EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0550

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2014 tal- 20 ta' Mejju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 155, 23.5.2014, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/550/oj

23.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 155/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 550/2014

tal-20 ta' Mejju 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kull subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Mejju 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat (imsejjaħ “individwatur bi fjamma”) li jikkonsisti f'sensuri infra-ħomor u ultra-vjola passivi, filtru ottiku, unità tal-valutazzjoni, tliet rilejs ta' produzzjoni (allarmi tan-nar, rilej ta' ħsara u awżiljarju) u LED dwar l-istatus bi tliet kuluri (li jindikaw operazzjoni normali, kundizzjoni ta' nar u ħsara), f'kisi estern ċilindriku b'dijametru ta' madwar 12 cm u tul ta' madwar 25 cm. Il-firxa operattiva tiegħu hija minn 18 sa 30 V Kurrent Dirett.

L-apparat huwa komponent ta' sistema tal-allarm tan-nar. Is-sensuri jidentifikaw simultanjament ir-radjazzjoni infra-ħamra u ultra-vjola emessa minn nar. Jekk ir-radjazzjoni emessa hija 'l fuq minn ċertu limitu, l-apparat jibgħat sinjal elettriku permezz tar-rilej tal-allarm tan-nar lill-apparat tal-allarm tan-nar. L-apparat tal-allarm tan-nar mhuwiex inkluż mal-preżentazzjoni.

8536 50 19

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċi NM 8536 , 8536 50 u 8536 50 19 .

Il-klassifikazzjoni bħala apparat tas-sinjalar tal-elettriku jew tal-ħoss taħt l-intestatura 8531 hija eskluża minħabba li l-apparat ma għandux kapaċità tal-allarm awtonomu (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8531 , grupp (H) tat-tielet paragrafu).

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8537 bħala apparat mgħammar b'żewġ tipi ta' apparat jew aktar tal-intestatura 8535 jew 8536 hija wkoll eskluża minħabba li l-apparat huwa biss mgħammar b'apparat tal-intestatura 8536 tal-istess tip (tliet rilejs) (ara wkoll l-HSEN tal-intestatura 8537 , esklużjoni (b)).

L-apparat jidentifika biss li l-livell ta' radjazzjoni emessa minn nar huwa 'l fuq minn ċertu limitu, mingħajr ma jindika ammont eżatt. L-identifikazzjoni ta' bidliet fir-radjazzjoni mhijiex l-istess bħal kejl jew iċċekkjar tal-kwantitajiet ta' sħana. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9027 bħala strumenti jew apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar tal-kwantitajiet ta' sħana hija għalhekk eskluża wkoll.

L-apparat għandu l-funzjoni ta' swiċċ awtomatiku u għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8536 50 19 bħala swiċċijiet oħrajn għal vultaġġ mhux aktar minn 60 V.


Top