huwa meħtieġ li jiġu imposti limiti fuq il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 li jkunu konsistenti ma’ l-iskop primarju tal-ħżin ġeoloġiku, li huwa li jiġu iżolati l-emissjonijiet tas-CO2 mill-atmosfera, u li jkunu bbażati fuq ir-riskji li tista’ tikkawża l-kontaminazzjoni għas-sigurtà u s-sikurezza tan-netwerk tat-trasport u tal-ħżin. Għal dan il-għan, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 għandha tiġi vverifikata qabel tiġi injettata u maħżuna.

21. Il-monitoraġġ huwa essenzjali biex jiġi valutat jekk is-CO2 injettat qiegħedx iġib ruħu kif mistenni, jekk ikunx hemm xi migrazzjoni jew tnixxija, u jekk xi tnixxija identifikata tkunx qiegħda tagħmel ħsara lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul il-fażi operazzjonali, l-operatur jimmonitorja l-kumpless tal-ħżin u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni fuq il-bażi ta’ pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat skond rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ. Il-pjan għandu jiġi sottomess lill- u jiġi approvat mill-awtorità kompetenti.

22. L-operatur għandu jirrapporta inter alia r-riżultati tal-monitoraġġ lill-awtorità kompetenti mill-inqas darba fis-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta’ spezzjonijiet biex jiżguraw li s-sit tal-ħżin jkun operat f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

23. Huma meħtieġa dispożizzjonijiet li jkopru r-responsabbiltà għall-ħsara lill-ambjent lokali u għall-ħsara lill-klima, li jirriżultaw minn kwalunkwe nuqqas ta’ ġbir permanenti. Ir-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali (ħsara lill-speċji protetti u lill-ambjenti naturali, l-ilma u l-art) hija regolata mid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 t’April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali[13], li għandha tiġi applikata għat-tħaddim ta’ siti tal-ħżin skond id-Direttiva preżenti. Ir-responsabbiltà għall-ħsara lill-klima li tirriżulta minn tnixxijiet hija koperta bl-inklużjoni ta’ siti tal-ħżin fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE[14], li teħtieġ li jiġu ċeduti kwoti ta’ l-iskambju ta’ l-emissjonijiet għal kwalunkwe emissjonijiet imnixxija. Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-obbligazzjoni fuq l-operatur li jieħu miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill- u approvat mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Fejn l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, dawn il-miżuri għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, li għandha tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur.

24. Sit tal-ħżin għandu jingħalaq jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ddikjarati fil-permess ikunu ġew issodisfati, fuq talba mill-operatur wara awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk wara l-irtirar ta’ permess tal-ħżin.

25. Wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq, l-operatur għandu jibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ u għall-kontroll, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità rilevanti sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti.

26. Ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inklużi l-obbligazzjonijiet legali kollha li jirriżultaw, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li l-kriterju ġie ssodisfat u jissottomettih lill-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tat-trasferiment. L-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni, biex tkun tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom iqisu din l-opinjoni meta jieħdu deċiżjoni dwar l-approvazzjoni u għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe tbegħid mill-opinjoni tal-Kummissjoni. Bħar-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ permessi tal-ħżin fil-livell tal-Komunità, ir-reviżjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni għandha tgħin biex tiġi żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva madwar il-Komunità u wkoll ittejjeb il-fiduċja pubblika fis-CCS, speċjalment fil-fażi bikrija ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

27. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà, il-monitoraġġ għandu jitħalla jieqaf, iżda għandu jiġi attivat mill-ġdid jekk instabu tnixxigħat jew irregolaritajiet sinifikanti. Ma għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ ispejjeż imġarrba mill-awtorità kompetenti mill-operatur ta’ qabal wara li r-responsabbiltà tkun ġiet ittrasferita.

28. Għandha ssir dispożizzjoni finanzjarja sabiex tiżdied il-fiduċja li l-obbligazzjonijiet ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, u l-obbligazzjonijiet taħt din id-Direttiva li jittieħdu miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, ikunu jistgħu jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet finanzjarji, f’forma ta’ garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess.

29. L-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jista’ jsir kundizzjoni għad-dħul fi jew għat-tħaddim kompetittiv ġewwa s-suq intern ta’ l-elettriku u tas-sħana, skond il-prezzijiet relattivi tal-karbonju u s-CCS. Huwa għalhekk xieraq li jsiru arranġamenti għall-utenti potenzjali biex jiksbu dan it-tip ta’ aċċess. Dan għandu jsir b’mod li għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru, b’applikazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ u billi jitqiesu inter alia l-kapaċità tat-trasport u tal-ħżin li hija disponibbli jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli kif ukoll il-proporzjon ta’ l-obbligazzjonijiet tagħha ta’ tnaqqis tas-CO2 skond strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità intenzjonata li tikseb il-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim li jippermettu riżoluzzjoni rapida ta’ tilwim dwar l-aċċess għan-netwerks tat-trasport u s-siti tal-ħżin tas-CO2.

30. Huma meħtieġa dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li f’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tal-leġiżlazzjoni l-oħra kollha tal-Komunità b’mod konġunt.

31. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar u ta’ approvazzjoni rilevanti. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wkoll.

32. L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fuq il-bażi ta’ kwestjonarji mfassla mill-Kummissjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 li tistandardizza u tirrazzjonalizza r-rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi relatati ma’ l-ambjent[15].

33. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Dawk il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

34. Il-miżuri tal-Komunità meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[16].

35. Id-Direttiva 85/337/KEE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir u t-trasport tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku kif ukoll is-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva. Id-Direttiva 96/61/KE għandha tiġi emendata biex tkopri l-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-impjanti koperti minn dik id-Direttiva. Id-Direttiva 2004/35/KE għandha tiġi emendata biex tkopri t-tħaddim tas-siti tal-ħżin skond din id-Direttiva.

36. L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem mir-riskji tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 t’April 2006 dwar l-iskart[17] u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 (KE) Nru 1013/2006 dwar il-vjaġġi ta’ skart[18] għandhom jiġu emendati sabiex jeskludu s-CO2 miġbur u ttrasportat għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-istrumenti. Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 t’Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma[19] għandha wkoll tiġi emendata biex tippermetti l-injezzjoni tas-CO2 ġo blat li jżomm fih ħafna ilma bi mluħa għall-iskopijiet ta’ ħżin ġeoloġiku.

37. It-tranżizzjoni għal ġenerazzjoni ta’ l-elettriku b’ammont baxx ta’ karbonju teħtieġ li jsiru investimenti ġodda fil-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku mill-karburanti fossili b’mod li jiffaċilita tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet. Għal dan il-għan, id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni[20] għandha tiġi emendata biex tirrikjedi li l-impjanti kollha tal-kombustjoni, li għalihom il-liċenzja tal-kostruzzjoni oriġinali jew il-liċenzja oriġinali biex joperaw tkun ingħatat wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ikollhom spazju xieraq fis-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir neċessarju biex jinġabar u jiġi kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u networks tat-trasport xierqa, kif ukoll il-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-ġbir tas-CO2, ikunu ġew valutati.

38. Billi l-għan ta’ l-azzjoni proposta, l-istabbiliment ta’ qafas legali sabiex jiġu rregolati r-riskji ambjentali tas-CCS, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri huma u jaġixxu separatament, u jista’ għalhekk, minħabba l-kobor u l-effetti ta’ l-azzjoni preżenti, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

39. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva hija bla ħsara għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE.

ADOTTAW DIN ID-DIRETIIVA:

KAPITOLU 1 Suġġett, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 1 Suġġett u skop

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas legali għall-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (minn hawn 'il quddiem "CO2").

2. L-iskop tal-ħżin ġeoloġiku huwa l-ġbir permanenti tas-CO2 b’mod li jipprevjeni jew inaqqas kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq l-ambjent u kwalunkwe riskju li jirriżulta għas-saħħa tal-bniedem.

l-Artikolu 2 Ambitu u projbizzjoni

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fit-territorju ta’ l-Istati Membri, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi tagħhom u fil-pjattaformi kontinentali tagħhom skond it-tifsira tal-Konvenzjoni tal-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS).

2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 li jsir għar-riċerka, għall-iżvilupp jew għall-ittestjar ta’ prodotti jew proċessi ġodda.

3. Il-ħżin tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li jestendu lil hinn miż-żona msemmija f’paragrafu 1 m’għandhiex tkun permessa.

4. Il-ħżin tas-CO2 fil-kolonna ta’ l-ilma m’għandux ikun permess.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(1) 'ħżin ġeoloġiku tas-CO2' tfisser l-injezzjoni u l-ħżin tan-nixxiegħat tas-CO2 f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art;

(2) 'kolonna ta’ l-ilma' tfisser il-massa ta’ l-ilma kontinwa vertikalment mill-wiċċ sas-sedimenti tal-qiegħ ta’ l-ilmijiet;

(3) 'sit tal-ħżin' tfisser formazzjoni ġeoloġika speċifika użata għall-ħżin ġeoloġiku tas- CO2;

(4) 'formazzjoni ġeoloġika' tfisser suddiviżjoni litostratigrafika li fiha jistgħu jinstabu u jiġu indikati strati ta’ blat distinti;

(5) 'tnixxija' tfisser kwalunkwe rilaxx ta’ CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(6) 'kumpless tal-ħżin' tfisser is-sit tal-ħżin u l-oqsma ġeoloġiċi tal-madwar li jistgħu jkollhom effett fuq l-integrità u s-sigurtà kumplessiva tal-ħżin ( i.e . formazzjonijiet sekondarji tal-ħżin);

(7) 'esplorazzjoni' tfisser il-valutazzjoni ta’ kumplessi tal-ħżin potenzjali permezz ta’ proċedura speċifika inklużi attivitajiet bħat-twettiq ta’ stħarriġ ġeoloġiku b’mezzi fiżiċi jew kimiċi u t-tħaffir biex tinkiseb informazzjoni ġeoloġika dwar l-istrata fil-kumpless tal-ħżin potenzjali;

(8) 'permess għall-esplorazzjoni' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-esplorazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(9) 'operatur' tfisser kull persuna naturali jew legali, privata jew pubblika li topera jew tikkontrolla s-sit tal-ħżin jew lil min ikun ġie ddelegat il-poter ekonomiku deċiżiv fuq il-funzjonament tekniku tas-sit tal-ħżin skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali; Din il-persuna tista’ tinbidel mill-preparazzjonijiet għall-ħżin sal-fażi ta’ wara l-għeluq;

(10) 'il-permess għall-ħżin' tfisser deċiżjoni bil-miktub u motivata li tawtorizza l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 f’sit tal-ħżin, maħruġ mill-awtorità kompetenti skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva;

(11) 'bidla sostanzjali' tfisser bidla li jista’ jkollha effetti sinifikanti fuq l-ambjent;

(12) 'nixxiegħa tas-CO2' tfisser fluss ta’ sustanzi li jirriżulta mill-proċessi tal-ġbir tad-dijossidu tal-karbonju;

(13) 'skart' tfisser is-sustanzi definiti bħala skart f’punt (a) ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/12/KE;

(14) 'formazzjoni tas-CO2' tfisser il-volum mifrux tas-CO2 fil-formazzjoni ġeoloġika;

(15) 'migrazzjoni' tfisser il-moviment tas-CO2 ġewwa l-kumpless tal-ħżin;

(16) 'irregolarità sinifikanti' tfisser kwalunkwe irregolarità fl-operazzjonijiet ta’ l-injezzjoni jew tal-ħżin jew fil-kundizzjoni tas-sit innifsu, li timplika r-riskju ta’ tnixxija;

(17) 'miżuri korrettivi' tfisser kwalunkwe miżuri meħuda biex jiġu korretti irregolaritajiet sinifikanti jew biex jingħalqu tnixxijiet sabiex jiġi mwaqqaf jew imminimizzat ir-rilaxx tas-CO2 mill-kumpless tal-ħżin;

(18) 'għeluq' ta’ sit tal-ħżin tas-CO2 tfisser it-tmiem definit ta’ l-injezzjoni tas-CO2 f’dak is-sit tal-ħżin;

(19) 'wara l-għeluq' tfisser il-perjodu wara l-għeluq ta’ sit tal-ħżin, inkluż il-perjodu ta’ wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti;

(20) 'netwerk tat-trasport' tfisser in-netwerk ta’ pipelines , inklużi l-istazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati, għat-trasport tas-CO2 sas-sit tal-ħżin.

KAPITOLU 2 L-għażla tas-sit u l-permessi għall-esplorazzjoni

Artikolu 4 L-għażla tas-siti tal-ħżin

1. L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddeterminaw iż-żoni li minnhom jistgħu jintgħażlu siti tal-ħżin skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

2. Formazzjoni ġeoloġika għandha tiġi magħżula bħala sit tal-ħżin biss, jekk taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu proposti ma jkun hemm l-ebda riskju sinifikanti ta’ tnixxija, u jekk l-ebda impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa ma jkunu probabbli li jiġru.

3. L-adegwatezza ta’ formazzjoni ġeoloġika għall-użu bħala sit tal-ħżin għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ karatterizzazzjoni u valutazzjoni tal-kumpless tal-ħżin potenzjali u tal-madwar skond il-kriterji speċifikati fl-Anness I.

Artikolu 5 Il-permessi għall-esplorazzjoni

1. Fejn l-Istati Membri jiddeterminaw li hija meħtieġa esplorazzjoni biex tiġi ġġenerata l-informazzjoni meħtieġa għall-għażla tas-sit skond l-Artikolu 4, huma għandhom jiżguraw li l-ebda esplorazzjoni ta’ din ix-xorta ma sseħħ mingħajr permess għall-esplorazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-esplorazzjoni jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati.

3. Il-permessi għall-esplorazzjoni għandhom jingħataw għal żona u volum limitat u għal massimu ta’ sentejn, li jkunu jistgħu jiġġeddu darba għal massimu ta’ sentejn.

4. Id-detentur ta’ permess għall-esplorazzjoni għandu jkollu l-uniku dritt li jesplora il-kumpless ta’ ħżin tas-CO2 potenzjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda użijiet konfliġġenti tal-kumpless ma jiġu permessi matul il-perjodu ta’ validità tal-permess.

KAPITOLU 3 Il-permessi għall-ħżin

Artikolu 6 Il-permessi għall-ħżin

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda sit tal-ħżin ma jiġi mħaddem mingħajr permess għall-ħżin.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri għall-għoti tal-permessi għall-ħżin jkunu miftuħa għall-entijiet kollha li jkollhom il-kapaċitajiet meħtieġa u li l-permessi jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji objettivi ppubblikati.

Artikolu 7 L-applikazzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-applikazzjonijiet lill-awtorità kompetenti għall-permessi għall-ħżin għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(1) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant u, jekk ikun differenti, ta’ l-operatur potenzjali;

(2) prova tal-kompetenza teknika ta’ l-applikant jew ta’ l-operatur potenzjali;

(3) il-karatterizzazzjoni tas-sit u tal-kumpless tal-ħżin u valutazzjoni tas-sikurezza mistennija tal-ħżin skond l-Artikolu 4(2) u (3);

(4) il-kwantità totali tas-CO2 li għandha tiġi injettata u maħżuna kif ukoll is-sorsi prospettivi, il-kompożizzjoni tan-nixxiegħat tas-CO2 u r-rati ta’ l-injezzjoni;

(5) pjan ta’ monitoraġġ propost skond l-Artikolu 13(2);

(6) pjan ta’ miżuri korrettivi propost skond l-Artikolu 16(2);

(7) pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq propost skond l-Artikolu 17(3);

(8) l-informazzjoni pprovduta skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/337/KEE;

(9) prova tal-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti kif meħtieġ taħt l-Artikolu 19.

Artikolu 8 Il-kundizzjonijiet għall-permessi għall-ħżin

L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għall-ħżin biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(1) l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta li:

(a) ir-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ din id-Direttiva jkunu ntlaħqu;

(b) il-ġestjoni tas-sit tal-ħżin tkun se tkun f’idejn persuna naturali li hija teknikament kompetenti u affidabbli biex tmexxi s-sit; żvilupp u taħriġ professjonali u tekniku ta’ din il-persuna u ta’ l-istaff kollu jkun ipprovdut;

(2) il-Kummissjoni tkun ħarġet l-opinjoni tagħha fuq l-abbozz tal-permess skond l-Artikolu 10(1);

(3) l-awtorità kompetenti tkun qieset din l-opinjoni skond l-Artikolu 10(2).

Artikolu 9 Il-kontenut tal-permessi għall-ħżin

Il-permess għandu jkun fih dan li ġej:

(1) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur;

(2) il-lokalizzazzjoni u d-delimitazzjoni preċiża tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin;

(3) il-kwantità totali ta’ CO2 awtorizzata li tiġi maħżuna ġeoloġikament u r-rati massimi ta’ injezzjoni;

(4) ir-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tan-nixxiegħa tas-CO2 u l-proċedura ta’ aċċettazzjoni tas-CO2 skond l-Artikolu 12, u, jekk ikun meħtieġ, rekwiżiti oħra għall-injezzjoni u l-ħżin;

(5) il-pjan ta’ monitoraġġ approvat, l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan u r-rekwiżiti għall-aġġornament tiegħu skond l-Artikolu 13 kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ rrappurtar skond l-Artikolu 14;

(6) ir-rekwiżit li tiġi nnotifikata l-awtorità kompetenti f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, il-pjan ta’ miżuri korrettivi approvat u l-obbligazzjoni li jiġi implimentat il-pjan ta’ miżuri korrettivi f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet skond l-Artikolu 16;

(7) il-kundizzjonijiet għall-għeluq u l-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq approvat skond l-Artikolu 17;

(8) dispożizzjonijiet dwar bidliet, reviżjoni, aġġornament u irtirar tal-permess għall-ħżin skond l-Artikolu 11;

(9) ir-rekwiżit li tinżamm il-garanzija finanzjarja jew mezz ieħor ekwivalenti skond l-Artikolu 19.

Artikolu 10 Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-abbozzi tal-permessi għall-ħżin

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tal-permessi għall-ħżin kollha, l-applikazzjonijiet għall-permessi u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti meta tadotta l-abbozz tad-deċiżjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar l-abbozzi tal-permessi.

2. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni finali lill-Kummissjoni, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 11 Il-bidliet, ir-reviżjoni, l-aġġornament u l-irtirar tal-permessi għall-ħżin

1. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe bidliet ippjanati fit-tħaddim tas-sit tal-ħżin. Fejn xieraq, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess għall-ħżin jew il-kundizzjonijiet tal-permess.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda bidla sostanzjali ma tiġi implimentata mingħajr permess għall-ħżin ġdid maħruġ f’konformità ma’ din id-Direttiva.

3. L-awtorità kompetenti għandha tirreviżjona u fejn meħtieġ taġġorna jew tirtira l-permess għall-ħżin:

(a) jekk tkun ġiet innotifikata b’irregolaritajiet sinifikanti jew bi tnixxijiet skond l-Artikolu 16(1);

(b) jekk ir-rapporti sottomessi skond l-Artikolu 14 jew l-ispezzjonijiet ambjentali mwettqa skond l-Artikolu 15 juru nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess jew riskji ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet;

(c) jekk tkun konxja minn kwalunkwe nuqqas ieħor mill-operatur li jilħaq il-kundizzjonijiet tal-permess;

(d) bla ħsara għall-punti (a) sa (c), kull ħames snin.

4. Wara li permess ikun ġie rtirat skond il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti għandha jew toħroġ permess għall-ħżin ġdid jew tagħlaq is-sit tal-ħżin skond il-punt (c) ta’ l-Artikolu 17(1). Sakemm ma jinħariġx permess għall-ħżin ġdid, l-awtorità kompetenti għandha tieħu r-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha. Sakemm ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tirkupra kwalunkwe spejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti.

KAPITOLU 4 L-obbligazzjonijiet tat-tħaddim, ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq

Artikolu 12 Il-kriterji u l-proċedura ta’ l-aċċettazzjoni tan-nixxiegħa tas-CO 2

1. Nixxiegħa tas-CO2 għandha tikkonsisti kważi kompletament f’dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-ebda skart jew ħaġa oħra ma jistgħu jiġu miżjuda sabiex dak l-iskart jew ħaġa oħra jiġu mormija. Madankollu, nixxiegħa tas-CO2 jista’ jkun fiha sustanzi assoċjati inċidentali mis-sors, mill-ġbir jew mill-proċess ta’ l-injezzjoni. Il-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi għandhom ikunu anqas minn livelli li jaffetwaw b’mod ħażin l-integrità tas-sit tal-ħżin u l-infrastruttura tat-trasport rilevanti u jpoġġu riskju sinifikanti għall-ambjent jew jiksru r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità applikabbli.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta nixxiegħa tas-CO2 tiġi injettata u maħżuna:

(a) qabel jew fil-ħin tal-konsenja, jew ta’ l-ewwel f’sensiela ta’ konsenji, l-operatur ikun jista’ juri, permezz tad-dokumentazzjoni xierqa, li n-nixxiegħa tas-CO2 ikkonċernata tista’ tiġi aċċettata fis-sit skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess, u li tissodisfa l-kriterji tal-kompożizzjoni stabbiliti f’paragrafu 1;

(b) l-operatur iżomm reġistru tal-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 mwassla, li jindika l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-identità tal-produtturi u tat-trasportaturi tan-nixxiegħat tas-CO2.

Artikolu 13 Il-monitoraġġ

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur iwettaq monitoraġġ tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni, tal-kumpless tal-ħżin (inkluż fejn possibbli tal-formazzjoni tas-CO2), u fejn xieraq ta’ l-ambjent tal-madwar għall-iskop ta’:

(a) tqabbil bejn l-imġiba attwali u dik immuddellata tas-CO2 fis-sit tal-ħżin;

(b) l-identifikar ta’ migrazzjoni ta’ CO2;

(c) l-identifikar ta’ tnixxija tas-CO2;

(d) l-identifikar ta’ effetti ta’ ħsara sinifikanti għall-ambjent tal-madwar, għall-popolazzjonijiet tal-bnedmin, jew għall-utenti tal-biosfera tal-madwar;

(e) il-valutazzjoni ta’ l-effettività ta’ kwalunkwe miżuri korrettivi meħuda skond l-Artikolu 16;

(f) il-valutazzjoni dwar jekk is-CO2 maħżun huwiex se jkun kompletament miġbur għall-futur indefinit.

2. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq pjan ta’ monitoraġġ iddisinjat mill-operatur skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(5) u 9(5). Il-pjan għandu jiġi aġġornat skond ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II u f’kull każ kull ħames snin biex iqis żviluppi tekniċi. Pjanijiet aġġornati għandhom jiġu sottomessi mill-ġdid għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 14 Ir-rappurtar

Bi frekwenza li għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità kompetenti, u fi kwalunkwe każ mill-inqas darba f’sena, l-operatur għandu jissottometti lill-awtorità kompetenti:

(1) ir-riżultati kollha tal-monitoraġġ skond l-Artikolu 13 fil-perjodu tar-rappurtar;

(2) il-kwantitajiet u l-karatteristiċi tan-nixxiegħat tas-CO2 imwassla fil-perjodu tar-rappurtar, bl-indikazzjoni ta’ l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-identità tal-produtturi u t-trasportaturi tan-nixxiegħat tas-CO2 reġistrati skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 12(2);

(3) prova taż-żamma tal-garanzija finanzjarja skond l-Artikoli 19 u 9(9);

(4) kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti tqis rilevanti għall-iskopijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess u taż-żieda ta’ l-għarfien dwar l-imġiba tas-CO2 fis-sit tal-ħżin.

Artikolu 15 L-ispezzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw sistema ta’ spezzjonijiet ta’ rutina jew mhux ta’ rutina tas-siti tal-ħżin kollha ġewwa l-ambitu ta’ din id-Direttiva għall-iskopijiet ta’ ċċekkjar u promozzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva u tal-monitoraġġ ta’ l-effetti fuq l-ambjent.

2. L-ispezzjonijiet jistgħu jinkludu attivitajiet bħal żjariet fil-kumpless tal-ħżin, inkluż il-faċilitajiet ta’ injezzjoni, il-valutazzjoni ta’ l-operazzjonijiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ imwettqa mill-operatur, u l-iċċekkjar tar-reġistri kollha rilevanti tas-sit tal-ħżin miżmuma mill-operatur.

3. L-ispezzjonijiet ta’ rutina għandhom jitwettqu mill-inqas kull sena. Għandhom jeżaminaw il-faċilitajiet ta’ injezzjoni u ta’ monitoraġġ rilevanti kif ukoll il-firxa sħiħa ta’ l-effetti ambjentali rilevanti mill-kumpless tal-ħżin.

4. L-ispezzjonijiet mhux ta’ rutina għandhom jitwettqu:

(a) jekk l-awtorità kompetenti tkun ġiet innotifikata bi tnixxijiet jew b’irregolaritajiet sinifikanti skond l-Artikolu 16(1);

(b) jekk ir-rapporti skond l-Artikolu 14 ikunu wrew konformità mhux suffiċjenti mal-kundizzjonijiet tal-permess;

(c) biex jiġu investigati lmenti ambjentali serji;

(d) f’sitwazzjonijiet oħra fejn l-awtorità kompetenti tqis dan xieraq.

5. Wara kull spezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tipprepara rapport dwar ir-riżultati ta’ l-ispezzjoni. Ir-rapport għandu jevalwa l-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva u jindika jekk hijiex meħtieġa jew le azzjoni oħra. Ir-rapport għandu jiġi kkomunikat lill-operatur ikkonċernat u għandu jkun disponibbli pubblikament fi żmien xahrejn mill-ispezzjoni.

Artikolu 16 Il-miżuri f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew tnixxijiet, l-operatur jinnotifika immedjatament lill-awtorità kompetenti u jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa.

2. Il-miżuri korrettivi msemmija f’paragrafu 1 għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ pjan ta’ miżuri korrettivi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(6) u 9(6);

3. L-awtorità kompetenti tista’ f’kull ħin titlob lill-operatur biex jieħu miżuri korrettivi addizzjonali jew differenti minn dawk stabbiliti fil-pjan ta’ miżuri korrettivi. Tista’ wkoll f’kull ħin tieħu miżuri korrettivi hija nnifisha u għandha mbagħad tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur.

4. Jekk l-operatur jonqos milli jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa hija nnifisha u tirkupra l-ispejjeż mingħand l-operatur.

Artikolu 17 L-obbligazzjonijiet ta’ l-għeluq u ta’ wara l-għeluq

1. Sit tal-ħżin jew parti minnu għandu jingħalaq:

(a) jekk il-kundizzjonijiet rilevanti ddikjarati fil-permess jintlaħqu;

(b) fuq talba ta’ l-operatur, wara awtorizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti;

(c) jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin skond l-Artikolu 11(3).

2. Wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond paragrafu 1 punti (a) jew (b), l-operatur jibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, għar-rappurtar, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha riżultanti taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 18(1) sa (4). L-operatur għandu wkoll ikun responsabbli għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni.

3. L-obbligazzjonijiet imsemmija f’paragrafu 2 għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi ta’ pjan ta’ wara l-għeluq iddisinjat mill-operatur ibbażat fuq l-aħjar prattika u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II 2. Pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jiġi sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(7) u 9(7). Qabel l-għeluq ta’ sit tal-ħżin skond punti (a) jew (b) ta’ paragrafu 1, il-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq għandu jkun:

(a) aġġornat kif meħtieġ, b’mod partikolari minħabba l-aħjar prattika;

(b) sottomess lill-awtorità kompetenti; u

(c) approvat mill-awtorità kompetenti bħala l-pjan ta’ wara l-għeluq definit.

4. Wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond paragrafu 1 punt (c), l-awtorità kompetenti għandha tibqa’ responsabbli għall-manutenzjoni, għall-monitoraġġ, għall-kontroll, u għall-miżuri korrettivi skond ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva kif ukoll għall-obbligazzjonijiet kollha riżultanti taħt dispożizzjonijiet rilevanti oħra tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Ir-rekwiżiti ta’ wara l-għeluq skond din id-Direttiva għandhom jiġu ssodisfati fuq il-bażi tal-pjan provviżorju ta’ wara l-għeluq sottomess lill- u approvat mill-awtorità kompetenti skond l-Artikoli 7(7) u 9(7), li għandu jkun aġġornat kif meħtieġ.

Artikolu 18 It-trasferiment tar-responsabbiltà

1 . Fejn sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond il-punti (a) jew (b) ta’ l-Artikolu 17(1), ir-responsabbiltà għas-sit magħluq, inkluż l-obbligazzjonijiet legali riżultanti kollha, għandhom jiġu ttrasferiti lill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-operatur, jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit. Għal dan il-għan, l-operatur għandu jipprepara rapport li jiddokumenta li dan il-kriterju jkun intlaħaq u jissottomettih lill-awtorità kompetenti sabiex din ta’ l-aħħar tapprova t-trasferiment tar-responsabbiltà.

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni kollha mħejjija mill-awtorità kompetenti skond il-paragrafu 1, inklużi r-rapporti sottomessi mill-operatur u kwalunkwe materjal ieħor meqjus mill-awtorità kompetenti biex tasal għall-konklużjoni tagħha. Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni tagħhom lill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni fuq l-abbozzi tad-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni.

3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni d-deċiżjoni finali tagħha, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet tagħha jekk tiddevja mill-opinjoni tal-Kummissjoni.

4. Flimkien mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni msemmija f’paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tikkomunika rekwiżiti aġġornati għall-issiġillar tas-sit tal-ħżin u t-tneħħija tal-faċilitajiet ta’ injezzjoni skond l-Artikolu 17(2) u (3) lill-operatur. It-trasferiment tar-responsabbiltà għandu jseħħ wara li s-sit ikun ġie ssiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija.

5. Wara t-trasferiment tar-responsabbiltà skond paragrafi 1 sa 4, il-monitoraġġ jista’ jieqaf. Madankollu, jekk jiġu identifikati kwalunkwe tnixxijiet jew irregolaritajiet sinifikanti, il-monitoraġġ għandu jiġi attivat mill-ġdid kif meħtieġ biex jevalwa l-kobor tal-problema u l-effettività ta’ miżuri korrettivi.

6. M’għandu jkun hemm l-ebda rkupru ta’ l-ispejjeż magħmula mingħand l-operatur preċedenti wara t-trasferiment tar-responsabbiltà lill-awtorità kompetenti skond paragrafi 1 sa 4.

7. Fejn sit tal-ħżin jkun ġie magħluq skond punt (c) ta’ l-Artikolu 17(1), it-trasferiment tar-responsabbiltà għandha titqies li seħħet jekk u meta l-evidenza kollha disponibbli tkun tindika li s-CO2 maħżun se jkun miġbur kompletament għall-futur indefinit, u wara li s-sit ikun ġie issiġillat u l-faċilitajiet ta’ injezzjoni jkunu ġew imneħħija.

Artikolu 19 Il-garanzija finanzjarja

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mezzi xierqa, bħala garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor, fuq il-bażi ta’ modalitajiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri, isiru mill-applikant qabel is-sottomissjoni ta’ l-applikazzjoni għall-permess għall-ħżin biex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet kollha li jirriżultaw taħt il-permess maħruġ skond din id-Direttiva, inkluż proċeduri ta’ l-għeluq u dispożizzjonijiet ta’ wara l-għeluq, kif ukoll kwalunkwe obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-inklużjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE jistgħu jintlaħqu.

2. Il-garanzija finanzjarja jew kwalunkwe mezz ekwivalenti ieħor imsemmi f’paragrafu 1 għandhom jinżammu:

(a) wara li sit tal-ħżin jkun ingħalaq skond l-Artikolu 17 paragrafu 1 punti (a) jew (b), sakemm ir-responsabbiltà għas-sit tal-ħżin tiġi ttrasferita lill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 18(1) sa (4);

(b) wara l-irtirar ta’ permess għall-ħżin skond l-Artikolu 11(3):

(i) sakemm jinħareġ permess għall-ħżin ġdid;

(ii) fejn is-sit jingħalaq skond l-Artikolu 17 paragrafu 1 punt (c), sakemm it-trasferiment tar-responsabbiltà jitqies li seħħ skond l-Artikolu 18(7).

KAPITOLU 5 L-aċċess ta’ terzi partijiet

Artikolu 20 L-aċċess għan-netwerk tat-trasport u għas-siti tal-ħżin

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li utenti potenzjali jkunu jistgħu jiksbu aċċess għan-netwerks tat-trasport u għas-siti tal-ħżin tas-CO2 għall-iskopijiet ta’ ħżin ġeoloġiku tas-CO2 prodott u miġbur, f’konformità ma’ paragrafi 2 sa 4.

2. L-aċċess imsemmi f’paragrafu 1 għandu jiġi pprovdut b’mod iddeterminat mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu japplika l-għanijiet ta’ aċċess ġust u miftuħ, u jqies:

(a) il-kapaċità tal-ħżin li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli ġewwa ż-żoni ddeterminati taħt l-Artikolu 4, u l-kapaċità ta’ transport li hija jew li tista’ raġonevolment tkun disponibbli;

(b) il-proporzjon tiegħu ta’ l-obbligazzjonijiet ta’ tnaqqis tas-CO2 skond strumenti legali internazzjonali u leġiżlazzjoni tal-Komunità li għandu l-intenzjoni li jilħaq permezz tal-ġbir u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2,

(c) il-bżonn li jiġi rrifjutat l-aċċess fejn ikun hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ma jistgħux jingħelbu b’mod raġonevoli;

(d) il-bżonn li jiġu rrispettati l-bżonnijiet raġonevoli sostanzjati kif xieraq tas-sid jew ta’ l-operatur tas-sit tal-ħżin jew tan-netwerk tat-trasport tas-CO2 u l-interessi ta’ l-utenti l-oħra kollha tal-ħżin jew tan-netwerk jew tal-faċilitajiet rilevanti ta’ l-ipproċessar jew tal-ġarr li jistgħu jiġu affetwati; u;

(e) il-bżonn li jiġu applikati l-liġijiet u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali rilevanti, f’konformità mal-liġi tal-Komunità, għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-produzzjoni jew l-iżvilupp upstream .

3. L-operaturi tan-netwerk tat-trasport tas-CO2 u l-operaturi tas-siti tal-ħżin jistgħu jirrifjutaw l-aċċess fuq il-bażi ta’ nuqqas ta’ kapaċità. Għandhom jingħataw raġunijiet sostanzjati kif xieraq għal kull rifjut.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-intrapriża li tirrifjuta l-aċċess fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ kapaċità jew nuqqas ta’ konnessjoni tagħmel it-titjib meħtieġ sakemm ikun ekonomiku li tagħmel dan jew meta klijent potenzjali ikun lest li jħallas għalihom, sakemm dan ma jkollux impatt negattiv fuq is-sikurezza ambjentali tat-trasport u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2.

Artikolu 21 Ir-riżoluzzjoni tat-tilwim

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom arranġamenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim stabbiliti, inkluż awtorità indipendenti mill-partijiet b’aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, sabiex tilwim relatat ma’ l-aċċess għan-netwerks tat-trasport tas-CO2 u għas-siti tal-ħżin jiġu riżolti malajr, filwaqt li jiġu meqjusa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 20(2) u n-numru ta’ partijiet li jistgħu jkunu involuti fin-negozjar ta’ dan l-aċċess.

2. F’każ ta’ tilwim transkonfinali, l-arranġamenti ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim ta’ l-Istat Membru li jkollu ġuriżdizzjoni fuq in-netwerk tat-trasport tas-CO2 jew is-sit tal-ħżin li l-aċċess għalih ġie rrifjutat għandhom jiġu applikati. Fejn, f’tilwim transkonfinali, aktar minn Stat Membru wieħed ikopri n-netwerk tat-trasport tas-CO2 jew is-sit tal-ħżin kkonċernat, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw bil-għan li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu applikati b’mod konsistenti.

KAPITOLU 6 Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 22 L-awtorità kompetenti

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jissodisfaw id-dmirijiet stabbiliti taħt din id-Direttiva. Fejn tiġi nnominata aktar minn awtorità kompetenti waħda, ix-xogħol ta’ dawn l-awtoritajiet magħmul skond din id-Direttiva għandu jiġi koordinat.

Artikolu 23 Il-kooperazzjoni transkonfinali

F’każijiet ta’ transport transkonfinali tas-CO2, siti tal-ħżin transkonfinali jew kumplessi tal-ħżin transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Komunità b’mod konġunt.

Artikolu 24 Ir-reġistru ta’ siti tal-ħżin magħluqa

1. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tas-siti tal-ħżin magħluqa kollha u tal-kumplessi tal-ħżin tal-madwar, inklużi mapep li juru safejn dawn iwasslu.

2. Ir-reġistru għandu jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċeduri ta’ ppjanar rilevanti u meta jippermettu xi attività li tista’ taffetwa lil jew tiġi affetwata mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 fis-siti tal-ħżin magħluqa.

3. Ir-reġistru għandu jiġi rrappurtat lill-Kummissjoni wara li jiġi stabbilit u kull meta jiġi aġġornat.

Artikolu 25 Ir-rappurtar mill-Istati Membri

1. Kull tliet snin l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-ewwel rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2011. Ir-rapport għandu jsir fuq il-bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni ġenerali mfasslin mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE. Il-kwestjonarju jew id-deskrizzjoni ġenerali għandha tintbagħat lill-Istati Membri mill-inqas sitt xhur qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport.

2. Fuq il-bażi tar-rapporti msemmija f’paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 26 Il-penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissuażivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 36 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 27 L-emendi ta’ l-Annessi

Il-Kummissjoni tista’ temenda l-annessi. Dawk il-miżuri, iddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolamentarja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 28 Il-kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tal-Bdil fil-Klima.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jiġu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 ta’ din.

KAPITOLU 7 Emendi

Artikolu 29 Emenda tad-Direttiva 85/337/KEE

Id-Direttiva 85/337/KEE hija emendata kif ġej:

(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Punt 16 huwa sostitwit b’li ġej:

"16. Pipelines għat-trasport ta’ gass, żejt, kimika u pipelines għat-trasport tan-nixxiegħat tad-dijossidu tal-karbonju għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku b’dijametru ta’ aktar minn 800 mm u tul ta’ aktar minn 40 km, inklużi stazzjonijiet tal-kompressjoni assoċjati."

(b) Il-punti 23 u 24 li ġejjin huma miżjuda:

"23. Siti tal-ħżin skond id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*)

24. Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku skond id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) minn stallazzjonijiet koperti minn dan l-Anness, jew fejn il-ġbir totali annwali tas-CO2 tkun ta’ 1.5 mega tunnellati u aktar.

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

(2) Fl-Anness II, il-punt (j) li ġej huwa miżjud mal-punt 3:

"(j) Stallazzjonijiet għall-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku skond id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) minn stallazzjonijiet mhux koperti mill-Anness I ta’ din id-Direttiva.

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 30 Emenda tad-Direttiva 96/61/KE

Fl-Anness I għad-Direttiva 96/61/KE, il-punt 6.9 li ġej huwa miżjud:

"6.9 Il-ġbir tan-nixxiegħat tas-CO2 minn stallazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku skond id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*)

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 31 Emenda tad-Direttiva 2000/60/KE

F’punt (j) ta’ l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-inċiż li ġej huwa mdaħħal wara t-tielet inċiż:

“- injezzjoni tan-nixxiegħat tad-dijossidu tal-karbonju għall-iskopijiet tal-ħżin f’formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali mhumiex xierqa b’mod permanenti għal skopijiet oħra, sakemm din it-tip ta’ injezzjoni tiġi awtorizzata taħt id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*);

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 32 Emenda tad-Direttiva 2001/80/KE

Fid-Direttiva 2001/80/KE, l-Artikolu 9a li ġej huwa mdaħħal:

"Artikolu 9a

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjanti tal-kombustjoni kollha b’kapaċità ta’ 300 megawatt jew aktar li għalihom il-liċenzja oriġinali ta’ kostruzzjoni jew, fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ dan it-tip, il-liċenzja oriġinali biex joperaw tingħata wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*), ikollhom spazju xieraq fuq is-sit ta’ l-istallazzjoni għat-tagħmir meħtieġ biex jiġi miġbur u kkompressat is-CO2 u li d-disponibbiltà ta’ siti tal-ħżin u ta’ faċilitajiet ta’ transport xierqa, u l-vijabbiltà teknika tal-konverżjoni għall-ġbir tas-CO2 jkunu ġew evalwati.

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 33 Emenda tad-Direttiva 2004/35/KE

Fl-Anness III għad-Direttiva 2004/35/KE, il-paragrafu 14 li ġej huwa miżjud:

"14. It-tħaddim ta’ siti tal-ħżin skond id-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*);

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 34 Emenda tad-Direttiva 2006/12/KE

Il-punt (a) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/12/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(a) skariki ta’ gassijiet mitfugħa fl-atmosfera u dijossidu tal-karbonju miġbur u ttrasportat għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku u maħżun ġeoloġikament f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*);

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

Artikolu 35 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

Fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, il-punt (h) li ġej huwa miżjud:

"(h) vjeġġi ta’ CO2 għall-iskopijiet tal-ħżin ġeoloġiku f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.(*);

________

(*) ĠU L…, …, p. .."

KAPITOLU 8 Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 36 Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[sena wara l-pubblikazzjoni]. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bjen dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza ta’ din ix-xorta.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 37 Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 38 Id-destinatarji

Id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

IL-KRITERJI GĦALL-KARATTERIZZAZZJONI U L-VALUTAZZJONI TAS-SITI TAL-ĦŻIN IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Il-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni tas-siti tal-ħżin msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jitwettqu f’erba’ partijiet skond il-kriterji li ġejjin. Derogi minn wieħed jew aktar minn dawn il-kriterji huma permessi sakemm il-kapaċità tal-karatterizzazzjoni u l-valutazzjoni li jippermettu d-determinazzjonijiet skond l-Artikolu 4 ma tiġiex affetwata.

Parti 1: Il-ġbir tad-data

Għandha tiġi akkumulata biżżejjed data biex jinbena mudell ta’ l-art tridimensjonali (3-D) volumetriku u dinamiku għas-sit tal-ħżin u għall-kumpless tal-ħżin inkluża l-blata tal-wiċċ ( caprock ) u l-madwar, inklużi l-oqsma konnessi idrawlikament. Din id-data għandha tkopri mill-inqas il-karatteristiċi kumplessi intrinsiċi li ġejjin:

(a) Il-ġeoloġija u l-ġeofiżika tal-ġibjuni;

(b) L-idroġeoloġija (b’mod partikolari l-eżistenza ta’ ilma ta’ taħt l-art li jista’ jinxtorob);

(c) L-inġinerija tal-ġibjuni (inklużi kalkolazzjonijiet volumetriċi tal-volum tal-pori għall-injezzjoni tas-CO2 u l-kapaċità finali ta’ ħżin, il-kundizzjonijiet tal-pressjoni u t-temperatura, l-imġiba pressjoni/volum bħala funzjoni ta’ l-injettività tal-formazzjonijiet, ir-rata u l-ħin kumulattivi ta’ l-injezzjoni);

(d) Il-ġeokimika (rati ta’ xoljiment, ir-rati tal-mineralizzazzjoni);

(e) Il-ġeomekkanika (il-permeabbiltà, il-pressjoni tal-qsim);

(f) Is-siżmiċità (valutazzjoni tal-potenzjal ta’ terremoti mġiegħla);

(g) Il-preżenza u kundizzjoni ta’ passaġġi naturali jew magħmula mill-bniedem li jistgħu jipprovdu passaġġi għat-tnixxijiet;

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-viċinanza komplessiva għandhom jiġu ddokumentati:

(h) L-oqsma li jiċċirkondaw il-kumpless tal-ħżin li jistgħu jiġu affetwati mill-ħżin tas-CO2 fis-sit tal-ħżin;

(i) Id-distribuzzjoni tal-popolazzjoni fir-reġjun sovrastanti s-sit tal-ħżin;

(j) Il-prossimità għal riżorsi naturali ta’ valur (inkluż b’mod partikolari ż-żoni tan-Natura 2000 skond id-Direttivi 79/409/KEE u 92/43/KEE, l-ilma ta’ taħt l-art li jista’ jinxtorob u l-idrokarboni);

(k) L-interazzjonijiet possibbli ma’ attivitajiet oħra (eż. l-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-ħżin ta’ l-idrokarboni, l-użu ġeotermali ta’ blat li jżomm fih ħafna ilma);

(l) Il-prossimità għas-sors(i) potenzjali ta’ CO2 (inklużi stimi tal-massa totali potenzjali tas-CO2 ekonomikament disponibbli għall-ħżin).

Parti 2: Is-simulazzjoni kompjuterizzata tal-kumpless tal-ħżin

Permezz tad-data miġbura f’Parti 1, għandu jinbena mudell ta’ l-art ġeoloġiku statiku tridimensjonali , jew sett ta’ dawn it-tip ta’ mudelli, tal-kumpless tal-ħżin kandidat inklużi l-blata tal-wiċċ ( caprock ) u ż-żoni konnessi idrawlikament bl-użu ta’ simulaturi kompjuterizzati tal-ġibjuni. Il-mudell(i) ta’ l-art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi) għandu(għandhom) jikkaratterizza(w) il-kumpless f’termini ta’:

(a) L-istruttura ġeoloġika tas-sifun fiżiku;

(b) Il-proprjetajiet ġeomekkaniċi u ġeokimiċi tal-ġibjun;

(c) Il-preżenza ta’ kwalunkwe difetti jew qsim u ssiġillar tad-difetti/qsim;

(d) Il-piż żejjed (il-blata tal-wiċċ, is-siġilli, l-orizzonti porużi u permeabbli);

(e) Il-wisa’ u l-għoli tal-formazzjoni tal-ħżin;

(f) Il-volum ta’ l-ispazju tal-pori (inkluża d-distribuzzjoni tal-porożità);

(g) Kwalunkwe karatteristiċi oħra rilevanti.

L-inċertezza assoċjata ma’ kull wieħed mill-parametri użati biex jinbena l-mudell għandha tiġi valutata billi jiġu żviluppati firxa ta’ xenarji għal kull parametru u billi jiġu kkalkulati l-limiti ta’ kunfidenza xierqa. Kwalunkwe inċertezza assoċjata mal-mudell innifsu għandha wkoll tiġi valutata.

Parti 3: Il-karatterizzazzjoni tas-sikurezza, tas-sensittività u tal-periklu

Parti 3.1 Il-karatterizzazzjoni tas-sikurezza

Il-karatterizzazzjoni tas-sikurezza għandha tkun ibbażata fuq l-immudellar dinamiku, li jikkomprendi varjetà ta’ simulazzjonijiet tal-mument ta’ l-injezzjoni tas-CO2 fis-sit tal-ħżin bl-użu tal-mudell ta’ l-art ġeoloġiku statiku tridimensjonali fis-simulatur kompjuterizzat tal-kumpless tal-ħżin mibni taħt Parti 2. Il-fatturi li ġejjin għandhom jitqiesu:

(a) Ir-rati possibbli ta’ injezzjoni u l-proprjetajiet tas-CO2;

(b) L-effikaċja ta’ l-immudellar tal-proċess akkoppjat (eż. l-mod kif effetti uniċi varji fis-simulatur(i) jinteraġixxu);

(c) Il-proċessi reattivi (eż. l-mod kif ir-reazzjonijiet tas-CO2 injettat mal-minerali in situ jirriżultaw fil-mudell);

(d) Is-simulatur tal-ġibjun użat (simulaturi multipli jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jivvalidaw ċerti sejbiet);

(e) Is-simulazzjonijiet fil-qosor u fit-tul (biex jiġi stabbilit l-eżitu u l-imġiba tas-CO2 matul id-deċennji u l-millenja inkluż il-veloċità tax-xoljiment tas-CO2 fl-ilma).

L-immudellar dinamiku għandu jipprovdi informazzjoni dwar:

(f) L-imġiba pressjoni/volum vs. iż-żmien tal-formazzjoni tal-ħżin;

(g) Il-wisa’ u l-għoli tas-CO2 vs. iż-żmien;

(h) In-natura tal-fluss tas-CO2 fil-ġibjun inkluż l-imġiba tal-fażi;

(i) Il-mekkaniżmi tal-qbid u r-rati tas-CO2 (inkluż punti ta’ tnixxija u siġilli laterali u vertikali);

(j) Is-sistemi sekondarji ta’ ġbir fil-kumpless kollu tal-ħżin;

(k) Il-kapaċità tal-ħżin u l-gradjenti tal-pressjoni fis-sit tal-ħżin;

(l) Ir-riskju ta’ qsim tal-formazzjoni(jiet) tal-ħżin u tal-ġebla tal-wiċċ;

(m) Ir-riskju tad-dħul tas-CO2 fil-ġebla tal-wiċċ (eż., minħabba l-qabża tal-pressjoni tad-dħul kapillari tal-ġebla tal-wiċċ jew minħabba degradazzjoni tal-ġebla tal-wiċċ);

(n) Ir-riskju ta’ tnixxija minn ġo bjar abbandunati jew mhux issiġillatti b’mod xieraq;

(o) Ir-rata tal-migrazzjoni (f’ġibjuni miftuħa);

(p) Ir-rati ta’ l-issiġillar tal-qsim;

(q) Il-bdil fil-kimika fil-likwidi tal-formazzjoni(ijiet) u r-reazzjonijiet sussegwenti tal-formazzjoni(jiet) (eż. bidla fil-pH, fil-formazzjoni minerali) u inklużjoni ta’ mmudellar reattiv biex jiġu valutati l-effetti;

(r) L-ispostament tal-likwidi tal-formazzjoni.

Parti 3.2 Il-karatterizzazzjoni tas-sensittività

Is-simulazzjonijiet multipli għandhom isiru biex tiġi identifikata s-sensittività tal-valutazzjoni għal assunzjonijiet magħmula dwar parametri partikolari. Is-simulazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq parametri li jinbidlu fil-mudell(i) ta’ l-art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi), u funzjonijiet ta’ rati u ta’ assunzjonijiet li jinbidlu fl-eżerċizzju dinamiku ta’ mmudellar. Kwalunkwe sensittività sinifikanti għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju.

Parti 3.3 Il-karatterizzazzjoni tal-periklu

Il-karatterizzazzjoni tal-periklu għandha ssir billi jiġi kkaratterizzat il-potenzjal tat-tnixxija mill-kumpless tal-ħżin, kif stabbilit permezz ta’ l-immudellar dinamiku u l-karatterizzazzjoni tas-sikurezza deskritti aktar ‘il fuq. Dan għandu jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ inter alia :

(a) Il-passaġġi ta’ tnixxija potenzjali;

(b) Il-kobor potenzjali ta’ avvenimenti ta’ tnixxija għal passaġġi ta’ tnixxija identifikati (ir-rati tal-fluss);

(c) Il-parametri kritiċi li jaffetwaw it-tnixxija potenzjali (eż. l-pressjoni massima tal-ġibjun, ir-rata massima ta’ injezzjoni, is-sensittività għal assunzjonijiet varji fil- mudell(i) ta’ l-Art ġeoloġiku(ġeoloġiċi) statiku(statiċi) eċċ.);

(d) L-effetti sekondarji tal-ħżin tas-CO2 inklużi likwidi tal-formazzjoni spostati u sustanzi ġodda maħluqa mill-ħżin tas-CO2;

(e) Kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkun ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent (eż. strutturi fiżiċi assoċjati mal-proġett);

Il-karatterizzazzjoni tal-periklu għandha tkopri firxa ta’ xenarji potenzjali inklużi xenarji li jittestjaw is-sikurezza tal-kumpless tal-ħżin fl-estrem.

Parti 4: Il-valutazzjoni tar-riskju

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkopri l-firxa ta’ xenarji żviluppati taħt il-karatterizzazzjoni tal-periklu tal-Parti 3 u għandha tikkomprendi dan li ġej:

(a) Il-valutazzjoni ta’ l-esponiment – ibbażata fuq il-karatteristiċi ta’ l-ambjent u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni tal-bniedem fuq il-kumpless tal-ħżin, u l-imġiba u l-eżitu potenzjali tas-CO2 li jnixxi minn passaġġi potenzjali identifikati taħt Parti 3;

(b) Il-valutazzjoni ta’ l-effetti – ibbażata fuq is-sensittività ta’ speċji, komunitajiet jew ambjenti naturali partikolari konnessa ma’ avvenimenti ta’ tnixxija potenzjali identifikati taħt Parti 3. Fejn ikun rilevanti għandha tinkludi l-effetti ta’ l-esponiment għal konċentrazzjonijiet għolja ta’ CO2 fil-biosfera (fgar; hypercapnia) u pH imnaqqas f’dawk l-ambjenti minħabba tnixxija ta’ CO2). Għandha tinkludi wkoll valutazzjoni ta’ l-effetti ta’ sustanzi oħra li jistgħu jkunu preżenti fi tnixxijiet minn nixxiegħat ta’ CO2 (jew impurezzi preżenti fin-nixxiegħa ta’ l-injezzjoni jew sustanzi ġodda ffurmati permezz tal-ħżin tas-CO2). Dawn l-effetti għandhom jitqiesu fuq firxa ta’ skali skond iż-żmien u l-post, u konnessi ma’ firxa ta’ kobor differenti ta’ avvenimenti ta’ tnixxija.

(c) Il-karatterizzazzjoni tar-riskju – Din għandha tikkomprendi valutazzjoni tas-sikurezza u ta’ l-integrità tas-sit fiż-żmien qasir jew fit-tul, inkluża valutazzjoni tar-riskju ta’ tnixxija taħt il-kundizzjonijiet proposti ta’ użu, u ta’ l-agħar impatti ambjentali u għas-saħħa. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju għandha titwettaq fuq bażi tal-valutazzjoni tal-periklu, ta’ l-esponiment u ta’ l-effetti. Għandha tinkludi valutazzjoni tas-sorsi ta’ inċertezza.

ANNESS II

IL-KRITERJI GĦALL-ISTABBILIMENT U L-AĠĠORNAMENT TAL-PJAN TA’ MONITORAĠĠ IMSEMMI FL-ARTIKOLU 13(2) U GĦALL-MONITORAĠĠ TA’ WARA L-GĦELUQ

1. L-istabbiliment u l-aġġornament tal-pjan ta’ monitoraġġ

Il-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2) għandu jiġi stabbilit u aġġornat bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 13(1) skond il-kriterji li ġejjin:

1.1 L-istabbiliment tal-pjan

Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jipprovdi d-dettalji tal-monitoraġġ li għandu jsir fl-istadji prinċipali tal-proġett, inkluż il-monitoraġġ tal-linja bażi, il-monitoraġġ operazzjonali, u l-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq. Dawn li ġejjin għandhom jiġu speċifikati għal kull fażi:

(a) Il-parametri mmonitorjati;

(b) It-teknoloġija ta’ monitoraġġ użata u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tat-teknoloġija;

(c) Il-lokazzjonijiet tal-monitoraġġ u l-motivazzjoni wara t-teħid ta’ kampjuni minn postijiet differenti;

(d) Il-frekwenza ta’ l-applikazzjoni u l-motivazzjoni wara t-teħid ta’ kampjuni fi żminijiet differenti.

Il-parametri li għandhom jiġu mmonitorjati huma identifikati sabiex jiġu ssodisfati l-iskopijiet tal-monitoraġġ. Madankollu, il-pjan għandu f’kull każ jinkludi monitoraġġ kontinwu jew intermittenti ta’ l-oġġetti li ġejjin:

(e) L-emissjonijiet tas-CO2 li jaħarbu mil-faċilità ta’ l-injezzjoni;

(f) Il-fluss volumetriku tas-CO2 fil-bokki ta’ l-injezzjoni ( injection wellheads );

(g) Il-pressjoni u t-temperatura tas-CO2 fil-bokki ta’ l-injezzjoni ( injection wellheads ) (biex jiġi ddeterminat il-fluss tal-massa);

(h) L-analiżi kimika tal-materjali injettat;

(i) It-temperatura u l-pressjoni tal-ġibjun (biex jiġu ddeterminati l-imġiba u l-istat tas-CO2 waqt il-fażi).

L-għażla tat-teknoloġija tal-monitoraġġ għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar prattika disponibbli fiż-żmien tad-disinn. L-alternattivi li ġejjin għandhom jitqiesu u jiġu użati kif xieraq:

(j) it-teknoloġiji li jistgħu jindividwaw il-preżenza, il-lok u l-passaġġi ta’ migrazzjoni tas-CO2 taħt il-wiċċ;

(k) it-teknoloġiji li jipprovdu informazzjoni dwar l-imġiba tal-volum tal-pressjoni u d-distribuzzjoni tas-saturazzjoni fil-wisa’ u fl-għoli tal-formazzjoni tas-CO2 billi tiġi applikata s-simulazzjoni numerika 3-D għall-mudelli ġeoloġiċi 3-D tal-formazzjoni tal-ħżin stabbiliti skond l-Artikolu 4 u l-Anness I;

(l) it-teknoloġiji li jistgħu jipprovdu firxa wiesgħa fil-wisa’ sabiex tinġabar l-informazzjoni dwar kwalunkwe passaġġi ta’ tnixxija li ma jkunux ġew individwati qabel matul id-dimensjonijiet fil-wisa’ tal-kumpless tal-ħżin komplut u lil hinn, f’każ ta’ irregolaritajiet sinifikanti jew migrazzjoni tas-CO2 barra mill-kumpless tal-ħżin.

1.2 L-aġġornament tal-pjan

Id-data miġbura mill-monitoraġġ għandha tiġi mqabbla. Ir-riżultati osservati għandhom jiġu mqabbla ma’ l-imġiba mbassra fis-simulazzjoni dinamika ta’ l-imġiba pressjoni/volum u saturazzjoni 3-D magħmula fil-kuntest tal-karatterizzazzjoni tas-sikurezza skond l-Artikolu 4 u l-Anness I Parti 3.

Fejn ikun hemm devjazzjoni sinifikanti bejn l-imġiba osservata u dik imbassra, il-mudell 3-D għandu jiġi kalibrat mill-ġdid biex jirrifletti l-imġiba osservata. Il-kalibrazzjoni mill-ġdid għandha tkun ibbażata fuq l-osservazzjonijiet tad-data mill-pjan ta’ monitoraġġ, u fejn ikun meħtieġ biex tiġi pprovduta kunfidenza fl-assunzjonijiet tal-kalibrazzjoni mill-ġdid, għandha tinkiseb data addizzjonali.

Parti 2 u 3 ta’ l-Anness I għandhom jiġu ripetuti bl-użu tal-mudell(i) 3-D ikkalibrat(i) mill-ġdid sabiex jiġu ġġenerati xenarji tal-periklu u tarati tal-fluss ġodda. Ix-xenarji l-ġodda għandhom jintużaw biex tiġi riveduta u aġġornata l-valutazzjoni tar-riskju ppreparata taħt l-Anness I Parti 4.

Fejn jiġu identifikati sorsi tas-CO2, passaġġi u rati tal-fluss ġodda bħala riżultat tat-tqabbil ta’ l-istorja u l-kalibrazzjoni mill-ġdid tal-mudell, il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jiġi aġġornat skond dan.

2. Il-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq

Il-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq għandu jkun ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura u mmudellata matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 13(2) u aktar ‘il fuq taħt 1.2. Għandu jservi b’mod partikolari biex tiġi pprovduta informazzjoni meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ l-Artikolu 18(1).

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

2. IL-QAFAS ABM / ABB

L-Ambjent (ABB Kodiċi 0703: L-implimentazzjoni tal-Politika u l-Leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-Ambjent).

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-Baġit (linji operattivi u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex- linji B..A)) li jinkludu l-intestaturi:

Strument finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+ għall-perjodu 2007-2013) (07.03.07)

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

L-attività ta' reviżjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' permessi għal siti tal-ħżin tas-CO2 mhijiex limitata biż-żmien. It-tul tad-dispożizzjonijiet ta' finanzjament għall-ħlasijiet ta' kumpens lill-esperti huwa determinat mit-tul ta' l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+) Politika Ambjentali u Tmexxija: mill-1/1/2007 sal-31/12/2013.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

070307 | Mhux Obblig. | Diff | IVA | LE | LE | Nru 2 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali)

It-tip tan-nefqa | Taqsima Nru | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

Spiża operattiva[21] |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn (IA) | 8.1. | a | 0 | 0 | 0 | 0.6068 | 0.6068 | 0.6068 | 3.6228 |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas (AĦ) | b | 0 | 0 | 0 | 0.6068 | 0.6068 | 0.6068 | 3.6228 |

Nefqa amministrattiva ikluża fl-ammont ta’ referenza[22] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 0 | 0 | 0 | 0.6068 | 0.6068 | 0.6068 | 3.6228 |

Approprjazzjonijiet ta’ Ħlas | b+c | 0 | 0 | 0 | 0.6068 | 0.6068 | 0.6068 | 3.6228 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[23] |

Riżorsi umani u nefqa assoċjata (AMD) | 8.2.5. | d | 0 | 0 | 0 | 0.0648 | 0.0648 | 0.0648 | 0.1944 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0 | 0 | 0.027 | 0.096 | 0.046 | 0.096 | 0.265 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent |

TOTAL AI inkluża l-ispiża ta' Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0 | 0 | 0.027 | 0.7676 | 0.7176 | 0.7676 | 2.2798 |

L-AĦ TOTALI inklużi r-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0 | 0 | 0.027 | 0.7676 | 0.7176 | 0.7676 | 2.2798 |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tkun indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiddaħħlu linji addizzjonali jekk huma previsti korpi differenti li jipprovdu l-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali)

Korp ta' kofinanzjament | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | Total |

…………………… | f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

TOTAL AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0 | 0 | 0.027 | 0.7676 | 0.7176 | 0.7676 | 2.2798 |

4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju

X Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun tikkonsisti fi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[24] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Total tar-riżorsi umani | 0 | 0 | 0 | 0.6 | 0.6 | 0.6 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq f'qasir żmien jew fit-tul

Il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 huwa teknoloġija ġdida u l-proposta tistipula r-rekwiżiti għal-permessi tas-siti ta' ħżin. Il-ħruġ ta' permess għal sit huwa deċiżjoni kruċjali, minħabba li timminimizza r-riskju ta' tnixxija fil-ġejjieni u l-konsegwenzi ħżiena assoċjati magħha. Fil-fażi bikrija ta' l-implimentazzjoni, ikun tajjeb ħafna li jkun hemm approċċ konsistenti għall-ħruġ ta' permessi fi ħdan l-UE kollha kemm hi.

5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

Il-mekkaniżmu propost biex jiġi żgurat il-ħruġ konsistenti ta' permessi huwa r-reviżjoni ta' abbozzi ta' permessi fuqil-livell Komunitarju, bir-riżultat tal-ħruġ ta' opinjoni tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni sejra (i) tiċċekkja l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tad-direttiva għas-sit partikolari kkonċernat, (ii) tfassal fehma dwar jekk il-grad ta' analiżi huwiex biżżejjed biex ikunu jistgħu jsiru d-determinazzjonijiet rilevanti tad-direttiva, u b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw it-tnixxija potenzjali u l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa, (iii) teżamina l-affidabbiltà tad-dejta u l-għodod/il-metodoloġija użati/a fl-analiżi, u (iv) tfassal fehma dwar jekk l-evidenza tiġġustifikax id-determinazzjonijiet ta' l-abbozz ta' permess.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L-għan tar-reviżjoni ta' deċiżjonijiet ta' permess huwa li jiżgura l-implimentazzjoni komparabbli tar-regoli tal-proposta, imfassla biex jiżguraw l-implimentazzjoni sikura tal-ħżin tas-CO2. Ir-reviżjonjiet u l-esperjenza li tinkiseb sejrin jipprovdu wkoll il-bażi għall-istabbiliment ta' linji gwida ġenerali għall-implimentazzjoni tar-regoli.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

X Ġestjoni ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif jissemma fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku / entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Ġestjoni maqsuma jew diċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ Pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-Kummissjoni sejra torganizza skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva proposta, inklużi rapporti dwar ir-reviżjoni ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' permessi.

Il-kuntratti li l-Kummissjoni tiffirma għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandhom jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju min-naħa tal-Kummissjoni (jew ta' kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha) u l-verifiki min-naħa tal-Qorti ta' l-Awdituri, jekk ikun hemm bżonn fil-post stess.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Il-Valutazzjoni ta' l-Impatt għall-proposta wettqet analiżi ta' l-alternattivi biex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva fil-fażi inizjali, u kkonkludiet li reviżjoni min-naħa tal-Kummissjoni tkun l-aktar għażla adegwata.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Termini u frekwenza ta’ l-evalwazzjoni futura

Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-operat tad-Direttiva kull tliet snin, il-Kummissjoni sejra tirrapporta dwar ir-reviżjoni ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' permess, inkluż il-progress lejn il-konsistenza ta' l-applikazzjoni fi ħdan l-UE kollha kemm hi, u valutazzjoni ta' l-isfruttar tat-tagħlimiet konsegwenti.

7. Miżuri kontra l-frodi

Applikazzjoni sħiħa ta' l-istandards tal-kontroll intern Nri 14, 15, 16, 18, 19, 20 u 21, kif ukoll tal-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fejn jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt l-azzjoni preżenti, l-interessi finanzjarji tal-Kummissjoni jitħarsu permezz ta' l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u bl-irkupru ta' l-ammonti li ma jkunux dovuti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) Nr 2185/96, u mar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż involuti

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali jew persunal temporanju[26] (XX 01 01) | A*/AD | 0 | 0 | 0 | 0.4 | 0.4 | 0.4 |

B*, C*/AST | 0 | 0 | 0 | 0.2 | 0.2 | 0.2 |

Persunal iffinanzjat[27] mill-art. XX 01 02 |

Persunal ieħor[28] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 0 | 0 | 0 | 0.6 | 0.6 | 0.6 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

L-uffiċjal A*/AD sejjer jipprovdi s-segretarjat tal-Bord Xjentifiku, ikun responsabbli għall-provvista ta' appoġġ amministrattiv, u għas-segwiment tal-proċeduri interni bil-għan ta' l-adozzjoni ta' opinjoni tal-Kummissjoni wara l-valutazzjoni tal-bord. L-uffiċjal AST sejjer jipprovdi l-appoġġ amministrattiv.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

X Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għal sena n iżda mhux previsti għall-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq ġestjonia amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra: |

- intra muros |

- extra muros |

Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 | 0.000 |

8.2.5. L-ispejjeż tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljun (sa 3 ċifri deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0 | 0 | 0 | 0.0648 | 0.0648 | 0.0648 |

Persunal iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarju, esperti nazzjonali ssekondati, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (indika l-linja tal-baġit) |

Spiża totali ta’ Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0 | 0 | 0 | 0.0648 | 0.0648 | 0.0648 |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji |

Is-salarju standard għal 1A*/AD kif previst fil-Punt 8.2.1 huwa €0.108 m. |

Kalkolu - Il-persunal iffinanzjat taħt l-art. XX 01 02 |

8.2.6. Nefqiet amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali) |

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0.019 | 0.019 | 0.019 | 0.057 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 0 | 0 | 0 | 0.05 | 0 | 0.05 | 0.1 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[30] | 0 | 0 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.027 | 0.108 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' tagħrif |

2 Total ta' l-Infiq ieħor ta' natura Ġestjonarja (XX 01 02 11) |

3 Nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Nefqa amministrattivi totali, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.027 | 0.096 | 0.046 | 0.096 | 0.266 |

Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

10 missjonijiet għal kull laqgħatal-bord xjentifiku (2 fis-sena), €950 il-waħda=€0.019 miljun Konferenza kull sentejn bi spiża ta' €0.05 miljun mill-2011 'il quddiem Laqgħat tal-Kumitat (spiża kull laqgħa: €27 000) huma previsti kull sena mill-2010 'l quddiem, sabiex ikun jista' jsir skambju ta' l-informazzjoni, bil-għan ta' l-adozzjoni ta' linji ta' gwida u rakkomandazzjonijiet adegwati fit-tfittxija ta' aktar armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri. |

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti fl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ ta’ tmexxija fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni.[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

[6] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

[7] COM(2007) 2 finali.

[8] COM(2005) 35 finali.

[9] COM(2006) 843 finali.

[10] Id-Dokument tal-Kunsill 7224/07.

[11] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

[12] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17).

[13] ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

[14] ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2004/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 18).

[15] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[16] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[17] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

[18] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1379/2007 (ĠU L 309, 27.11.2007, p. 7).

[19] ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1).

[20] ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 368).

[21] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[22] Nefqa skond l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[23] Nefqa skond il-Kapitlu 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[24] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[25] Għandhom jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-tul ta' l-azzjoni jisboq is-6 snin.

[26] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[27] Li l-ispiża tagħhom MHIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[28] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[29] Ir-referenzi għandhom isiru għall-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[30] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.

Top